Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16178 Sitting 300 2000-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, ġaladarba l-gvern huwa determinat li nissieħbu fil-grupp Ewropej, hux ser iġib l-Armata in line ma' dik fuq il-kontinent u cioe' jibdew jaħdmu nofs ta' nhar?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-membri tal-Forzi Armati fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea ma jaħdmux fuq sistema ta' nofs ta' nhari biss. Anzi fil-każ ta' ħafna minnhom, il-membri tagħhom iqattgħu ġranet jew ġimgħat sħaħ il bogħod mill-familja mhux biss minħabba esiġenzi tas-Servizz iżda wkoll minħabba d-distanzi twal involuti partikolarment f'pajjiżi kbar. Hemm xi pajjiżi li l-Forzi Armati tagħhom jaħdmu sas-sagħtejn ta' wara nofs in-nhar fl-eqqel xhur tas-sajf. Membri tal-Forzi Armati ta' Malta jaħdmu sas-siegħa u nofs ta' wara nofs in-nhar fix-xhur tas-sajf minbarra dawk li jaħdmu fuq sistema ta' shift.
Leg 9 PQ #16179 Sitting 300 2000-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Riformi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn ir-riformi fl-Armata għadhom ma sarux bħalma ġara fil-każ tal-Pulizija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li f'dawn l-aħħar snin twettqu diversi riformi fil-Forzi Armati. Fost dawn ta min isemmi: Il-formazzjoni tal-AFM Staff Association Il-formazzjoni tal-Forzi tar-Riserva u tal-Voluntieri L-introduzzjoni tal-Promotion Examinations għall-Fizzjali Ir-ri-introduzzjoni ta' l-eżami bil-miktub fir-reklutaġġ ta' Gunners.

PTA — Rotta Nru. 35

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozzi tal-linja fuq ir-rotta Nru. 35 jibdew iżommu l-iskeda tagħhom b'mod speċjali mit-terminus ta' putirjal u ċioe' jitilqu fil-ħin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-`Transport Assistants` li għandhom x`jaqsmu mar-rotta 35 ġew infurmati biex jagħtu aktar attenzjoni għal din l-iskeda. Ta` min isemmi wkoll li ma` din l-iskeda (35, Qrendi) hemm integrata rotta 38 li taqdi wkoll l-istess lokalita` imsemmija hawn fuq.

Mqabba — Triq il-Kileb

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Kileb, l-Imqabba, tiġi mogħtija wiċċ ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li din it-triq diġa asfaltata u għalhekk `resurfacing` fiha isir mill-Kunsill, l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #16170 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qegħda tiġi kkonsidrata soluzzjoni għall-każi fejn persuni li kienu krew bini taħt it-testatura kummerċjali, mingħand il-Kurja, peress illi kienu jinżammu fih bhejjem, u li issa l-madwar kollu ġie żviluppat, jew billi jixtru dawn il-fondi jew li tiġi modifikata l-iskruttura u s-sidien ikunu jistgħu jużaw dawn il-fondi għall-iskop ta' residenza?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nnutat sabiex jittieħed in konsiderazzjoni in konnessjoni ma` ħruġ ta` skemi ġodda.
Leg 9 PQ #16171 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Raba' tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hix tiġi diskussa l-possibbilta' li tiġi rimedjata l-pożizzjoni ta' persuni li ilhom snin jieħdu ħsieb raba' tal-gvern li qiegħed reġistrat f'isem terzi u dan billi jiġi reġistrat u l-qbiela tibda titħallas minn min attwalment qiegħed jieħu ħsieb ir-raba'?

Response (BORG, TONIO)

Huwa l-ħsieb li pożizzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant tiġi ndirizzata sa fejn hu possibli fi Skema li l-Gvern fi ħsiebu jniedi fil-futur qarib.

Birżebbuġa — Triq il-Folkor

Question

Jista' l-Ministru jara kif tista' tinstab soluzzjoni sabiex Triq il-Folklor ġewwa Birżebbuġa, tintlaħaq mis-servizz tal-karozzi tal-linja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija tinsab fil-lokalita` magħrufa bħala Qajjenza. Dwar din il-lokalita` qed jiġi studjat x`possibbilta` hemm li jingħata dan is-servizz.

Birżebbuġa — Triq il-Folklor

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Folklor ġewwa Birżebbuġa tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li din inqalgħet konsegwenza ta' xogħol li sar ħażin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li triq ġiet spezzjonata u ma jidhirx li fiha ħsarat. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi `complaint` b`xi każ partikolari hu mitlub jagħti aktar dettalji lid-Dipartiment.

Ħal Safi — Triq in-Nassaba - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq in-Nassaba f'Ħal Safi tiġi mogħtija wiċċ ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti tat-triq in-Nassab li għadha mhux asfaltata għadu qiegħed isir l-iżvilupp fiha.
Leg 9 PQ #16163 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Safi — Triq in-Nassaba - Main

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn hija daqshekk diffiċli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tgħaddi main fi Triq in-Nassaba, Ħal Safi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

Mqabba — Triq San Mikiel - Mera

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir mera faċċata ta' sqaq fi Triq San Mikiel, l-Imqabba u dan sabiex tiġi evitata xi traġedja l-aktar meta tqis li t-tfal li joħorġu minn dan l-isqaq mill-ewwel jispiċċaw fi triq prinċipali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li normalment il-mirja jintużaw fejn ikun hemm bżonn li jiġu nnotati vetturi ħerġin minn xi triq u mhux persuni, peress li dawn ħafna drabi ma jinqabdux fil-mera, jew ma jkunux distinguiti fiha. Id-Dipartiment tat-Toroq għalhekk ser jikkonsulta mal-Kunsill biex wieħed jara x`jista jsir.
Leg 9 PQ #16165 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Mqabba — Triq San Mikiel - Culvert

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilita' li jsir culvert jew xi arranġament ieħor sabiex l-ilma qawwi li jaqa' fi Triq San Mikiel, l-Imqabba ma jibqax jirrendi l-ħajja impossibbli kull meta tagħmel ix-xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi dan ix-xogħol huwa responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru konċernat.

