Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Każ H 16083

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16083: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 16113

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16113: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-paga tad-diversi kategoriji ta' mpjiegi fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar u minn hu intitolat għal overtime jew allowances minn dawn l-impjegati? In oltre, jista' l-Ministru jispjega kif impjegati fi ħdan l-istess awtorita' jaqbżu s-Lm7000 fis-sena filwaqt li oħrajn fl-istess kategorija jaqbdu biss il-paga normali tagħhom? Jista' l-Ministru jelenka l-kriterji għal din id-disparita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pagi mħallsa lill-impjegati ta' l-Awtorita' tad-Djar mill-grad ta' Amministratur l-isfel huma dawk li jirriżultaw mill-Fethim Kollettiv iffirmat bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Union Ħaddiema Maqgħudin li jkopri għas-snin 1998, 1999 u 2000. Dawn il-gradi huma intitolati għall-ħlas ta' 'overtime'. Il-ħlas għall-'overtime', li jingħata skond l-esiġenza tas-Servizz, jiġi magħdud mal-paga bażika ta' l-impjegat.

Djar — Każ H 16149

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16149: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 14895

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 14895: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 16335

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16335: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 15932

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 15932: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Każ H 15738

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 15738: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.

Djar — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga fuq liema kriterji talbiet minn residenti tal-blokk li fih kien joqgħod Riccardo Cesare li safa vittma fil-Furjana, ġew maqbuża minn persuni li applikaw warajhom liema persuni ngħataw akkomodazzjoni alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni tingħata f'xi Seduta oħra.

Lukanda Edvan — Persuni homeless

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn u fuq liema kriterji reġgħet ġiet magħżula l-lukanda Edvan, bħala refuġju għal nies mingħajr saqaf? Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed iħallas id-dipartiment lil din il-lukanda għall-akkomodazzjoni fornuta kuljum għal kull persuna? Kemm nies preżentement ġew mibgħuta f'din il-lukanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Każ ta' Riccardo Cesare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se ssir inkjesta interna fi ħdan il-ministeru sabiex jiġi nvestigat: (a) kemm-il darba sar rapport; (b) x'passi ttieħdu; jew (ċ) għalfejn qatt ma ttieħdu passi għar-rigward tal-fond li ġġarraf u li fih safa vittma Riccardo Cesare?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #13275 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi jista' hemm in segwitu għaż-żjara tiegħu jew aħjar mixja ta' xogħol fiż-Żurrieq għar-rigward ta' proġett ta' Mitħna tax-Xarolla u miżbla ta' Wied Fulija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li smajt is-suġġerimenti tal-Kunsill Lokali u l-proposti li għamlu u dawn qed jiġu kunsidrati.

Żurrieq — Triq Widnet il-Baħar - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm illi Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ peress illi apparti l-inkonvenjent, f'din it-triq jabitaw aktar minn erba' persuni bi bżonnijiet speċjali b'mod illi f'każ partikolari minnhom il-persuna konċernata tinsab fi stat ta' arrest ġewwa darha għax impossibbli biex tinħareġ minħabba l-istat ħażin tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizzi tqegħdu f'din it-triq u l-Kunsill Lokali diġa għamel bankina biex tkun tista' tintuża minn nies bi bżonnijiet speċjali li joqogħdu f'din it-triq. Id-Dipartiment tat-Toroq ser jara kif il-parti tat-triq li għadha mhix asfaltata tkun ukoll asfaltata.

Tarxien — Xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ fejn qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni f'Ħal Tarxien fejn fil-pedament qiegħed jintefa' materjal b'xebħ ma' ħama u dan fil-pedament? Jista' l-Ministru jgħid fuq ordni ta' min dan il-materjal qiegħed jintefa'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li hekk kif waslet l-informazzjoni li l-kuntrattur kien qed jordom materjal li kien jinkludi xi ħama, dan twaqqaf immedjatament mid-Direttur tal-Bini u Tiswija ta' Djar u ġie ordnat juża radam normali.

