Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' twessieħ u kisi tal-wiċċ ta' Triq Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, Birżebbuga, waqaf ħesrem u ilu hekk wieqaf mis-sena 1989? Jista' jgħid meta l-aħħar naqra li fadal se tiġi konkluża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa għamel survey biex jistabilixxi x'xogħol għad baqa xi jsir biex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li t-triq il-ġdida fi Triq it-Torri, Zurrieq: 1) tiġi mdawla stante li hija mudlama; u 2) li l-vultaġġ elettriku jkun stabbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Għar-rigward ta' l-iżvilupp mgħotti fi Triq iċ-Ċawsli fin-naħa tal-Housing Estate ta' Bulebel, jista' l-Ministru jgħid: min hu l-kuntrattur; jekk ix-xogħol ingħatax b'tender jew direct order; u jekk dan ix-xogħol ġiex ordnat mill-Awtorita' tad-Djar jew mid-Dipartiment għal Manutenzjoni u Kostruzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett indikat minnu huwa wieħed li ġie mogħti lill-kuntrattur wara sejħa għall-offerti li ngħatat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-pjanti tħejjew u l-permess inkiseb mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li ħejja wkoll id-dokumenti tal-offerti. Ix-xogħolijiet qed jiġu ffinanzjati mill-Awtorita' tad-Djar.
Jista' l-Ministru jara meta Triq G Garibaldi f'Birżebbuga se tingħata wiċċ peress illi l-wiċċ tagħha huwa tant ħażin li ż-żrar huwa kollu maqlugħ u kull meta tgħaddi karozza l-istess itir minn taħt it-tyres b'riskju għal min ikun miexi fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ser jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tingħata wiċċ ġdid.
Jista' l-Ministru jerġa' jinvestiga d-deċiżjoni meħuda li permezz tagħha Żurrieq Road, Safi, in parti, ġiet one way peress illi t-traffiku ġie dirett jgħaddi mit-triq li tikkonfina sew mil-bandli kif ukoll l-iksola u dan b'perikolu għat-tfal?
Jista' għallinqas Żurrieq Road, Safi, tinfetah two way u jiġi projbit il-parking fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku kien laqa` t-talba tal-Kunsill Lokali ta` Ħal Safi biex parti minn Triq iż-Żurrieq issir one way biex jitnaqqas il-volum tat-traffiku minn ġo l-qalba tar-raħal.
Din il-miżura m`hiex waħda li żżid it-traffiku lejn l-iskola iżda lejn il-By Pass u b'hekk jonqos il-periklu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Dun Vincenz Balzan, Żurrieq, hijiex waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l-amministrazzjoni qiegħda tipprepara?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li din issir peress li l-inkonvenjent f'din it-triq huwa kbir ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol isir skond il-pijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara x'miżuri jista' jieħu sabiex Ġebel Road, Bireżebbuga: (1) tingħata wiċċ stante illi ġiet imwessa u x-xogħol tħalla nofs leħja; u (2) isiru provvedimenti sabiex meta tagħmel ix-xita l-ilma jiġi dirett fihom peress illi dan qiegħed jispiċċa fid-dar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq hu nfurmat mill-Kunsill Lokali li għad hemm xi bini x'jitla mal-ġenb tat-triq fejn sar it-twessiegħ, u għalhekk mhux il-każ li din il-parti tat-triq tiġi asfaltata għalissa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-allegazzjonijiet li wasluli fis-sens illi senior technical officer fid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni partikolari, qiegħed jieħu commission fuq ix-xogħol tal-House Connectors li min-naħa l-oħra l-istess xogħol qiegħed isir minn ibnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-istharrig li ghamel id-Dipartiment koncernat, l-allegazzjoni fil-Mistoqsija ma tirrizultax fondata. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra affidavit meħud mill-persuna li saret referenza ghaliha fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk: (a) il-Konvenzjoni Dwar id-Drittijiet tat-Tfal 1990 hix tiġi osservata, u jekk fl-affermattiv x'inhi r-raġuni illi f'ċerti każi t-trasport ta' l-iskejjel jgħaddi għall-istudenti bejn is-5.45 a.m. u s-6.00 a.m.?
Jista' jgħid jekk il-ftehim milħuq bejn il-mini buses u l-UBS u l-pulizija hux jiġi osservat fis-sens li l-istudenti ma jistgħux jinġabru qabel is-7.00 a.m.?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onorevoli Nterpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Kan Vincenz Buhagiar, Zurrieq, hijiex waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l-amministrazzjoni qiegħda tipprepara?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li din issir peress li l-inkonvenjent f'din it-triq huwa kbir ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment ikkonsulta mal-Kunsill dwar il-lokalita` tat-triq imsemmija u ma jidhirx li hemm triq bl-isem Triq Kan Vinċenz Buħaġiar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskemi mnedija mill-Awtorita' tad-Djar sabiex persuni jieħdu xi ġenitur magħhom għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jindika l-lokalita' minn fejn dawn l-applikanti jemanaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ghandha Skema 'Y', li tirrigwarda sussidju fuq rata sussidjata ghal xiri ta' post, liema Skema tipprovdi, fost hwejjeg ohra, biex persuni l-fuq minn 30 sena jiehdu lil xi hadd mill-genituri jew it-tnejn jghixu maghhom.
