Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15412 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS — Impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Foundation for Medical Sciences and Services qegħda tfittex u effettivament ingaġġat persuna mis-Siġġiewi sabiex jagħmel xogħol impjegat ieħor ma' l-istess fondazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-persuna li għaliha qiegħda issir ir-referenza ġiet ingaġġata ma` l-FMS bħala persuna b'diżabilita`. Kien għalhekk li sa mill-bidu ta` l-ingaġġ tagħha tħalliet dejjem fuq light duty. Minkejja dan jidher ċar illi m'hix ser tkun tista` taqdi d-dmirijiet tagħha. Wieħed irid biss jara l-ammont ta` sick leave li minkejja li kontinwament tnaqqsu r-responsabbilitajiet tal-persuna msemmija s-sick leave baqa` jiżdied. L-FMS bdiet proċess ta` għażla għal persuna f'eventwalita` li l-persuna ndikata ma tkunx tista` taqdi dmirha aktar. Sa llum ma ġie ngaġġat ħadd.
Leg 9 PQ #15413 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li isimha qiegħed jiġi mgħoddi separatament mhux qed tiġi mogħtija light duties meta din ġiet mogħtija l-ingaġġ tagħha mal-Foundation for Medical Sciences and Services mill-ETC u dan bħala persuna b'diżabilita' u dan kif jirriżulta mid-dokumenti li qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Numru 15412.
Leg 9 PQ #15419 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS

Question

Jista' l-Ministru jikkwantifika r-raġuni għalfejn il-persuna li isimha qiegħed jiġi mgħoddi separatament, li preżentement tinsab fl-ingaġġ tal-Foundation for Medical Sciences and Services u li hija persuna li tbati b'diżabilita', qegħda tiġi sottomessa u ordnata tagħmel xogħol ta' strapazz u li jirrikjedi fakultajiet fiżiċi normali, meta din il-persuna ma tistax, tant illi konsegwenza ta' dawn l-ordnijiet, din l-istess persuna waqgħet fuq il-post tax-xogħol u sofriet ġrieħi serji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Numru 15412.
Leg 9 PQ #14795 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jasal għal mod kif il-pjazza taż-Żurrieq ma tegħreqx kull meta tagħmel ix-xita, u dan billi l-ilma li jinżel minn Triq San Mikiel jiġi dirett għal banda oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-lokal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa responsabbilita' tal-Kunsill Lokali. Il-problema ta' għargħar hija responsabbilita' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #14796 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq Patrick Baydon

Question

Billi fi Triq Patrick Baydon f'San Ġiljan hemm ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ tant illi d-drenaġġ qiegħed jiskula għal ġo l-għelieqi adjaċenti għal din it-triq, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn id-dipartiment konċernat għadu ma ħa l-ebda azzjoni, minkejja illi saru diversi rapporti mis-sidien ta' l-għelieqi in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saret manutenzjoni fil-main tad-drenaġġ tat-Triq P. Brydon, San Ġiljan. Ġew imsewwija wkoll xi 'manholes' li nkissru mit-trakkijiet kbar li għaddew minn fuqhom waqt xogħlijiet ta' kostruzzjoni fil-Housing Estate ta' biswit. Dan ix-xogħol sar fl-24 ta' Frar li għadda u minn dak iż-żmien s'issa ma daħlux rapporti iżjed ta' fawran fl-għelieqi ta' madwar.

Żurrieq — Triq l-Għadir

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Għadir fiż-Żurrieq se tingħata wiċċ issa li għaddew aktar minn 12-il sena minn meta din it-triq infetħet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq indikata mill-Onor. Interpellant hija asfaltata w peress li l-manutenzjoni tagħha ssir mill-Kunsill Lokali nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #14798 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żurrieq — Triq Luca Zurki

Question

Jista' l-Ministru jara li l-vultaġġ tal-kurrent elettriku fi Triq Luca Zurki, Żurrieq, ikun wieħed stabbli u mhux tant baxx illi ma jsostnix lanqas fridge, bil-konsegwenza li r-residenti qegħdin isofru finanzjarjament minħabba l-ħsara li ta' spiss tiġrilhom fl-appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 14791 dwar l-istess suggett waqt is-Seduta numru 268.
Leg 9 PQ #14877 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Triq Ħal Millieri

Question

Jista' l-Ministru jara li l-għalqa li qegħda tagħti għal fuq Triq Ħal Millieri fiż-Żurrieq, tiġi mnaddfa mill-ħmieġ li ġie mitfugħ fiha u li faċilment jista' jġib mard fuq it-tfal li jmorru jilagħbu fiha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex l-area li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant titnaddaf fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #14906 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Żurrieq — Ħal Millieri

Question

Jaf il-Ministru li l-għalqa li tagħti għal fuq Triq Ħal Millieri fiż-Żurrieq hija miżbla u li l-ħmieġ li ġie mitfugħ fiha jista' jġib mard fuq it-tfal li jmorru jilagħbu fiha? Jista' jgħid x'possibbilta' hemm li din tiġi mnaddfa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14906, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjonijiet li saru, min uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa, ġie kkonstatat li fil-post indikat, 'għalqa li tagħti għal fuq Triq Ħal Millieri', jeżisti ftit imbarazz imxerred kif ukoll xi materjal ieħor tal-bini. Peress li l-għalqa indikata hija privata u s-sid mhux magħruf, l-investigazzjoni qiegħda titkompla biex jinstab is-sid u jnaddaf l-għalqa n'kwistjoni. Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ġie kkuntattjat fuq dan ir-rigward, biex jekk għandhom x'informazzjoni dwar is-sid ta` din l-għalqa, tiġi irreferuta lid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #14789 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Barrieri — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata għajnuna lil dawk is-sidien tal-barrieri li sofrew dannu kbir wara x-xita ta' dawn l-aħħar xhur peress illi l-barrieri tagħhom għerqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'huwiex normali li tingħata għajnuna tat-tip suġġerit f'ċirkostanzi bħal dawn.

