Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għall-iżvilupp ġew sottomessi għand il-MEPA dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2003, 2004, 2005,2006,2007? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom Malta separatament sena b'sena mill-2003 sas-sena 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-figuri mitluba. Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il sejħa għall-applikazzjoni għall-għalliema ħarġet fi skejjel speċjali f'Għawdex f'dawn l-aħħar tlett snin separatament, kemm applikaw u kemm eventwalment ġew ingaġġati? Tista' inoltre tgħid jekk f'dawn is-sejħiet isirux xi interviews jew xi tip ta' process ta' selezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għandi ninfurmak li f’ Għawdex m’hemmx skejjel speċjali, għaldaqstant f’ dawn l-aħħar tlett snin ma ħarġet l-ebda sejħa għall-għalliema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura speċjali li permezz tagħha għalliem regolari jista' jmur jgħallem fi skola speċjali (special needs) u jekk fl-affermattiv jista' jispjega din il-proċedura x'tinvolvi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta jkun hemm vakanza għall-għalliem regolari fi skejjel speċjali tinħareġ sejħa għal dawk l-għalliema li jixtiequ jgħallmu f'dawn l-iskejjel. Din is-sejħa tinħareġ mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li taħtu jaqgħu dawn l-iskejjel.
Tista' l-Ministru tagħti aġġornament ta' x'inhu jiġri fil-biċċerija t'Għawdex u tgħid meta se tibda tiffunzjona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bhalissa qeghdin jigu evalwati l-offerti li ntefghu ghal Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Ancillari tal-Biccerija u li l-biccerija tibda tiffunzjona skond l-ezitu ta' din l-evalwazzjoni.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħolijiet li saru s'issa fl-iskola Ninu Cremona kif ukoll tgħid x'fadal isir u meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol? Inoltre tista' tgħid x'miżuri qed jittieħdu biex it-tfal ma jiġux esposti għall-perikli u nkonvenjent waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata mill-FTS li wara li sar l-iskavar ta' l-ewwel fazi, saru l-bazijiet ghall-kolonni tal-Car Park fejn bhalissa qed igi ikkastjat is-saqaf. Ix-xoghol ghadu fil-fazi inizjali tieghu u li jwassalna biex l-iskola tkun lesta fi zmien 3 snin. S'issa ma kellna l-ebda complaint u x-xoghol miexi kif kien ippjanat b'kordinazzjoni mad-direzzjoni ta' l-iskola.
Peress li qed isiru diversi lamentali dwar ix-xogħlijiet li saru fi Triq Santa Duminka u Triq Profs G Aquilina, Munxar, Għawdex minħabba l-fatt li m'hemmx senjaletika adegwata u allura hemm potenzjal ta' perikolu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pedestrians, kif ukoll hemm sinjali fl-art li huma rregolari senjatament sinjal abjad fi Triq Profs G Aquilina li f'punt minnhom huwa dritt u mbagħad jieħu linja differenti u jirkeb is-siment u mbagħad wara jerġa' jkompli mal-linja preċedenti, jista' l-Minisru jara li l-Awtorita' kompetenti tara dawn l-affarijiet biex jiġu riżolti kemm jista' jkun malajr u jiġu evitati perikli u nkonvenjent?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kemm fi Triq Santa Duminka u Triq Profs G Aquilina, Munxar ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin u ser jkunu finaliżżati fil ġejjieni qrib. Ma jirrużultax li hemm periklu la għas-sewwieqa u lanqas għal pedestrians sakemm jiġu osservati ir-regolamenti tat-traffiku.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28959 li għadha ma ġietx imwieġba, peress li ħafna studenti universitarji qed jilmentaw dwar it-tmexxija ta' l-Stipends Office ta' l-Universita' billi għad hemm ħafna studenti li sal-lum għadhom ma rċevewx il-formula ta' l-istipendju, bil-konsegwenza li jekk ma jibgħatux din il-formula jispiċċaw mingħajr stipendju u kif ukoll għad hemm studenti mingħajr aċċess għall-Smart Card għax ma nfetħitx, jista' l-Ministru jindirizza din is-sitwazzjoni minnufih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Uffiċċju ta’ l-Istependji fl-Universita’ kien hemm xi ftit tad-diffikulta billi waħda mill-impjegati irtirat bl-eta’ u skrivana oħra iżżewġet u kienet fuq leave fit-tul. Madankollu saret ħidma biex is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal. Sakemm irkuprajna x-xogħol li kien hemm lura, xi avviżi ta’ ħlasijiet waslu għand it-Teżor tard u ma laħqux inħadmu. Dan seħħ ukoll billi din is-sena, minħabba l-bidla għall-Ewro, iż-żmien li setgħu jaslu dawn l-avviżi għand it-Teżor kien ftit anqas mis-soltu.
Il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudenti jirrakkomanda lil dawk l-istudenti li għal xi raġuni ma rċivewx l-għotja ta’ manteniment biex jirrappurtaw minnufih fl-uffiċċju ta’ l-istipendji fl-Universita’ biex il-każ tagħhom ikun segwit u jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-ħlasijiet isiru regolarment.