L-Awtorita' rceviet zewg applikazzjonijiet taht din l-Iskema li fethet fit-8 ta' Ottubru 1999, wahda mill-lokalita' ta' Hal-Qormi u l-ohra minn St Andrews. Minn dawn l-applikazzjonijiet, wahda giet approvata u l-ohra qed tigi processata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-allegazzjonijiet li wasluli fis-sens illi senior technical officer fid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni partikolari, qiegħed jieħu commission fuq ix-xogħol tal-House Connectors li min-naħa l-oħra l-istess xogħol qiegħed isir minn ibnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Irreferejt l-allegazzjoni ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment koncernat biex jinvestiga.
Dipt. ta' Kostruzzjoni u Tiswijiet ta' Djar — Tenders
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jserraħ ras kulħadd fis-sens illi m'hemmx konflitt ta' interess dato che t-tifel ta' senior technical officer fi ħdan id-dipartiment ta' kostruzzjoni u tiswijiet ta' djar qiegħed jintavola u diġa' ħa/ngħata bosta tenders mill-istess dipartiment fejn jaqdi d-dmirijiet tiegħu missieru stess? Jista' l-Ministru jgħid fil-każ tat-tenders diġa' meħuda mill-istess individwu minn min ġie ċertifikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li hu minnu li persuna li missierha jaħdem bħala Senior Technical Officer mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar issottometta diversi offerti għal xogħolijiet ma' l-istess Dipartiment. F'dawk il-każijiet fejn ingħataw l-offerti hu kien l-irħas u għalhekk mhux il-każ li l-fatt li missieru jaħdem mad-Dipartiment seta' kellu xi effett fuq l-għoti tat-tender. L-għoti tat-tenders isir wara rapport tekniku ippreparat mill-periti tad-Dipartiment li jiġi evelwat minn "Tenders Board" magħmul mid-Direttur u diversi membri ta' l-istaff amministrattivi ta' l-istess Dipartiment. B'hekk il-kwistjoni ta' kunflitt ta' interess ma tirriżultax.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-132 Condition Reports fuq garaxxijiet u appartamenti/maisonettes ġodda tal-gvern imniedi mill-Awtorita' tad-Djar?
Jista' jgħid in segwitu għas-site plans u spezzjonijiet li saru, kemm kien hemm proprjeta', li fuqha l-Awtorita' tad-Djar kienet se tagħmel żvilupp, li kienet okkupata?
Jista' l-Ministru jgħid, f'każi simili, x'passi ttieħdu u fejn irriżultaw dawk il-każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każijiet fejn irriżulta li kien hemm xogħol mhux skond is-sengħa jew ħsarat, dawn ġew riferuti lid-dipartiment konċernat jew lill-perit inkarigat mill-proġett biex isir ix-xogħol meħtieġ. Dan ix-xogħol jiġi segwit mill-Awtorita' tad-Djar biex jiġi assigurat li jsir għas-sodisfazzjon tal-partijiet interessati.
Ninsab infurmat ukoll li kien hemm propjeta f'Ħaż-Żebbuġ li nstabet li kienet okkupata u li passi legali qed jittieħdu f'dan il-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri formanti tal-panel imwaqqaf mill-bord ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex jistudja l-offerti magħmula taħt Skema "U"? Jista' jgħid kemm kien hemm ċittadini li bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju 2000 offrew li jbiegħu proprjeta' lill-Awtorita' taħt l-istess skema? Jista' jgħid x'irriżulta in segwitu għall-ispezzjonar, layout plans u anke rakkmandazzjonijiet fuq il-proprjeta' offruta? Jista' jindika fejn kienet lokata din l-istess proprjeta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-lokalitajiet li fihom tinsab il-propjeta' offruta lill-Awtorita' tad-Djar huma f'Malta - B'Kara, Bormla, Fgura, Għaxaq, Gżira, Luqa, Marsa, Naxxar, Rabat, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Tarxien, Valletta, Xgħajra, Żejtun, Żurrieq u f'Għawdex - Għarb u Rabat.
Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqaija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 17,067.
Filwaqt li nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2666, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu ix-xogħlijiet fi Triq Andrea Debono fin-Naxxar, u sa meta ix-xogħol ta' drenaġġ u surfacing se jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għal din it-triq infetaħ tender. Dan jinkludi gravity main, rising main u bini ta' Pumping Station . Għadna qed nistennew l-easement approval mil-Lands u l-approvazzjoni tal-bini tal-Pumping Station mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, u qabel dawn l-approvazzjonijiet, ma jistax jiġi ppubblikat dan it-tender.