Djar — Assistent Direttur

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-każ ta' l-applikazzjoni tagħha għall-post ta' assistent direttur fi ħdan id-Dipartiment tal-Housing, liema applikazzjoni ġiet rifjutata wara disa' xhur fuq il-kriterji li hu ma jikkwalifikax a bażi taċ-ċirkolari u dan avolja hu kien jissodisfa l-istess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-Mistoqsija tikkonċerna proċess ta' għażla li huwa mniedi mill-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku u għalhekk mhux il-każ li bħala Ministru għandi nagħmel investigazzjoni. B'danakollu, jien infurmat li d-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru tiegħi, li huwa wkoll membru tal-Bord ta' l-Għażla, diġa' spjega fid-dettal lill-persuna konċernata r-raġuni għala ma tikkwalifikax għal din il-pożizzjoni. Il-persuna kkonċernata wkoll qajjem il-każ tiegħu mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Djar — Akkomodazzjonijiet soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' housing u akkomodazzjoni soċjali in ġenerali, liema kienu x-xogħlijiet ta' tiswija li proġetti tal-gvern kellhom bżonn; u jekk kien hemm ta' liema natura kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiddispjaċini li l-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant ma tantx hi ċara. Jekk jispjegali eżatt x'informazzjoni jixtieq, inkun f'pożizzjoni li nagħti t-tweġiba.

Djar — Akkomodazzjonijiet soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) kemm hemm persuni li applikaw għal akkomodazzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena; (b) min ġie allokat punti f'dawn is-snin; u (ċ) kif inhuma allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-rigward tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kien hemm 4,217 persuna li applikaw għal akkomodazzjoni alternattiva matul l-aħħar ħames snin. Dawn kienu kif ġej: 1995 834 1996 951 1997 983 1998 925 1999 524 (sat-22 ta' Ottubru) Kull applikazzjoni tingħata punti awtomatikament kif tidħol fid-database tad-Dipartiment. Barra dan, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet dawn l-applikazzjonijiet f'dan l-aħħar ħames snin:- SENA NUMRU TA' APPLIKAZZJONIJIET 1995 1,309 1996 2,080 1997 1,994 1998 519 1999 1,217 Hemm numru ta' applikanti li applikaw f'aktar minn sena waħda taħt avviżi differenti. Dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom ma kienetx invalida ingħataw il-punti. Kemm id-Dipartiment konċernat kif ukoll l-Awtorita' tad-Djar jallokaw punti skond il-proċeduri stabbiliti.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' proprjeta' mibnija f'dawn l-aħħar għaxar snin mid-Dipartiment tal-Housing u/jew il-Housing Construction and Maintenance Department, kemm hemm minnha: (1) vojta; (2) fejn din il-proprjeta' tinsab; (3) kemm hemm garaxxijiet; u (4) fejn dawn jinsabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm id-dipartimenti msemmija mhumiex propjetarji ta' l-ebda bini tal-Gvern, m'hemm ebda propjeta' amministrata minn dawn id-Dipartimenti, li hija vojta għajr għal xi units li minn żmien għal żmien jiġu vakati w ri-allokati. Ta min isemmi li l-Awtorita' tad-Djar għandha numru ta' garaxxijiet li huma vojta u ser jiġu allokati permezz ta' sejħa għall-offerti fi ftit żmien ieħor. Lista ta' dawn il-garaxxijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.

Djar — Allokazzjoni ta' postijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' data inputted fil-computers ta' l-Awtorita' tad-Djar u tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, u cioe' dik li tikkonċerna l-allokazzjoni ta' punti li fuqhom jiġu allokati l-postijiet, jiggarantixxi li hi waħda tajba, korretta u vera simili?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-rigward tad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali, meta twaqqfet id-database tad-Dipartiment 11 il-sena ilu, numru rilevanti ta' punti ġew assenjati lid-dħul tal-applikant. Id-Dipartiment sar konxju ta' ċerta manipulazzjoni li tista' ssir hawn dwar fatti li diffiċilment jistgħu jiġu vverifikati. Minn naħa l-oħra, fil-każ ta' l-allokazzjonijiet, l-Awtorita' tad-Djar tuża żewġ sistemi kontemporanji, waħda manwali u oħra kompjuiterizzata. Qabel ma issir l-allokazzjoni, jiġi assigurat li l-punti taħt iż-żewġ sistemi jkunu l-istess. Barra dan, il-Ministeru flimkien mad-Dipartimenti Għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita' tad-Djar qegħdin fil-fażi finali ta' proċess fejn il-punti allokati jkunu identiċi kif ukoll li din is-sistema tnaqqas kemm tista' l-abbużi.