Mqabba — Triq San Mikiel - Lettor box

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir letter box fi Triq San Mikiel, l-Imqabba u dan għal benefiċċju ta' ħafna anjani li mhux possibbli li jimxu sa ħdejn l-għassa tal-pulizija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-Imqabba n-numru ta` kaxxi ta` l-ittri hu iktar minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali skond in-numru ta` residenti. Madankollu d-direzzjoni ta` Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni tal-Kunsill Lokali biex xi waħda mill-kaxxi eżistenti titqiegħed iktar viċin il-lokalita` msemmija, b`mod li r-residenti ta` din il-lokalita` jinqdew aħjar.
Leg 9 PQ #16167 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Mqabba — Uffiċjal

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-Imqabba, ħdejn l-iskola u ħdejn il-mużew, jitpoġġa pulizija fuq skeda ta' kuljum peress illi kemm ilu li ġie effettwat it-transfer lill-uffiċjal inkarigat, dawn iż-żewġ lokalitajiet saru perikolużi u mhux qed tinżamm ftit dixxiplina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-lokalita` li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qed ikun hemm pulizija dettaljat mat-tfal ta` l-iskola, filwaqt li l-pulizija tad-distrett ingħataw struzzjonijiet biex kemm jista` jkun jagħmlu r-ronda spiss fil-ħin tal-mużew.
Leg 9 PQ #16156 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Megirain — Ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ishma tal-gvern fil-Medigrain humiex se jiġu trasferiti? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema? Jista', jekk fl-affermattiv, jgħid għalfejn qegħda ssir il-manutenzjoni ta' kulma hemm fil-Medigrain a spejjeż tal-poplu? Jaf il-Ministru li bl-ispejjeż li qegħdin isiru, żgur li mhux se jkun vijabbli li jitrasferixxi l-ishma tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghadu kmieni biex wiehed jitkellem dwar trasferiment ta` ishma li l-Gvern ghandu fil-Medigrain. Dwar il-manutenzjoni li qed issir fil-Medigrain, tajjeb jinghad li din qed issir wara li konsulenti mqabbda apposta ghamlu rapporti dwar il-bzonn ta` manutenzjoni tal-bini u l-makkinarju tal-kumpanija. Ma nahsibx li meta jsir xoghol ta` manutenzjoni fuq bini u makkinarju ta` kumpanija, dan ikollu effett negattiv fuq l-ishma ta` tali kumpanija fl-eventwalita` li din titrasferixxi l-ishma taghha.

Żurrieq — Vjal ix-Xarolla - Twessigħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-intopp li qiegħed iżomm milli titwessa' Vjal ix-Xarolla, fiż-Żurrieq? Jaf il-Ministru li din saret arterja prinċipali pero' l-wiesa' tagħha huwa ta' service road?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma jidhirx li hemm xi ntopp partikolari biex din it-triq tinfetaħ aktar milli ġa nfetħet mill-privat meta sar l-iżvilupp. S`intendi l-art għat-twessiegħ tkun trid tittieħed mill-Gvern biex il-proġett ikun jista` jitwettaq.

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jsir it-tqassim finanzjarju tal-pajjiż: (a) tul il-fażi sakemm tintlaqa' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Ewropa; (b) meta Malta tiġi kkonsidrata bħala membru; u (ċ) wara s-sena 2003, f'każ li sa din id-data ma nkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Peress li ma nistax nifhem il-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant u b'mod partikolari ma fhimtx x'irid jgħid bil-frażi, tqassim finanzjarju tal-pajjiż, nitolbu jerġa jagħmel mistoqsija parlamentari fejn jispjega aħjar x'irid ikun jaf sabiex inkun nista nirrispondih.

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Malta sabiex din issir membru tal-grupp Europew u kif se tiġi ffinanzjata din l-ispiża?

Response (BORG, JOE)

It-tibdiliet li qed isiru tista tgħid kważi kollha hemm bżonn li jsiru indipendentement mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. Dawn it-tibdiliet huma bżonnjużi sew għat-tisħih tal-ekonomija Maltija u wkoll għat-titjieb tal-kwalita tal-ħajja tal-Maltin. Ma jagħmilx sens għalhekk li wieħed jagħmel kalkoli dwar kemm ser tiġi tiswa lil Malta sabiex din issir membru tal-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #16160 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain Ltd — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn nies tal-Medigrain Ltd issa li l-management qiegħed jgħid lil ħaddiema li x-xogħol naqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li x-xoghol ta` hatt ta` qmuh u cereali fis-silo tal-kumpanija Medigrain kien naqas b`erbghin fil-mija minhabba decizjoni mehuda fi zmien l-amministrazzjoni precedenti. B`rizultat ta` dik id-decizjoni l-Medigrain intrabtet li thott u tahzen mhux anqas minn mitt elf tunnellata ta` qmuh u cereali fis-sena fis-silo tal-kumpanija Kordin Grain Terminal.
Leg 9 PQ #16161 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilta' li tinfetaħ poliklinika f'xi wieħed minn dawn il-villaġġi: l-Imqabba, Ħal Safi, Żurrieq u Ħal Kirkop peress li n-nies ta' l-inħawi jridu joqogħdu jmorru l-Furjana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa ma hemmx pjan li tinfetaħ xi poliklinika f`xi wieħed mill-villaġġi imsemmija, anke minħabba n-nuqqas ta` tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa.