Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14788 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Żurrieq — Triq Napuljun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar u x'qiegħed isir min-naħa tad-dipartiment għar-rigward tal-każ ta' infiltrazzjoni ta' ilma għal ġol-fond Madonina, 46 Triq Napuljun, Żurrieq, każ li ilu pendenti mill-1997 (WD 263/97) Drainage Section)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li l-każ ta` infiltrazzjoni ta` ilma għal gol-fond `Madonnina` 46 Triq Napuljun, Zurrieq, kien ġie rreferut l-ewwel darba lil uffiċċju tad-Dipartiment tas-Saħħa taż-Żurrieq fit-28-01-97. Kampjun ta` l-ilma indikat kien ittieħed fil-21-02-97 wara li sar appuntament ma l-istess persuna li għamlet l-ilment. Il-kampjun irriżulta kontaminat, u b`hekk saru diversi testijiet kemm bil-pressa kif ukoll bil-kulur. Wara sar ukoll test bis-CCTV ġo l-istess drenaġġ pubbliku. Dan irrizulta li d-drenaġġ publiku ta` Triq San Pietru Pawl Pullicino kien difettuż. Ix-Xogħol fuq l-istess drenaġġ sar u l-infiltrazzjoni waqfet madwar Lulju 1997. Ilment simili kien ġie wara rreferut lill Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Saħħa Zurrieq fl-15-03-99, kampjun ittieħed fit-23-03-99, li irriżulta kkontaminat. Saru testijiet, bil-pressa kif ukoll bil-kulur, imma rriżulta negattiv. L-infiltrazzjoni waqfet f`Lulju ta 1999. Ilment ieħor kien ġie wara rreferut lil uffiċċju tad-Dipartiment tas-Saħħa f`Hal Luqa f`Novembru 1999. Mill-Kampjuni li ttieħdu f`26-11-99 u wara f`8-02-2000 min uffiċċjal ta` dan id-Dipartiment irriżulta li l-kampjun huwa probabbli `Ilma tal-Vit`. Il-water Services Corporation kif ukoll il-Kunsill Lokali Zurrieq ġew infurmati b`dan bill-miktub, waqt li il-persuna li għamlet l-ilment ġiet infurmata verbalment.

Żurrieq — Triq Sardinella - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata u mwittija Triq Sardinella fiż-Żurrieq? Meta se jiġi mwaqqa' ħajt li qiegħed jimpedixxi l-aċċess minn Triq is-Sardinella għal ġo Triq Bubaqra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żona għad qed isir l-iżvilupp fiha w fil-preżent hemm aċċess minn sqaq. Jien infurmat ukoll li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultat minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #14778 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Television — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni wara l-fatt illi ħafna persuni fiż-Żurrieq li jħallsu l-liċenzja tat-television ma humiex jirċievu c-channel 12 - UCH-22?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru l-kanali msemmija huma trasmessi mill-Melita Cable.

Żurrieq — Triq Maria Faruge - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni wara l-fatt li Triq Maria Faruge, Żurrieq, li ilha li nfetħet sa minn qabel l-1984, għadha sal-lum mingħajr wiċċ u dan b'inkonvenjent u preġudizzju kbir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żona għad qed isir l-iżvilupp fiha w għalhekk d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #14780 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni wara t-tibdil fil-mod kif l-istudenti li kienu qegħdin isegwu l-kors tal-SEN jew SRN issa qegħdin jiġu obbligati u kostretti jidħlu għal diploma? Jista' l-Ministru jintervjeni u jsolvi l-problema kkreata mill-fatt illi dawn l-istudenti ntrabtu għall-perijodu ta' sentejn taħt penali u issa ġew kostretti jibqgħu marbuta għall-perijodu itwal taħt l-istess penali, bil-konsegwenza li dawn l-istess studenti qegħdin iħossu ruħhom ingannati u misled?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ebda studenti li kienu isegwu l-kors ta` SEN jew SRN ma ġew obbligati u kostretti jidħlu għal Diploma.

