Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm, mill-203 talba li saru mill-Awtorita' tad-djar lill-Kummissarju ta' l-Artijiet, sabiex jiġu trasferiti lilha postijiet tal-gvern permezz ta' ordni presidenzjali, ġew milqugħa, l-lokalita' ta' kull post u anke jekk dawn għadhomx f'idejn l-istess awtorita' jew ġewx assenjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-talbiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew kollha milqugħa.
L-informazzjoni dwar il-lokalita' ta ' kull propjeta' hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "J" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skema 'J' kienet skadiet qabel l-1 ta' Ottubru 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għamlu użu minn Skema "I" sabiex inkwilini f'residenzi governattivi jsiru sid ta' darhom għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita' minn fejn l-applikanti jemanaw? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet jikkonċernaw djar, maisonettes jew flats? Kemm ġew milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilita' hemm li l-iskema V, u cioe' l-installar ta' lifts fi proprjetajiet tal-gvern, tiġi estiża għal-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex u li wkoll ibatu minn turġien? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Il-lokalita'? Kemm ġew milqugħa u kemm rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-okkazjoni tal-'Ġimgħa għall-Persuni b'Diżabilita' li saret fis-sena 1999 l-Awtorita' tad-Djar estendiet din l-Iskema għall-blokki kollha tal-Gvern madwar Malta u Għawdex fejn jgħixu persuni li għandhom problema ta' mobilita'.
Bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju 2000 l-Awtorita' tad-Djar irċiviet 16-il applikazzjoni. Sal-lum l-Awtorita tad-Djar issottomettiet sitt applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dawn jinsabu 4 fil-Furjana u 2 fil-Pieta'.
Ftit ġranet oħra, ser tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet. Fl-istess ħin, ser jiġu sottomessi aktar applikazzjonijiet għall-installazzjoni tal-lift ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Kull applikazzjoni fejn tista' tiġi installata s-sistema tal-lift dan ser isir. Il-lokalitajiet huma:-
Lokalita' Applikazzjoni
Floriana 2
Lija 1
Pieta' 2
Qormi 2
San Giljan 1
Tarxien 1
Ta' Xbiex 4
Valletta 3
Hi l-intenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar li aktar il-quddiem testendi din l-Iskema għall-lokalitajiet oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw taħt l-iskema W u cioe' sussidju fuq xogħolijiet ta' irranġar fi djar proprjeta' tal-gvern għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa? Minn liema lokalita' ġew l-applikazzjonijiet? X'inhuma t-tip ta' familji li applikaw (ie. n-numru ta' persuni fil-familja? Kemm hemm djar mibnija qabel l-1960? Kemm hemm djar mibnija wara l-1960?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija kien hemm 76 applikazzjoni taħt Skema W, li 42 minnhom ġew aċċettati u l-34 applikazzjoni l-oħra qed jiġu proċessati. Minn dawk li ġew aċċettati 27 kienu jirrigwardaw postijiet mibnija qabel l-1960 u 15 wara l-1960. In-numru ta' membri fil-familji kien ivarja minn wieħed sa ħamsa. L-applikazzjonijiet saru mill-lokalitajiet kif ġej:
Attard, Bormla, Fgura, Fleur-de-Lys, Floriana, Ħamrun, Marsa, Mosta, Paola, Pembroke, Rabat, San Ġwann, Sta Luċia, l-Isla, Tarxien, Valletta, Birgu u Żabbar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' skema 3, kemm kien hemm applikazzjonijiet għas-sena 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jgħid il-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata u fuq liema bażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skema Tlieta kienet skadiet qabel l-1 ta' Ottubru 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' skema 1, kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jgħid il-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-1 t'Ottubru 1999 sakemm skadiet Skema I fis-7 ta' Ottubru 1999, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 3 applikazzjoniet taħt din l-Iskema, li kollha ġew aċċettati. Il-lokalitijiet minn fejn saru dawn l-applikazzjonijiet kienu:
Balzan Msida San Ġiljan
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk li għamlu użu minn Skema "Q" għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jindika l-lokalita' li tirrigwarda l-applikazzjoni? Jista' jgħid kemm intlaqgħu u kemm ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija saru ħames applikazzjonijiet taħt Skema Q, li kollha ġew aċċettati. Il-lokalitajiet minn fejn saru kien kif ġej:
Gudja
Mosta
Naxxar
Paola
Qrendi
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "P" kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija kien hemm żewġ applikazzjonijiet taħt Skema P li minnhom waħda ġiet aċċettata u l-oħra qed tiġi proċessata. Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-applikazzjonijiet kienu x-Xewkija (Għawdex) u Santa Luċia.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "N" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sakemm skadiet Skema N fis-7 ta' Ottubru 1999, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 15 l-applikazzjoni taħt din l-iskema. Min dawn, 8 ġew approvati, 5 ġew rifjutati u 2 ġew irtirati mill-applikanti. Ir-raġunijiet għar-rifjut kienu d-dħul li jeċċedi t-Lm 8,000, emfitewsi temporanja l-applikant kien diġa ikkwalifika taħt Skeda 16.