Żurrieq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet taħt il-mini li jieħdu lejn iż-Żurrieq? Jara l-Ministru li jkun hemm iżjed minn żewġ ħaddiema fuq il-lant (kif qed ikun hemm preżentement)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hu mistenni li x-xogħol jitlesta sa l-aħħar t`April.
Leg 9 PQ #14791 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żurrieq — Triq Luca Zurki - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni wara l-fatt illi l-vultaġġ fi Triq Luca Zurki, Żurrieq, jinqata' ta' spiss u meta ma jinqatax il-vultaġġ ikun baxx ħafna tant illi ma tistax topera appliances? Jista' jintervjeni u jordna illi jsiru l-enforcement wires li hemm bżonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li diga` beda x-xoghol biex il-vultagg fit-triq imsemmija jitjieb. Hemm ukoll il-hsieb li jsir aktar xoghol fuq is-sistema ta` vultagg baxx sabiex il-vultagg f`dawn l-inhawi jkompli jitjieb.

Żurrieq — Triq Luca Zurki

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jordna illi Triq Luca Zurki, Żurrieq, ma tibqax fl-istat ta' abbandun li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizzi tal-Korporazzjonijiet ta` l-Ilma jridu jinbidlu f`din it-triq li fil-fatt it-tarf tagħha għadu qiegħed jiżviluppa. Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #14793 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Triq Luca Zurki

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jara illi Triq Luca Zurki, Żurrieq, titnaddaf billi jitneħħa l-ħmieġ u l-imbarazz li hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #14794 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Tal-Bebbux - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-culvert fl-area tal-Bebbux, Żurrieq, se jitkompla? Jista' jara li meta eventwalment dan ix-xogħol jitlesta ma tinħoloqx sitwazzjoni fejn il-katusi jifgaw bl-ilma b'mod illi l-proġett ikollu jiġi res inutili - kif fil-fatt l-indikazzjoni hija ċara li hekk se jiġri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal Tal-Bebbux II, ix-xogħlijiet li kellhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni ta' culverts tlesta f'Lulju 1999. Kif ġie konfermat mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, din is-sistema tat riżultati pożittivi fix-xitwa li għaddiet.

Żurrieq — Triq Franġisk Zahra - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq Franġisk Zahra fiż-Żurrieq li ilha li ġiet formata madwar għaxar snin sal-lum għadha fi stat ta' abbandun liema bħalu u dan meta kien hemm żmien fejn anke l- ħaddiema kienu ntbagħtu pero' reġgħu tneħħew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li x-xogħol f`din it-triq isir mill-Kunsill Lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema impressed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir u effetivament x'se jsir sabiex il-pożizzjoni tal-ħaddiema impressed tiġi regolarizzata peress illi dawn in-nies ma humiex stmati bħal ħaddiema oħra għaliex m'għandhomx leave u peress li l-liċenzja biex il-vettura tidħol il-Belt Valleta qed ibatuha minn buthom, meta dan huwa parti minn xogħolhom? Jista' jara li dawn id-diffikultajiet jitneħħew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur ta' dawn il-ħaddiema mal-Union Ħaddiema Magħqudin fid-dawl tal-proposta dwar dawn il-ħaddiema fil-Programm Elettorali ta' l-1998 tal-Partit Nazzjonalista.
Leg 9 PQ #14785 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm baqgħalu biex jimtela' l-post ta' chairman fid-dipartiment tad-dermatoloġija li fil-fatt ilu vakanti għal aktar minn sentejn? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni, li minkejja li sar l-interview seba' xhur ilu, din il-kariga għadha vojta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li dan huwa każ tal-kummissjoni dwaris-servizz Pubbliku nitlob l-Onor. Membru li jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Żurrieq — Triq Franġisk Coleiro

Question

Peress li Triq Franġisk Coleiro, Żurrieq, iffurmat ruħha 15-il sena ilu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq titlesta ħalli b'hekk r-residenti ma jibqgħux isofru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #14787 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Triq Napuljun - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar u x'qed isir min-naħa tad-dipartiment għar-rigward tal-każ ta' infiltrazzjoni ta' ilma għal ġol-fond "Madonina" 46 Triq Napuljun, Żurrieq, liema każ ilu pendenti mill-1997 - (WD263/97 Drainage Section) (WSC- 31/2000)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li kienu saru rapporti li fil-fond imsemmi (46, Triq Napuljun, Żurrieq) kien hemm infiltrazzjoni ta' ilma,id-Dipartiment tad-Drenaġġ għamel investigazzjonijiet minnufih. Saret sezzjoni bis-CCTV fit-toroq ta' madwar. Dawn il-katusi, fil-fatt kienu nbidlu ftit tas-snin ilu u ma nstabux difetti partikolari jew ħsara fil-mains. Meta ttieħdu kampjuni ta' l-ilma rriżulta li ma kienx hemm traċċi ta' drenaġġ u għalhekk id-Dipartiment informa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.