Żurrieq — Triq Kalanġ Buġeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Kalanġ Buġeja, Żurrieq, hix se tiġi rranġata peress illi din it-triq tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq indikata mill-Onor. Interpellant għad irid isir xogħol fuq it-tibdil tal-`house services` mill-Korporazzjoni ta` l-Ilma. Terz biss tat-triq għadu mhux asfaltat, u għalhekk ix-xogħol fiha isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm ta` asfaltar ta` toroq simili ma Malta kollha li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprepara flimkien mal-Kunsilli Lokali, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Djar — Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fiż-Żurrieq jinbnew appartamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser jinħarġu l-offerti għall-bini ta' 11-il appartament fiż-Żurrieq. Barra minn hekk, inħareġ permess ta' bini mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' 12-il appartament ieħor. Bħalissa qegħdin jiġu ppreparati t-"tender documents".
Leg 9 PQ #14676 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx l-intenzjoni li jsiru supritendenti fil-korp tal-pulizija? Jekk fl-affermattiv, x'qiegħed iżomm il-proċeduri?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13655.

Żurrieq — Triq Widnet il-Baħar - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu sabiex Triq Widnet il-Baħar, fiż-Żurrieq ma tibqax fl-istat li hi? Jekk il-petizzjoni preżentata mill-istess residenti u l-fatti hemm esposti ġewx a konjizzjoni tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Fil-waqt li nikkonferma li l-petizzjoni ndikata waslet quddiemi wkoll, tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq biex jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq issir.

Zurrieq — Manutenzjoni ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Fonzu Gauci fiż-Żurrieq hix waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l-amministrazzjoni qegħda tipprepara? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din issir, peress li l-inkonvenjent f'din it-triq huwa kbir ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Billi jien infurmat li t-triq indikata diġa` ġiet asfaltata, l-Onor. Interpellant hu mitlub jivverifika sew l-isem tat-triq.

Żurrieq — Triq Donato del Piano

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Donato del Piano hix inkorporata fil-pjan li qiegħed jiġi mniedi għall-irranġar ta' toroq? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hix se ssir din is-sena peress li l-inkonvenjent u l-ħsara f'din it-triq hija kbira?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija kienet fil-pjan u fil-fatt għadu kif ingħata kuntratt biex din it-triq isir ix-xogħol fiha.
Leg 9 PQ #14486 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

SVPR — Pedaloġista

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja li ma hemm l-ebda pedaloġista residenti fl-isptar ta' San Vinċenz de Paule, il-gvern jew aħjar il-ministeru qiegħed jirrifjuta li jagħti mpjieq lil erba' pedaloġisti appena gradwati? Għaliex din ix-xeħħa f'qasam daqshekk importanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bi ftehim bejn iż-żewġ Ministeri konċernati, is-servizz tal-podoloġija fl-isptar San Vinċenz de Paule jingħata mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Dwar l-impjieg lil erba' podoloġisti li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant, nirreferih għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13098 u 12224.
Leg 9 PQ #14487 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Patoloġisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-erba patoloġisti li ggradwaw dan l-aħħar ma ġewx impjegati għall anqas bħala "casuals" u dan bħalma dejjem ġara fis-snin ta' qabel? Veru li dawn il-gradwati mhux se jiġu mpjegati għallinqas qabel is-sena 2001? Għaliex din ix-xeħħa f'qasam daqshekk importanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'inhiex infurmat li ggradwaw 4 Patoloġisti dan l-aħħar. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Podoloġisti, nirreferih għar-risposti Nri. 13098 u 12224.
Leg 9 PQ #14488 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi u x'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk u kemm se jdumu f'din is-sitwazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bhalissa ghaddejjin tahdidiet bejn il-Kumpanija Kalaxlokk u l-General Workers` Union dwar revizjoni tal-`Collective Agreement`. Huwa ittamat li jintlahaq ftehim li jwassal lill-Kumpanija li tkun f`qaghda li tikkompeti ghax-xoghol kif jirrikjedi s-suq. B`hekk biss jista` b`xi mod jigi garantit il-futur tal-haddiema.
Leg 9 PQ #14478 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn l-persuni li l-art tagħhom ġiet esproprjata għadhom ma ġew offruti l-ebda kumpens allavolja għaddew kważi tlett snin u nofs u saret applikazzjoni bin-numru L449/94/II/I?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuni li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant u li l-art tagħhom kienet diġa` ġiet esproprjata, sena ilu għamlu talba biex biċċa art oħra li kien fadal ma` ġenb din l-art tiġi wkoll esproprjata, peress li ma setgħu jagħmlu xejn biha. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ma kellu l-ebda oġġezzjoni għal dan, tant li din l-art ġiet inkluża fil-proġett li għalih kienet ġiet esproprjata l-art qabel. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment għall-Ambjent għad irid jagħmel it-talba formali għall-akkwist ta` l-art li kien fadal sabiex id-Dipartiment ta` l-Artijiet ikun jista` jippublika d-dikjarazzjoni meħtieġa fil-Gazzetta tal-Gvern.

