Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji fuq liema kriterji d-direttur għall-akkomodazzjoni soċjali/housing qiegħed jirrikkmanda l-allokazzjoni u jekk tali rakkmandazzjoni hijiex ibbażata fuq il-punti allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-punti mogħtija lil kull applikant huma għodda għad-Dipartiment biex isir l-proċess ta' allokazzjoni. Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn il-punti ma jirriflettux bżonnijiet soċjali ferm gravi li jirrikjedu allokazzjoni mmedjata lill-ċertu applikanti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara d-dikjarazzjoni, meta tkun rakkmandata applikazzjoni għall-akkomodazzjoni ta' homeless? Jista' l-Viċi Prim Ministru jiggarantixxi li min hu nkarigat qiegħed jaqdi dmiru sewwa u jiċċertifika mill-għases tal-pulizija rispettivi li tali dikjarazzjoni ta' homeless hija vera simili u mhux pretiza u li ma jkunx hemm kulliżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali hu konxju li jkun hemm każi fejn ma jkunx veru li l-applikant ikun "homeless". Għalhekk rapporti "unchecked" mill-għases tal-pulizija jiġu injorati. Id-Dipartiment iqis l-aktar bħala "homeless" lil dawk żgumbrati mill-qorti, lil dawk li waqgħetilhom id-dar u lil dawk li jkollhom rapporti verifikati mill-pulizija, akkompanjati minn rapporti ta' welfare officers jew social workers.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qegħda tieħu l-amministrazzjoni sabiex tiżgura li dawk iċ-ċittadini li jew għax m'għandhomx wiċċhom jagħtihom u jmorru wara l-bibien jew għax ma jħobbux jitolbu, jieħdu l-istess trattament u attenzjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni tagħhom għal assenjazzjoni ta' akkomodazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-allokazzjonijiet ta' postijiet battala li jsiru mid-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jiġux allokati lil dawk li jmorru jħabbtu l-bibien. Id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu nies apposta li jiflu u jidentifikaw każi urġenti u jressquhom għall-konsiderazzjoni tad-Direttur.
L-Awtorita' tad-Djar, ukoll, tittratta lil kulħadd bl-istess mod.
Kull ħarġa ta' allokazzjoni mħabbra mill-Awtorita' tad-Djar tkun ippubblikata diversi drabi fil-media lokali.
Ovvja, min irid xi forma ta' għajnuna mill-Awtorita' tad-Djar taħt xi skema minn tagħha rrid jissottometti applikazzjoni.
Dan l-aħħar saret kampanja televisiva mill-Awtorita' tad-Djar fejn informat l-pubbliku x'servizzi toffri.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar xi proġetti ġodda kien hemm fir-rigward tal-housing tul dawn l-aħħar għaxar snin u fejn kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġetti kollha tal-bini ta' l-Awtorita' tad-Djar ġew elenkati fir-rapporti amministrattivi ta' kull sena li ġew ippreżentati u approvati mill-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid: kemm huma dawk l-uffiċjali tal-pulizija li ġew promossi għal grad ta' surġent; liema huma s-sezzjonijiet li ntbagħtu fihom dawn is-surġenti; x'kien l-ordni ta' mertu ta' kull surġent f'dawn is-sezzjonijet?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-promozzjonijiet għall-Surġenti li ngħataw fit-13 ta' Lulju, 1999, ninsab infurmat li kien hemm 28 Kuntistabbli li ġew promossi. Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
27.09.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur of Institutional Health tad-Dipartiment tas-Saħħa huwiex permess li jagħmel xogħol ta' tabib privat skond il-kuntratt eżistenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara x'passi se jittieħdu sabiex ix-xogħlijiet li nbdew fuq Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, Birżebbuga fis-sena 1988 jinġiebu fit-tmiem ħalli jispiċaaw it-tbatija u l-inkonvenjent għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li xi xhur ilu saret stima tax-xogħol meħtieġ u bħalissa wieħed qed jistenna li jitlestew xogħolijiet oħra biex dan ix-xogħol ikun jista` jsir.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi kollha opportuni u neċessarji sabiex tiġi rranġata u mnaddfa Triq il-Port Ħieles fl-inħawi ta' Triq il-Kartaġeniżi, Birżebbuġa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi jsir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'rimedji se jittieħdu sabiex jinqata' l-inkonvenjent kreat mill-fatt illi ċertu persuni fil-post ġewwa l-Isptar San Luqa minn fejn jingħataw il-pilloli, jew għax ikollhom il-pass jew għax jinzertaw ikunu fuq quddiem fil-queue, ikollhom fuqhom jew aħjar jiġbru r-riċetti ta' diversi persuni oħra bil-konsegwenza li anzjani jispiċċaw jagħmlu sigħat jistennew fuq saqajhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Wara t-tneħħija tat-taxxa ta 50 centeżmu ta min jinnota li llum il-ġurnata rari jkun hemm queue. Fil-fatt l-uniku queue li jkun hemm, huwa fit 08.30am qabel ma tiftaħ l-ispiżerija.