Il-Bord mhux infurmat li hemm ħafna studenti li ma rċivewx l-istipendju, anzi l-każi li hu infurmat bihom huma ftit.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29047, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex dan l-istess fuljett tqassam fid-djar ta' Għawdex kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29047.
Peress li l-applikazzjoni għar-refużjoni tal-VAT fuq energy saving appliances li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur, jista` l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni msemmija għal ħlas lura fuq energy saving appliance sar. Fil-fatt il-pagagment ġie msarraf mill-individwu fit-13 ta’ Novembru li għadda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett dwar il-budget li tqassam fid-djar t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jgħid fejn sar l-istampar u jekk ix-xogħol ngħatax b'offerta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż relatati mal-pubblikazzjoni tal-fuljett dwar il-baġit li tqassam fid-djar t’Għawdex huma mniżżla hawn taħt:
Disinn Lm1,000
Stampar Lm1,082
L-istampar sar mill-Istamperija tal-Gvern u għalhekk ix-xogħol ma ngħatax b’offerta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27158, peress li skond l-informazzjoni mogħtija ngħataw diversi promozzjonijiet lill-istess persuni f'qasir żmien, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u l-kriterji li fuqhom ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kriterji ta’ Promozzjonijiet u postijiet vakanti fil-Borża ta’ Malta huma skond il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif approvati mill-Kunsill tal-Borża ta’ Malta f’Diċembru 1995.
Din hi s-sislta relevanti mill-Kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Borża ta’ Malta:
Promozzjonijiet u Postijiet Vakanti
Meta jingħataw promozzjonijiet, il-Kunsill iħares lejn l-attitudni, l-effiċjenza, l-esperjenza, l-kwalifiki u l-aktar li jkunu ilhom fil-grad relevanti. Il-kriterji li jintużaw ma jittiħdux neċessarjament f’din l-ordni. Il-postijiet vakanti jimtlew minn persuni li diġà huma mpjegati fil-Borża ta’ Malta, li fl-opinjoni tal-Kunsill, għandhom il-kwalitajiet mitluba biex jimtela l-post vakanti u jekk dan ma jkunx l-każ, tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijet minn barra.
In vista tal-fatt li l-eta' tal-pensjoni telgħet minn 60 għal 65 sena u li hawn mewġa ta' ħaddiema tal-Gvern li kienu boarded out għal perjodu u li issa reġgħu ġew dikjarati tajbin biex jerġgħu jirritornaw għax-xogħol, jidhirlu l-Prim Ministru li allura teżisti anomalija fil-Public Service Management Code par. 1.1.17.1 (iii) li jgħid li biex impjegat tal-Gvern jerġa' jidħol għax-xogħol mal-Gvern irid ikollu inqas minn 50 sena għaliex skond dan l-istess kodiċi dawn il-ħaddiema ma jistgħux jirritornaw għax-xogħol? Jista' jgħid x'ser jiġri minn dawn l-impjegati u kif din is-sitwazzjoni se tiġi ndirizzata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-policy tal-Gvern dwar ingaġġ mill-ġdid tal-uffiċjali li jkunu boarded out qed tiġi riveduta. Sakemm din il-policy titlesta jibqgħu jgħoddu l-provvedimenti tal-PSMC (Public Service Management Code) f’paragrafu 1.1.17.1. Dawn il-provvedimenti m’għandhomx x’jaqsmu mal-policy tal-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali dwar l-età ta’ l-irtirar li telgħet minn 60 għal 65 sena.
Peress li fil-mużew tal-folklor ta' Għawdex ic-CCTV camera ilha xhur ma taħdimx u dik tal-mużew ta' l-arkoloġija f'Għawdex ilha wkoll maqlugħa għal diversi xhur u allura hemm nuqqas ta' sigurta' fl-istess mużewijiet, jista' l-Ministru jgħid meta din is-sitwazzjoni se tiġi rimedjata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-sigurta kollha fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija f’Għawdex qed tkun parti integrali mill-proġett sħiħ li għaddej bħalissa biex jiġi msebbaħ u jsir aktar attraenti dan il-mużew. Fir-rigward tal-mużew tal-folklor f’Għawdex ukoll, is-sistema tas-CCTV żviluppat xi ħsarat tekniċi li bħalissa qed jiġu rranġati biex is-sitwazzjoni terġa lura għan-normal fl-iqsar żmien possibli.
Peress li f'Għawdex, Heritage Malta m'għandhiex manager imma hemm biss l-acting manager li għandu wkoll inkarigu Malta, peress li qed tinħass il-ħtieġa ta' din il-ħatra, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-ħatra għandha ma saritx u meta ser issir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi wħud mill-progetti li Heritage Malta għandha mibdija f’Għawdex jew tlestew jew qorbu biex jitlestew. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra msemmija mill-Onor. interpellant bdiet tiġi pproċessata u huwa mistenni li din is-sejħa toħrog fiż-żmien mhux ‘il bogħod.
Peress li r-rampa tal-vapur MV Gaudos ta' spiss tkun bil-ħsara u dan ikun kaġun ta' dewmien u nkonvenjent għall-pubbliku, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saru xi modifikazzjonijiet wara konsulti mad-disinjaturi. Issa jidher li ġew aħjar u wara sajf bil-vapuri għaddejin bla waqfien, jidher li kollox mar sew.