Djar — Akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex persuni waħedhom jibda jkollhom id-dritt japplikaw għall-units maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-proġetti ġodda ta' l-Awtorita' tad-Djar, 20% tal-postijiet ser ikunu 1 jew 2 bedrooms. Għaldaqstant persuni waħedhom ser ikunu jisgħu japplikaw.
Leg 9 PQ #14480 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Żurrieq - Poliklinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm illi fiż-Żurrieq tinfetaħ poliklinika u tispiċċa l-anomalija li n-nies ta' l-akwati jridu jmorru l-Furjana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hemmx ħsieb li tinfetah poliklinika fiż-Żurrieq.

Toroq — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm illi t-triq li miż-Żurrieq tagħti għall-Ħal Far tiġi rranġata peress li din hija l-unika via di uscita f'każ li tingħalaq id-daħla tal-mini, jekk taqta' t-triq tas-Siġġiewi li tinsab f'diżastru akbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija jagħamlulha l-manutenzjoni tagħha l-Kunsill Lokali, u għalhekk għal aktar informazzjoni dwar il-programm tal-manutenzjoni, l-Onor, Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #14482 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Rampa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-banek f'Malta u Għawdex b'mod partikolari dawk taż-Żurrieq, ikunu aċċessibbli minn nies anqas ixxurtjati, persuni b'diżabilita'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suggeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ser jigi mghoddi lill-bank kummercjali li fih il-Gvern ghandu ishma. Nissuggerixxi lill-Onorevoli Membru jaghmel l-istess suggeriment lill-banek kummercjali l-ohra.
Leg 9 PQ #14483 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Żurrieq - Health clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li permezz tiegħu fiż-Żurrieq tinbena health clinic diċenti? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni? Jista' l-Ministru jara illi sew jekk tinbena waħda ġdida, kif ukoll dik eżistenti jkunu aċċessibbli minn nies anqas xxurtjati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hemm l-ebda pjan li tinbena berġa (klinika tad-distrett) ġdida flok dik preżenti. Jekk jiġi identifikat xi post ieħor li jkun aktar adekwat mill-klinika preżenti, id-Dipartiment lest li jikkonsidra l-proposti, dejjem skond il-limiti finanzjarji mposti mill-Budget tiegħu u l-prijorita' ta' proġetti oħra tad-Dipartiment. Id-Dipartiment jagħmel dak kollu possibbli sabiex jipprovdi aċċessibilta' għal nies anqas ixxurtjati. Kienu saru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar din il-possibilta', iżda l-postijiet li ġew proposti ma kienux aċċettati għax ma kienux adekwati.