Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, in vista ta' 4.1 tar-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar tas-sena 1998-1999, kif u b'liema mod l-Awtorita' tad-Djar ser tippromwovi bidla fil-mentalita' ta' dak li l-Maltin lesti li jħallsu biex ikollhom post fejn joqogħdu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-suċċess f'din id-direzzjoni u kif dan ġie kalkolat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar emendat l-Iskema tagħha biex tħajjar aktar nies isiru sid darhom billi tagħti aktar inċentivi favorevoli. Fil-fatt, fl-Avviż Numru 64 ta' l-Awtorita' tad-Djar, il-benefiċjarji prospettivi jistgħu jissellfu mill-Bank il-prezz sussidjat kollu. Ir-riżultat jkun jista' jiġi kalkulat wara li l-Awtorita' tad-Djar tanaliżża l-applikazzjonijiet li ser jintefgħu taħt dan l-avviż.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proġetti li fl-1 ta' Ottubru, 1999 kienu jinsabu fl-istadju ta' tendering u cioe' għar-rigward tal-bini ta':
Birżebbuġa 1 terraced house
Bormla 53 appartament
Buġibba (Tal-Veċċ) 2 maisonettes
Fgura 55 appartament
Iklin 32 appartament
Isla (St.Philip Str.) 4 appartamenti
Msida 55 appartament
Pembroke 36 maisonette
Qawra (New Str.) 44 appartament
Qrendi (Triq il-Kunsill) 2 maisonettes
San Pawl il-Baħar (Mosta Rd.) 44 appartament
Victoria - Gozo 18-il maisonette u terraced house?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mid-djar trasferiti mill-Uffiċċju Konġunt lill-Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanti u l-applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għar-rigward ta' l-istess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-proġetti ta' l-Awtorita' tad-Djar li fl-1 ta' Ottubru, 1999 kienu qegħdin fil-bidu tagħhom u cioe' dawk f': Birżebbugia, B'kara, Bormla, Fgura, Iklin, Isla, Kirkop, Lija, Mellieħa, Mqabba, Msida, Mtarfa, Qrendi, Safi, Siġġiewi, San Ġiljan, Swieqi, Zabbar, Għasri (Gozo)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għar-rigward ta' bini ta' units f'Ħ'Attard, B'kara, Buġibba, Luqa, M'Xlokk, Mosta, Msida, Mtarfa, Naxxar, Pembroke, Tarxien u Zurrieq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex: (1) l-ilma tax-xita ma jibqax jaqa' kollu għal fuq Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Imqabba, iżda jiġi dirett għal ġo barrieri jew ġibjuni; (2) l-ispections li kienu saru fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba, jiġu komunikati mal-ġibjun sabiex jibdew jiffunzjonaw kif suppost?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex wieħed jakkwista liċenzja ta' radio amateur GH5 jew GH1? Jista' jgħid jekk hux il-każ illi persuni li jkunu ta' ċerta kapaċita' jiġu eżentati minn tali rekwiżiti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li biex wieħed ikun jista' japplika u jingħata liċenzja ta' 'Radio Amateur' tat-Tip B (9HS) mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili irid:
a)ikun għalaq l-erbatax-il sena (14);
b)ikun għadda mill-eżami tar-'Radio Amateur' tas-'City and Guilds of London Institute' li jsir taħt i-direzzjoni tar-Reġistratur ta' l-Eżamijiet.
Sabiex wieħed jingħata liċenzja ta' 'Radio Amateur' tat-tip A (9H1) barra l-kundizzjonijiet diġa msemmija jrid ikun ukoll għadda mit-test tal-'Morse'.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda dwar eżenzjoni minn dawn ir-rekwiżiti mitluba, r-risposta hija fin-negattiv.
Ta' min iżid illi l-liċenzja ta' 'Radio Amateur' hija ta' sitt liri Maltin (Lm6) fis-sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post mikri sub-standard, hi separata u għandha t-tfal u li ilha snin applikata mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali sa mill-1982, għadha sal-lum tgħix fl-istess fond indikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata, li saret fl-1992 u mhux fl-1982, qed tiġi ikkunsidrata ma' oħrajn simili.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14796, jista' l-Ministru jinforma lil din il-kamra għalfejn minkejja li qalilna li t-tiswijiet meħtieġa saru, s-sidien tan-raba' adjaċenti għal Triq Baydon, San Ġiljan reġgħu ilmentaw li d-drenaġġ qed jiskula għal fuq ir-raba' tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li fl-24 ta' Frar saret manutenzjoni fuq il-main tad-drenaġġ fit-Triq Patrick Brydon u ġew imsewwija wkoll xi 'manholes' li kienu nkissru minn xi trakkijiet kbar waqt xogħol ta' kostruzzjoni fil-Housing Estate, irriżulta li ksur ma kienx minn hemm biss imma minn sorsi oħra wkoll. Għaldaqstant biex jiġi indikat il-post eżatt fejn hemm il-ħsara sejrin jittieħdu passi biex il-medda tad-drenaġġ tiġi spezzjonata bis-C.C.T.V. Kif tkun identifikata din il-ħsara, din tiġi msewwija immedjatament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fil-każ "Phonetics and Phonology, Growth of the English Language and Syntax", peress li jirriżulta li hemm stat ta' dissodisfazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn s'issa ma jidhirx li sar xi sforz sabiex il-complaints ta' l-istudenti jiġu analizzati? X'inhuma l-kriterji, jekk fl-affermattiv, sabiex dawn il-complaints jiġu riżolti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li la fil-Minsiteru u lanqas fid-Dipartiment konċernat ma wasal ebda ilment fl-iskejjel post sekondarji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti dwar il-"Phonetics and Phonolgy, Growth of English Language and Syntax".
