Jista' l-Ministru jagħti break down dettaljat ta' kemm ġiet l-ispiża biex ġew organizzati l-laqgħat f'Malta tax-Sherpa’s u tan-'9th Meeting of Ministers of Agriculture, Fisheries and Food of CIHEAM's Member Countries' f'Mejju 2012 u f'Settembru 2012 rispettivament, minn dakinhar li nbdew il-preparamenti biex tali laqgħat isiru Malta, sakemm ingħalqu l-kontijiet kollha, filwaqt għal kull nefqa li saret jgħid min awtorizza tali nefqa u kemm fadal kontijiet pendenti x'jitħallsu minn tali laqgħat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie sekondat biex iwettaq xogħol bħala Amministratur mal-Caritas Malta u jekk fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess individwu msemmi filwaqt li tgħid ukoll kemm qiegħed jgħaddi ammonti ta’ flus il-Gvern lill-Caritas Malta biex ikun jistgħu jitħallsu s-salarji u l-benefiċċji addizzjonali tal-istess persuna msemmija filwaqt li telenka għalkemm żmien hu validu tali ftehim mal-istess organizzazzjoni msemmija?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija hija impjegata tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Għalhekk il-mistqosija għandha ssir lill-Ministeru konċernat.
Air Malta – Transportation Logistics Services u courier services
Question
Jista' l- Ministru jgħid jekk il-kuntrattur li ismu qed jintbagħat separatament appuntat fis-sena 2013 permezz ta' sejħa għall-offerti tal-kumpanija Air Malta għal servizzi ta' transportation logistics services u courier services, huwiex reġistrat skont il-liġi mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni abbażi tal-Postal Services (General) Regulations filwaqt li ġentilment jispeċifika:
i) f'każ li huwa reġistrat meta ġie reġistrat u;
ii) x'passi amministrattivi ttieħdu jekk irriżulta li fil-mument li ġie ffirmat il-kuntratt mal-imsemmija kumpanija statali, huwa ma kienx reġistrat u allura kien qed jikser il-liġi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li fit-22 ta’ Novembru 2013, l-kuntrattur imsemmi innotifika lill-Awtorità sabiex jibda’ jipprovdi ‘courier services’ taħt il-kategorija ta’ servizzi postali li joħorġu ’l barra mill-iskop tas-servizzi universali, fejn dan ingħata awtorizzazzjoni ġenerali sabiex jibda jipprovdi dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-servizzi li kienet tagħti l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala konsulent tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, kemm dam jagħtiha din il-konsulenza, kemm tħallas sena b'sena u abbażi ta' liema dokumentazzjoni kien jitħallas u jekk tali dokumentazzjoni kenitx skont il-kuntratt li kellu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-servizzi li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant kien jagħti lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienu jirrigwardjaw konsulenza dwar l-impjiegi u l-Community Work Scheme.
Din il-konsulenza bdiet tingħata mill-11 ta’ Ġunju 2012 u ntemmet fl-10 ta’ April, 2013. Il-ħlas sena b’sena kien:- 2012: €5,980.00; 2013: €3,120.00
Il-ħlas kien isir abbażi ta’
work record
u
invoice
approvati mill-Kap Eżekuttiv skont il-kuntratt li kellu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet appuntata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala Director Financial Management u sussegwentement Direttur Ġenerali Support Services f’dak li kien magħruf bħala l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali filwaqt li jgħid fil-perijodu msemmi minn meta ħadet l-ewwel ħatra sal-lum kemm ġew awtorizzati direct orders f’dak li kien il-Ministeru msemmi, kemm dawk li ma nkisbitx l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għalihom kif ukoll f’dawk fejn inkisbet filwaqt li jgħid b’mod dettaljat liema huma dawk il-pagamenti li għadhom dovuti għas-snin 2012, 2011 u anke qabel u li taf bihom l-istess persuna msemmija u lil min huma dovuti, u għalxiex jappartjenu fir-rigward humiex ta’ xi sejħa għall-offerti partikolari jew inkella xi direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament ġiet maħtura bħala Director Financial Management fid-9 ta’ Awwissu 2011 u sussegwentement bħala Direttur Ġenerali Support Services fis-27 ta’ Lulju 2012.
In-numru ta’ Direct Orders li saru mid-9 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013 huwa kif ġej:
Numru ta’ Direct Orders mid-9 t’Awissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013 :-
2011 13*
2012 206*
2013(sat-8 ta’ Marzu) 58*
2013(mill-10 ta’ Marzu ‘l hawn) 30**
*Bejn l-2011 u t-8 ta’ Marzu 2013 id-direct orders jaqgħu taħt l-MRRA li kien ikopri dak li llum huwa parti mill-MTI, MSDEC, MECW u l-MOT
**Mill-10 ta’ Marzu 2013 huma direct orders tal-MTI biss.
Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx possibbiltà li l-liċenzja tan-nar tibda titħallas Għawdex u mhux iridu joqgħodu jitilgħu jħallsuha d-depot tal-Furjana?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi is-sġġerimtent tal-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat.
Peress li l-awla l-ġdida tal-Qorti ta' Għawdex qed tintuża b'iktar frekwenza u peress li f'din l-awla ma hemmx arja kondizzjonata, jista' l-Ministru jara li tiġi stallata sistema kemm jista' jkun malajr?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stallat l-air- conditioning unit fl-awla l-ġdida.
