Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qajjenza — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-toroq tan-naħa tal-Qajjenza, Birzebbuga, huma sprovisti minn sinjali tat-toroq u dan b'perikolu sew għas-sewwieqa u anke għax-xufiera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq it-toroq tan-naħa tal-Qajjenza B`Buġia li jinkludi sinjali ta` toroq u tabelli, ngħata lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, u x-xogħol mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla.

B'Buġia — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li r-residenti ta' l-akwati ġewwa l-Qajjenza, B'Buġia, jiġu nklużi fir-rotot tal-karozzi tal-linja? Jista' jara li dawn iċ-ċittadini jiġu stmati bħal kumplament taċ-ċittadini?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha tħabbar żviluppi ġodda fil-futur immedjat dwar din it-talba li qed jagħmel l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21308 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qajjenza — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Daqqaqa, Qajjenza, Birżebbuga, tingħata aktar dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Qajjenza — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li t-triq tal-Qajjenza ta' mal-baħar tingħata wiċċ ġdid? Jista' jsir railing jew ilqugħ ieħor matul l-istess triq peress illi tinsab fi stat perikoluż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol jaqa' taħt il-proġett tas-South Embellishment, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Djar — Dipartiment tal-bini u tiswija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega r-raġuni wara d-deċiżjoni tad-direttur tad-dipartiment tat-tiswija u bini tad-djar li tlett kuntratturi partikolari jitħallsu fil-pront ta' xogħolhom filwaqt li l-kumplament tal-kuntratturi, konsulenti u xi mpjegati mad-dipartiment ma humiex se jitħallsu qabel Jannar 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiddispjaċini ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandu hija żbaljata. Waqt li hu minnu li matul is-sena 2000 tant sar xogħol mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li kontijiet li daħlu dax-xahar ser jkollhom jitħallsu f'Jannar 2001, dan qiegħed isir 'across the board' u mingħajr distinzjoni. Fil-fatt sal-ġimgħa l-oħra kienu għaddejjin il-pagamenti regolarment u minn issa sa Diċembru li ġej, jistgħu jgħaddu biss pagamenti fuq kontijiet żgħar. Dan japplika għall-kuntratturi kollha u ma nafx minn fejn l-Onor. Interpellant ġab l-informazzjoni li 'tliet kuntratturi partikolari jitħallsu fil-pront'. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu fama tajba li jħallas lill-kuntratturi kollha fil-pront. Terġa' d-Dipartiment m'għandux konsulenti u għalhekk ma jistax ikun li dawn mhux ser jitħallsu qabel Jannar ta' l-2001. Fl-istess ħin, il-ħlas lill-impjegati joħroġ minn vot rikorrenti u għalhekk anki f'dan il-qasam, l-informazzjoni li dawn mhux ser jitħallsu qabel Jannar ta' l-2001 hija żbaljata.

Djar — Dipartiment tat-Tiswija u Bini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward tat-tenders li ngħataw mid-dipartiment tat-tiswija u bini tad-djar konsistenti fit-tikħil tal-fil fil-blokki tal-Gvern jekk dan ix-xogħol hux jiġi: (i) eżegwit skond ir-rekwiżiti tat-tenders; (ii) skond is-sengħa u l-arti;(iii) minn min dan ix-xogħol qiegħed jiġi hekk ċertifikat; u (iv) jekk il-policy dwar dawn ix-xogħlijiet hix sempliċement tibjid tal-fili u dan minn meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li: i. ix-xogħol ta' tikħil tal-fili tal-blokki tal-Gvern qiegħed isir skond l-ispeċifikazzjonijiet tat-tenders; ii. dan ix-xogħol qiegħed isir skond is-sengħa u l-arti; iii. dan ix-xogħol qiegħed jiġi ċertifikat minn perit tad-Dipartiment; iv. il-policy hi li l-fili miftuħin jew li qiegħdin jinfetħu jimtlew tajjeb u wara l-fili kollha nkluż dawk li għadhom tajbin jitbajdu biex tiġi dehra uniformi.
Leg 9 PQ #21286 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuġa — Triq tal-Ġebel - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Tal-Ġebel, Birżebbuga, tiġi mixgħula peress li hija ta' perikolu għar-residenti li jridu jimxu fiha fis-sigħat mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Birżebbuga — Triq Tal-Ġebel

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq tal-Ġebel, Birżebbuga, tingħata wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant huwa wieħed ta` resurfacing li s-soltu jsir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #21294 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Qajjenza — Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proġett ta' l-embellishment tal-promenade tal-Qajjenza waqaf ħesrem meta ntefqu tant flus fl-embellishment tal-promenade f'Tas Sliema? Jista' l-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol se jerġa' jibda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fix-xogħol ta' tisbiħ fin-Nofs in-Nhar ta' Malta saru diversi xogħlijiet fl-area tal-Qajjenza B'Bugia, l-aktar, xogħol ta' toroq u bankini. M'hemmx pjanati l-ebda xogħlijiet oħra fil-futur qarib għal din l-area.
Leg 9 PQ #21297 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qajjenza — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-Qajjenza, Birżebbuga, tiġi aktar mdawwla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet mgħarrfa bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant. Wara li ssir l-investigazzjoni meħtieġa, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Qajjenza — Letter box

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru letter boxes fil-parti tal-Qajjenza, Birżebbuga, peress li din l-area għadha moqdija b'letter box waħda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f`ċirkostanzi bħal dawn il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri għal kull 3,000 resident. Il-Maltapost lesta li tikkunsidra xi rakkomandazzjoni li tista` ssir mill-Kunsill Lokali dwar jekk il-kaxxa ta` l-ittri li hemm bħalissa għandiex tiġi rilokata b`mod li r-residenti jinqdew aħjar.
Leg 9 PQ #21304 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Qajjenza — Traffic Islands

Question

Jista' l-Ministru jara li t-traffic islands u ġnub tat-toroq fil-Qajjenza, Birżebbuga, jimtlew bil-ħamrija sabiex d-dehra ta' telqa li hemm titneħħa u sabiex l-ambjent jissebbaħ b'siġar u pjanti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #19113 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jsiru faċilitajiet sportivi bħal 5 aside?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bdew taħditiet sabiex tiġi identifikata biċċa art ġo Birżebbuġa li tista tiġi żviluppata f'faċilita sportiva.
Leg 9 PQ #19120 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Dun Karm Frendo f'Birżebbuga tingħata d-dawl stante li hi mudlama ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi neċessarji.

Birżebbuga — Triq Dun Karm Frendo

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi relattivi sabiex Triq Dun Karm Frendo ġewwa Birżebbuga tingħata suritha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18823 li ser tinkludi xogħol f'din it-triq ukoll.

Birżebbuga — Triq Dun Karm Frendo

Question

Jista' l-Ministru jara hux possibbli li Triq Dun Karm Frendo f'Birżebbuga tiġi nkluża fil-lista ta' toroq li se jingħataw wiċċ ġdid stante li tinsab fi stat disastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda parlamentari Nru. 19122 li ser tinkludi xogħol f'din it-triq ukoll.
Leg 9 PQ #19128 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Birżebugga — L-Akwata tal-Papa

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-akwata tal-Papa f'Birzebbuga tiġi ndikata area għall-ħwienet u faċilitajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant qed jiġi kkunsidrat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex ikun jista` jiġi applikat fiż-żmien opportun.
Leg 9 PQ #19113 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Interim From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jsiru faċilitajiet sportivi bħal 5 aside?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.