Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ex-impjegati ta’ Kalaxlokk – fond garantit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31192 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-fond li kien garantit sabiex jagħmel tajjeb għall-ammonti dovuti lil ex impjegati ta’ Kalaxlokk għadux fis-seħħ? Jikkonfermax li kien hemm individwi li bbenefikaw minn dan il-fond? Jista’ jgħid x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita minn dawk li għandhom dritt li jibbenefikaw?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31771 Sitting 493 2017-03-13 Oral · Final From: JOSEPH MARIO SAMMUT To: Ministeru għall-Finanzi

Pensjoni tat-Teżor – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li mhux tirċievi l-pensjoni tat-teżor?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Leg 12 PQ #31372 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: JOSEPH MARIO SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex Ħaddiema tas-Sea Malta – terminal benefit

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-Qorti ddeċidiet favur li l-ex ħaddiema tas-Sea Malta jkunu ntitolati għal terminal benefit, jista’ l-Prim Ministru jgħid ir-rimanenti impjegati, madwar sitta, fejn jistgħu jressqu t-talba tagħhom għall-kumpens ġaladarba la l-Ministeru għall-Finanzi u lanqas dak tal-Ġustizzja, m’huma disposti jgħaddulhom dak li ġie deċiż u dak li ġie mgħoddi lil sħabhom l-ex impjegati ta’ Sea Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28626.
Leg 12 PQ #31192 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: JOSEPH MARIO SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-impjegati ta’ Kalaxlokk – fond garantit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fond li kien garantit sabiex jagħmel tajjeb għall-ammonti dovuti lil ex impjegati ta’ Kalaxlokk għadux fis-seħħ? Jikkonfermax li kien hemm individwi li bbenefikaw minn dan il-fond? Jista’ jgħid x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita minn dawk li għandhom dritt li jibbenefikaw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Reviżjoni ta’ pensjoni – kaz ta’ koppja

Question

Jista’ l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kull meta l-anzjani li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament japplikaw għal xi benefiċċju, it-talba tagħhom tiġi rifjutata? Jista’ jara wkoll li ssir reviżjoni tal-pensjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-individwu ser ikun qiegħed jiġi nfurmat bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bl-eżitu.

Marsaxlokk – Triq it-Torri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti rimanenti minn Triq it-Torri ġewwa Marsaxlokk hijiex fil-lista ta’ toroq sabiex jitkomplew? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, il-Ministeru meta beħsiebu jindirizza din l-unika parti minn triq sħiħa li ġiet imħollija fi stat ta’ abbandun u telqa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Benefiċċji – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament mhijiex tirċievi s-segwenti benefiċċji u ċjoe: - l-ammont ta’ €300 li jingħataw lill-persuni li għandhom ‘il fuq minn 75 sena li jkunu jgħixu f’dar u mhux home; - l-ammont ta’ €110 għajnuna supplementari; u - peress li kienet taħdem independentement minn żewġha, meta ġie nieqes, hi ma ħadet xejn għar-rigward tal-bolol li ħalset?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ra l-każ imsemmi minnu u jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, qiegħda tirċievi l-benefiċċji kollha dovuta lilha.

Pensjoni addizzjonali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex intitolata għal xi żieda/pensjoni oħra oltrè l-pensjoni tar-romol peress li fi xbubitha kienet f’impjieg produttiv?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġiet infurmata bl-eżitu.

Żurrieq – Vjal ix-Xarolla — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol ta’ twessigħ fuq Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qiegħda tipprepara t-tender għax-xogħlijiet f’din it-triq. Il-bidu tax-xogħlijiet jiddependi fuq il-proċess tal-akwist tal-istess xogħlijiet.

Żurrieq — Triq Ħal Far - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’possibbilità hemm li Triq Ħal Far u ċjoè t-triq li twassal miż-Żurrieq għal ħdejn il-Laboratorju tal-Paċi tingħata wiċċ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija mhix la arterjali u lanqas distributorja u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responabbilta’ ta’ Transport Malta.

Reviżjoni ta’ pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament stante d-diversi tentattivi li saru min-naħa tiegħu sfaw inutli u jidhirlu li l-ammont għandhu jiġi aġġustat favur tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu huwa magħluq. Il-persuna ikkonċernata ser tkun infurmata bl-eżitu wara li sar reviżjoni tal-każ.