Jista’ l-Prim Ministru jesplora l-possibiltà li f'Għawdex ikun hemm Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ma jinħassx li huwa vijabli li jkun hemm Uffiċċju tal-Avukat Generali f’Għawdex peress li n-numru ta’ seduti li dan l-Uffiċċju għandu fil-Qorti t’Għawdex huma:
·Seduta waħda fil-ġimgħa fil-qasam Ċivili (madwar 5/6 kawżi);
· Seduta waħda jew l-aktar tnejn fix-xahar fil-qasam Kriminali (bejn 2 u 13-il kawża).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw tilqimiet tal-influwenza matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena u jgħid kemm kien hemm imwiet kull sena kaġun tal-influwenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — impjegati ingaġġati ma’ kuntrattur
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-diversi uffiċini u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'Għawdex li huma impjegati ma' kuntrattur? Jista’ jgħid x'inhu x-xogħol li jagħmlu u fejn, min hu l-kuntrattur, x'kuntratt hu u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jagħti d-data tal-ingaġġ ta' kull impjegat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li hemm żewġ persuni mpjegati ma' kuntrattur li jaħdmu fid-diversi uffiċini u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'Għawdex. Iż-żewġ persuni jaħdmu ma' Clentec u jipprovdu servizz ta' tindif fl-MCAST ta' Għawdex. Dawn ġew ingaġġati fid-29 ta' April u l-10 ta' Ġunju 2013 rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5785 u ċjoè: Peress li f’Għawdex m’għandniex is-servizz ta’ avukati tat-tfal u peress li kull ma jmur qed jinħass il-bżonn li jkollna avukat tat-tfal f’Għawdex stess, jista’ l-Prim Ministru jara li f’Għawdex ukoll ikollna s-servizzi ta’ avukat tat-tfal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Is-servizz ta’ avukat tat-tfal li jingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Malta jkopri wkoll il-ġurisdizzjoni tal-Qorti t’Għawdex.
Il-Gvern però qed jistudja l-possibilità li jkun hemm avukat tat-tfal allokat speċifikament għall-ġurisdizzjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5787 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li minkejja li fil-Qorti t’Għawdex perjodikament ikun hemm il-bżonn li jinħatru probation officers, peress li dan is-servizz ma jingħatax f’Għawdex, u peress li hemm persuni kwalifikati bħala probation officers, allura ma jaħsibx il-Prim Ministru li wasal iż-żmien li f’Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed tiġi studjata din il-possibilità
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – job placements ta’ persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm job placements li saru tramite l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni b'diżabilità matul din l-aħħar sena xahar b'xahar f'Għawdex u Malta separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – korsijiet lil persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kemm minnhom effettivament attendew kors matul din l-aħħar sena? X’inhu l-kors, kemm dam, fejn sar u jista’ jagħti l-informazzjoni kemm għal Għawdex kif ukoll għal Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli kif se nsemmi:-
Tabella 'A' turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, filwaqt li Tabella 'B' turi kemm minnhom effettivament attendew kors matul din l-aħħar sena, x'kien il-kors, kemm dam u fejn sar, maqsumin f'Malta u f'Għawdex separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex f’din l-aħħar sena? X’kien il-kors? Fejn sar? Kemm attendew? Jekk kien bi ħlas, kemm kien il-ħlas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru kemm saru korsijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex f'din l-aħħar sena 2013, x'kien il-kors, fejn sar u kemm attendew. Rigward ħlas, l-ebda kors offrut din is-sena ma kien bi ħlas.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – skemi – parteċipanti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi kollha in place tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul din l-aħħar sena? Kemm ipparteċipaw? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel skont l-età? Kemm minnhom kienu minn Għawdex u kemm minnhom kienu minn Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jghid kemm infetħu nail parlours dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ ma tikklassifikax il-nail parlours f’Kodiċi tat-Tip separata. Normalment dawn ikunu klassifikati taħt il-Kodiċi tat-Tip 93.022 (Tip ta’ Liċenza - Attivitajiet ta’ trattament tas-sbuħija).
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin id-Dipartiment tal-Kummerċ ħareġ 490 liċenzja ta’ postijiet kummerċjali taħt din il-Kodiċi tat-Tip 93.022, kif ġej:
2004 – 38
2005 – 40
2006 – 55
2007 – 41
2008 – 42
2009 – 49
2010 – 41
2011 – 66
2012 – 59
2013 – 59
Total – 490
Minn dawn, 41 kienu ddikjaraw fl-applikazzjoni li kienu ser iwettqu xogħol ta’ nail technician/nail artist kif ġej:
2004 – 0
2005 – 2
2006 – 7
2007 – 2
2008 – 3
2009 – 3
2010 – 2
2011 – 8
2012 – 4
2013 – 10
Total – 41
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha care orders in vigore, kemm minnhom ta’ bniet u kemm ta’ subien, skont l-età u kemm ilhom in vigore?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment hemm 436 Ordnijiet ta’ Ħarsien in vigore li minnhom 268 huma subien filwaqt li 168 minnhom huma bniet.
L-informazzjoni ta’ kemm ilhom
in vigore
u l-eta’ tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew allokati akkomodazzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar f’Għawdex bejn Novembru 2012 u s-7 ta’ Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2012 u s-7 ta’ Marzu 2013 l-Awtorità tad-Djar ffirmat sebgħa u għoxrin (27) kuntratt ta’ għall-allokazzjoni u kuntratt wieħed (1) ta’ rikonoxximent.