Ir-regola fil-Outpatient Pharmacy fejn jingħataw il-pilloli, hija li l-klienti jistgħu jiġbru riċetti għall tlett persuni biss. Jekk ikollhom għal izjed nies, jinqdew għal tlieta, mbagħad jerġgħu lura fil-queue.
Sptar Sir Paul Boffa — Pazjenti li jmorru għall-kura
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm wara r-raġuni u x'rimedji u passi se jittieħdu sabiex: 1) pazjent ma' jkollux għalfejn jagħmel aktar minn sagħtejn jistenna fil-bini ta' l-Isptar Sir Paul Boffa u dan sabiex jiġi mwassal lura lejn id-dar wara li jkun irċieva l-kura; 2) ambulanza tkun mingħajr stretcher? 3) Xi training u xi kwalifiki għandu l-istaff jew aħjar xi wħud mill-istaff ta' l-ambulanzi meta si tratta li pazjent jiddaħħal f'ambulanza; u 4) kemm suppost jitrikbu pazjenti f'ambulanza waħda u jekk hemmx xi struzzjonijiet sabiex ambulanza sservi ta' minibus u tgħabbi diversi pazjenti minn diversi lokalitajiet bi skomdu u sofferenza għall-pazjent?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5776 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta'l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid jekk Ta' Qali National Park Committee għadux jiffunzjona? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-membri ta' l-istess kumitat għas-sena 1997 - 1998 u 1999?
Jista' l-Ministru jgħid jekk Ta' Qali National Park Committee għadux jiffunzjona? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-membri ta' l-istess kumitat għas-sena 1997 - 1998 u 1999?
Jekk fl-affermattivi, jista' jgħid hux se jittellgħu attivitajiet u taħt liema forma?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidhirli li l-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru ta' l-Ambjent.
B'riferenza għall-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-Unions għar-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi mplimentata dik il-parti ta'l-istess ftehim li tistipula li nisa miżżewġa bit-tfal, jew dawk li jduru bl-anzjani, se jibbenefikaw minn reduced hours?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin negozjati mal-Unions
u konsultazzjonijiet ma diversi partijiet interessati fl-
iskema tar-reduced hours. Huwa mistenni li din il-miżura
tiġi mplimentata fi żmien qasir.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara t-tħassir minn fuq l-attendence sheet tal-promotion mogħtija mill-grad ta' EO għal Assitant Principal nhar it-18 ta' Jannar, 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħti aktar informazzjoni
biex il-każ ikun jista jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rġeistrati bħala pensjonanti ġewwa Birżebbuġia, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, Ħal Safi u ż-Żurrieq li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
16.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li applikaw u qegħdin isegwu l-kors għall-surġent fil-Korp tal-Pulizija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għall-surġenti u kemm minn dawn se jimtlew mill-kandidati aktar 'il fuq indikat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kuntistabbli li kienu applikaw għall-kors għall-surġent fil-Korp kien ta' 150, li minnhom 94 qed isegwu dan il-kors.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' vakanzi fil-grad ta' Surġent preżentament hu ta' 25 u dawn il-vakanzi jimtlew skond l-eżitu ta' dan il-kors, dejjem skond l-esiġenzi tas-servizz tal-Korp.
08.03.99
Jista' l-Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha tirreġistra għal kważi dawn l-aħħar tliet snin mingħajr ma ġiet offruta impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata atwalment mhux qed tirreġistra iżda qed taħdem. Huwa beda jaħdem fil-28 ta' Diċembru 1998. Matul il-perjodu li dam jirregistra għax-xogħol, jiġifieri bejn is-26 ta' Jannar 1996 u l-24 ta' Diċembru 1998, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ offrietlu xejn anqas minn tlettax il-opportunita' ta' xogħol kemm fil-privat u kemm f'ażjendi parastatali.
Huwa ovvju li l-Onor. Interpellant ġie żgwidat mill-informazzjoni li ngħatatlu u għalhekk ikun aħjar jekk min jersaq biex jagħmel interpellanza f'dan il-Parlament, l-ewwel jivverifika l-fatti b'mod serju. Huwa proprju għalhekk li skond ir-regoli ta' dan il-Parlament m'għandhomx isiru mistoqsijiet ta' natura personali, iżda suppost li jsiru biss fuq materja ta' interess pubbliku.
15.2.99
Jista' l-Ministru jara li Triq Widnet il-Baħar, Binja Nigret, Żurrieq, tingħata l-wiċċ peress illi dan qiegħed ikun ta' dannu kbir għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress illi din il-persuna tbati minn diżabilita' u ma tistax toħroġ minn darha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt l-informazzjoni pprezentata mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi nvestigat liema servizzi għad jonqos isiru qabel ikun jista` jsir ix-xogħol l-ieħor.
Jista' l-Ministru jinvestiga d-dettalji tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u dan għar-raġunijiet hemm indikati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
15.2.99