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-inġenji u karozzi li tagħmel użu minnhom l-Armata, humiex ser jinbidlu peress li ħafna minn dawn jafu żmien l-Inglizi?
Jista', f'każ li r-risposta tkun fl-affermattiv, jgħid jekk humiex ser jinbidlu b'vetturi ġodda jew second hand?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Hemm il-ħsieb li sas-sena d-dieħla jinxtraw numru zgħir ta' vetturi ġodda u numru ieħor ta' vetturi rikondizzjonati.
Peress li vetturi militari ġeneralment jiswew ħafna iżjed minn dawk kummerċjali, mhux dejjem ikun possibli għall-Forzi Armati jixtruhom ġodda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-membri tal-Armata, meta jkunu għassa fil-festi, ma jitħallsux tagħhom, bħalma jiġri fil-każ tal-Pulizija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sa Ġunju ta' l-1993 membri tal-Forzi Armati ta' Malta ma kienu jieħdu l-ebda benefiċċju speċjali meta kien imisshom xogħol il-Ħadd jew f'festa pubblika. Permezz tar-riforma ta' l-1993, il-Forzi Armati bdew igawdu minn kundizzjonijiet ġodda kemm f'salarji kif ukoll f'allowances - waħda minn dawn kienet paga doppja għal xogħol fil-Ħdud.
Wieħed irid iħares lejn il-pakkett sħiħ tar-riforma li kien jinkludi wkoll żidiet fis-salarji, special duty allowances u trade pay, sostanzjalment aħjar minn dawk ta' qabel ir-riforma.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-promozzjonijiet fl-Armata humiex ser jingħataw kif kien ippjanat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-preżent l-Armata qed tirrevedi l-proċess għall-promozzjonijiet u taġġorna l-Promotion Assessment Report kif kien ippjanat li jsir meta madwar sentejn ilu l-Amministrazzjoni preċedenti ntroduċiet proċeduri ġodda għall-promozzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-parti ta' Triq San Ġużepp li tiżbokka fuq Triq il-Fieres, Ħal Kirkop, kif ukoll l-istess Triq il-Fieres, tingħata wiċċ ġdid peress illi din il-parti tat-triq tinsab fi stat ikraħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali qegħdin f`diskussjonijiet biex isir titjib f'dawn l-akwati u x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant ikun jista' jsir meta l-pjanijiet ikunu finalizzati.
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux isiru xogħlijiet sabiex l-ilma kollu li jaqa' fi Triq Vjal ix-Xarolla, Żurrieq, jiġi kanalizzat għan-naħa l-oħra tat-triq u mhux għan-naħa tad-djar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Billi dan ix-xogħol huwa responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-part-timers ma jibqgħux ibatu inġustizzja fis-sens illi għar-rigward ta' benefiċċji, bħalma huma vacation leave, bonus, eċċ ma jibqax jingħata fil-każ fejn l-ammont ta' sigħat huma ta' aktar minn 20 siegħa, iżda jibdew jingħataw a bażi ta' persentaġġ ta' sigħat li jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suġġett tal-Mistoqsija qed jiġi kkunsidrat fil-proċess ta' tibdil meħtieġ fil-liġi li tirregola l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg, liema proċess jinvolvi diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid għalfejn il-linji tat-telefon fi Triq Mons Spir Penza huma proviżorji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fit-triq li ghaliha qed issir riferenza hemm Distribution Point wahda li qieghda sservi diversi bini li hemm madwarha. Il-wires tat-telefon li hergin minnha kienu mghoddija sewwa qabel ma` kien tela` l-bini. Dawn issa ser jergghu jigu mghoddija kif suppost wara li l-bini kwazi tlesta.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid għalfejn id-djar fi Triq Mons Spir Penza ġewwa Birżebbuga, huma forniti b'sistema proviżorja bil-konsegwenza li l-provvista hija waħda baxxa ħafna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jindika x`tip ta` sistema provizorja qed jirreferi ghaliha sabiex it-talba tieghu tkun tista` tigi indirizzata lill-entita` koncernata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ix-xogħol neċessarju sabiex Triq Mons Spir, Birżebbuga tiġi mogħtija wiċċ diċenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq għadhom qed jiġu ffurmati mill-iżviluppaturi privati u għad iridu jitqiegħdu l-`mains` ta` l-ilma barra li għad hemm aktar x`jiżviluppa. Għalhekk it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.