Il-lokalitajiet minn fejn saru l-applikazzjonijiet kienu kif ġej:
Victoria (Għawdex) Sliema
Ħamrun Birgu
Wied il-Għajn Żabbar
Paola Żajtun
Safi
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "M" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Ottubru u s-7 ta' Ottubru 1999, meta skadiet Skema M, l-Awtroita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt din l-Iskema.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "L" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1.10.99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nġnsab ġnfurmat lġ fġl-perjodu speċġfġkat sas-7 t'Ottubru 1999 meta skadġet l-ġskema, kġen hemm total ta' 4 applġkazzjonġjġet taħt Skema L, lġ mġnnhom 2 ġew approvatġ u 2 ġew ġrtġratġ mġll-applġkantġ. ġl-lokalġtajġet mġnn fejn saru dawn l-applġkazzjonġjġet huma kġf ġej:
B'Kara
Santa Venera
Żabbar
Żebbuġ
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "K" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija saru 14 l-applikazzjoni taħt Skema K li kollha ġew aċċettati. Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-applkazzjonijiet kienu kif ġej:
Attard Mġarr Żabbar
Birżebbuġia Mosta Żurrieq
Buġibba Pembroke
Burmarrad Qala (Għawdex)
Iklin Siġġiewi
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbediex ix-xogħol fuq il-proġett ta' l-Awtorita' tad-Djar fil-Birgu, Bormla, Fgura, Kirkop, Msida, Pembroke u Zabbar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol fuq proġetti ta' l-Awtorita' tad-Djar f'Birżebbuġa, Bormla, Buġibba, Iklin, Kirkop, Mosta, Imsida, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Qawra, San Gwann, Sta. Lucia, Ta' Giorni, Tarxien, Valletta, Qala u Xewkija Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'tip ta' proprjeta' kienet il-proprjeta li l-Awtorita' tad-Djar ħarġet għall-bejgħ permezz tad-Dipartiment ta' l-Art, detto che ma kenitx residenzjali, u taħt liema kriterji din ġiet mibjugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din il-proprjeta' li ma hiex residenzjali nħarġet għall-bejgħ b'tender wara sejħa pubblika.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet ntavolati taħt l-Iskema "U" u cioe' xiri ta' proprjeta' privata mill-Awtorita' tad-Djar? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jgħid min huma l-persuni mpoġġija fuq il-panel mwaqqaf bl-iskop li jiġu verifikati l-istess applikazzjonijiet? Jista' jgħid kemm ġew milqugħa u kemm le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ipporeċċessar taħt l-iskema U ġie konluż. Bejn dan il-perjodu ma daħlu l-ebda applikazzjoni peress li din is-sejħa kienet miftuħa bejn il-5 ta' April u s-7 ta' Mejju 1999.
Il-Panel u magħmul minn dawn il-persuni:-
Il-Perit Anton Valentino għan-non ta' l-Awtorita' tad-Djar;
Is-Sur Victor Sciberras Grioli għan-non ta' l-Awtorita tad-Djar;
Il-Perit David Pace nominat mill-Ministru responsabbli għad-Djar;
Is-Sur Claude Marguerat rappresentant tad-Direttur tal-Kuntratti u Is-Sur Frans Attard rappresentant tal-Ministeru tal-Finanzi.
L-Awtorita' tad-Djar laħqet ftehim fuq il-prezz ma' sid wieħed. S'issa għadu ma ġie ffirmat l-ebda ftehim.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw taħt l-iskema "T" għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa? Jista' jagħti l-lokalita' minfejn l-applikati jemanaw? Kemm minn dawn saru mis-sid? Kemm minnhom ġie dikjarat li x-xogħlijiet se jsiru mill-inkwilin prospettiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li sal-lum intavalaw talba taħt l-Iskema "R" għall-perijodu 1/10/99-Ġunju 2000? Jista' jindika l-konċentrazzjoni minn fejn dawn l-applikanti jemanaw? Minn min kienu li ntlaqgħu u kemm ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kien hemm 118 il-applikazjoni taħt l-Iskem R, li minnhom 21 kien invalidi, 49 qed jiġu pproċessati u 48 ġew approvati. L-applikazzjonijiet saru minn persuni residenti f'diversi nħawi different ta' Malta u Għawdex u ma jidhirx li hemm xi konċentrazzjoni partikolari.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li t-taraġ magħruf bħala tad-Dikkiena, Wied iż-Żurrieq, għadu sprovist minn ilqugħ/railing meta dan it-taraġ huwa tant perikoluż?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.