Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mis-sidien ta' vetturi f'tests tal-VRT u kemm naqsu l-inċidenti tat-traffiku b'konsegwenza ta' karozzi li tneħħew miċ-ċirkolazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet ma jżommx statistika ta` kemm jitħallsu flus mis-sidien ta` vetturi għall-`Vehicle Roadworthiness Test`.
Rigward statistika ta` kemm naqsu l-inċidenti tat-traffiku nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għall-eżerċizju MSU fis-settur pubbliku? Kien hemm xi forma ta' kejl tal-effiċjenza qabel sar l-eżerċizzju? Ġiet stabbilita "yardstick" fil-proċess ta' l-eżerċizju? Jekk fil-fatt tkejlitx l-effiċjenza u kemm hi bħal issa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Id-domanda ta' l-Onorevoli Nterpellant ma hix ċara. B'dana kollu nista ngħid li l-proċess ta' riforma fis-servizz pubbliku li nbeda taħt il-Gvern tiegħi għaxar snin ilu bidel is-servizz pubbliku b'mod radikali bis-saħħa ta' l-introduzzjoni tat-teknoloġija ta' l-informatika fid-dipartimenti tal-Gvern, b'mod partikolari fid-dipartimenti l-ġodda bħal VAT Office u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
It-titjib fl-effiċjenza jitqies biż-żieda fin-numru u livell ta' kwalit ta' servizzi li d-dipartimenti qed joffru lill-pubbliku, bl-implementazzjoni ta' Quality Service Charters kif ukoll servizz li jingħata lill-pubbliku anki minn ġo daru permezz ta' computers jew permezz tal-posta biex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qiegħed jirrifjuta li jingaġġa patoloġisti meta biex jingħata servizz fil-klinika ta' Bormla qed ikollu jinżel patoloġist mill-klinika ta' Raħal Ġdid tlett darbiet fil-ġimgħa? Għaliex din ix-xeħħa f'qasam daqshekk importanti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-podoloġista. Jekk dan hu l-każ, nirreferih għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 13098.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-kampanja edukattiva li saret dwar is-sewqan fuq il-mezzi tax-xandir, bill-boards, etc?
Jekk qed tinżamm statistika ta' l-inċidenti tat-traffiku qabel, waqt u wara l-kampanja, x'inhuma r-riżultati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kampanja edukattiva għal sewqan aħjar swiet b`kollox madwar Lm60,000. Din is-somma tinkludi estimu tal-ħlas dovut lill-mezzi ta` l-istampa li taw is-servizzi tagħhom, relatati ma` din il-kampanja, mingħajr ħlas. Ta` min jirrepeti li ma ntużawx fondi pubbliċi għal din il-kampanja għax il-flus meħtieġa nġabru kollha permezz ta` donazzjonijiet u sponsorships.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li mat-tnedija ta` din il-kampanja ġiet introdotta sistema ġdida għal ġbir ta` statistika dwar inċidenti tat-traffiku li, fost ħwejjeġ oħra, tgħin biex il-pulizija jkunu jistgħu jidentifikaw u jikkonċentraw fuq accident black spots.
Ma hemmx dubju li, b`riżultat ta` din il-kampanja, l-pubbliku sar iżjed konxju mill-perikoli li jeżistu fit-toroq. Għalkemm fl-1999, tilfu ħajjithom 14-il persuna f`inċidenti tat-traffiku, ninsab infurmat li dan in-numru kien l-iżgħar wieħed mill-1991 `l hawn. Filwaqt li kampanji bħal din jgħinu biex jedukaw lis-sewwieqa u l-pedestrians billi jagħmluhom konxji mir-regolamenti tat-traffiku u li dawn għandhom jiġu osservati għall-benefiċċju tagħhom stess, il-frott ta` dan il-proċess ta` edukazzjoni ma jistax jitkejjel fi żmien qasir u għandu jiġi sostnut, partikolarment bil-kontribut tal-pulizija tat-taqsima tat-traffiku.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jinvestiga fuq liema kriterji persuni qegħdin jintgħażlu mill-ETC sabiex jimlew vakanzi speċifiċi? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jinvestiga l-mod li bih impjiegi qegħdin jiġu assenjati da parti ta' l-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika liema vakanzi fl-ETC qed jirreferi għalihom, jingħata l-informazzjoni li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jara x'passi għandhom jittieħdu sabiex il-posta (fergħa Żurrieq) tkun aċċessibbli minn nies anqas ixxurtjati (persuni b'diżabilita')?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dalwaqt jibda programm ta` `refurbishment` fil-fergħat tal-Maltapost fejn hemm bżonn li dan isir. Fejn ikun possibbli, hu ttamat li jsiru arranġamenti għal aċċess għal persuni b`diżabilita`.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni sabiex bħala relievers, jintgħażlu dejjem il-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?
Jista' jgħid xi kwalifiki speċjali dawn l-individwi għandhom fuq membri oħra ta' l-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-persuni msemmija, huma parti mill-grupp li jkunu għall-lest biex jidħlu bħala relievers fuq għassa. Fl-Armata, dejjem kienet il-policy li tiddentifika grupp ta' suldati li jkunu mħarrġa u kunsidrati tajbin biex jagħmlu dan ix-xogħol f'post partikulari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 16151: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt f'Mistoqsija Parlamentari Numru 13830 peress li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istess applikazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 16530: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 15887: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 14119: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-persuna li applikat u ġiet reġistrata bin-numru 12520 mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li hija ħandikappata, għadha ma ġietx mogħtija akkomodazzjoni u dan meta l-applikazzjoni ġiet intavolata fis-sena 1995?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn fil-każ ta' din il-persuna anqas l-inspection għadha ma saret?
Jista' jgħid għalfejn dan il-każ ma ġiex ittrattat bl-urġenza li ġew biha ttrattati każi oħra li nqdew fi ftit ġranet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' dawk l-oħra li iridu pjan terran fil-Birgu biss.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2666, jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslu x-xogħlijiet ta' drenaġġ u ta' surfacing fi Triq Andrea Debono, in-Naxxar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li sar studju biex isir id-drenaġġ f'dawn l-inħawi nstab li din it-triq tifforma parti minn numru ta' toroq li s-sistema tad-drenaġġ tagħhom iridu jaqgħu ġo 'Pumping Station'.
Dan ifisser li din hija skema ta' 'extensions' ta' drenaġġ mhux normali. Rigward il-'Pumping Station', ittieħdu proċeduri biex tiġi esproprjata l-art fejn se ssir din il-pompa. Qegħdin jittieħdu passi wkoll biex tinħareġ offerta għal dawn l-estensjonijiet.
Rigward xogħol ta' 'surfacing' ta' l-istess triq, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 15959: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 14447: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni 16151: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l-applikazzjoni numru 14362: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16231: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16030: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor. Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l-applikazzjoni H 16141: (a) meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; (b) jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; (ċ) jekk aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir-raġuni wara t-talba?