Marsaxlokk – Triq Abdosir – provista tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni u jara li l-provista tal-elettriku fi Triq Abdosir f’Marsaxlokk tkun waħda stabbli b'mod partikolari filgħaxijiet? Jista’ jara li jittieħdu l-passi opportuni u tiġi stallata bozza fit-tarf tal-Blokk ta’ appartamenti tal-Gvern ġewwa l-istess akkwata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta li wara li nvestigat il-każ, ma nstab l-ebda nuqqas fis-sistema tad-distribuzzjoni tagħha fl-inħawi li jista’ jwassal għad-diffikultà indikata. Ir-residenti konċernati u l-kunsill lokali ġew infurmati u avżati biex jiċċekkjaw is-sistemi tal-elettriku tagħhom. Filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex is-suġġeriment għal bozza ġdida jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.

Marsaxlokk – Triq Abdosir – cables tal-internet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir dak kollu neċessarju sabiex l-impjegati tas-soċjeta GO jkunu jistgħu jgħaddu l-cable relattiv fi Triq Abdosir f’Marsaxlokk għall-komunikazzjoni tas-servizz tal-internet li b’konsegwenza tan-nuqqas, huma sprovvisti mill-użu ta’lift?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonfermama li ma rċeviet l-ebda ilment/i mingħand resident/i fi 'Triq Abdosir' ġewwa Marsaxlokk dwar talba lill-kumpanija GO għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronici. Minkejja dan, l-Awtorità għamlet kuntatt mal-kumpanjia GO li filwaqt li kkonfermat li fl-inħawi msemmija hemm diversi xogħlijiet għaddejin infurmata wkoll li teħtieg li jkollha aktar dettalji speċifici dwar il-każ li għaliha qed tagħmel referenza l-mistoqsija parlamentari (bħal per eżempju indirizz speċifiku, etc) biex tkun f’pożizzjoni li tagħti l-informazzjoni meħtieġa.

B’Bugia – Triq iż-Żurrieq – perkolazzjoni ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara tinstabx soluzzjoni għar-rigward ta’ perkolazzjoni ta’ drenaġġ li ilha eżistenti għal dawn l-aħħar 4 snin u liema drenaġġ qed jesporġi f'residenzi privati fi Triq iż-Żurrieq B'Buġia u dan nonostante d-diversi rapport li saru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qegħdin isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa fuq il-mejnijiet tad-drenaġġ tal-akwati. Diġa’ sar intervent ta’ riparazzjoni u l-każ se jkompli jiġi segwit mill-qrib.

Il-Belt Valletta – Triq id-Dejqa — drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-drenaġġ li qed jiskula fi Triq id-Dejqa Valletta, preċiżament fit-taraġ appena riabilitat quddiem il-lok magħruf bħala Trabixu, tinstab soluzzjoni għalih u dan billi, jekk hemm bżonn, tiġi nkarigata l-Pulizija Eżekuttiva u jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji kontra s-sidien tal-appartamenti jew okkupanti tagħhom stante illi dan l-ilma li qed joskula huwa ilma maħmuġ u dan kif ikkontemplat mil-liġi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ma kien irċieva l-ebda lment rigward dan. Minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li hemm sadd fid-drenaġġ komuni li tappartjeni binja t’appartamenti li tinsab ġol-istess triq. Għaldaqstant inħareġ avviz bil-miktub lid-Dipartiment tal-Artijiet kif ukoll lill-Awtorita’ tad-Djar sabiex jittieħdu l-passi neċessarji. Uffiċjali mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali se jibqgħu jagħmlu l-ispezzjonijiet kollha neċessarji sabiex jiġi assigurat li x-xogħlijiet rikjesti jiġu mwettqa.

Kaċċa – każi ta’ persuni milquta minn ċomb sparat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti rapporti mill-Kummissarju tal-Pulizija konċernanti allegazzjonijiet li persuni ntlaqtu jew waqa’ ċomb fuqhom sparat minn armi u¿ati minn persuni għal kaċċa u dan bejn il-perjodu 1998 u 2015, sena b’sena? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet li tressqu l-Qorti in segwitu għal tali allegazzjonijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija ma żżomx eletronikament l-informazzjoni mitluba. Madankollu saru riċerki mawali sa mis-sena 2012 u irriżulta li kien hemm każ wieħed f’Novembru tas-sena li għaddiet fejn persuni allegaw li ntlaqtu jew waqa’ ċomb fuqhom sparat minn persuna li kienet għal kaċċa. Fuq dan il-każ il-persuna suspettuża ser titressaq il-Qorti.