Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Għaxaq — Triq it-Tilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilita hemm illi Triq it-Tilliera, Ħal Għaxaq mogħtija wiċċ issa li s-servizzi ġew mgħoddija kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22588.

Ħal Għaxaq — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm illi Triq in-Niġem, Ħal Għaxaq tiġi mgħotija wiċċ issa li s-servizzi ġew mgħoddija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22588.

Ħal Għaxaq — Triq Tal-Lellux

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta hemm li Triq Tal-Lellux, Ħal Għaxaq tiġi mgħottija wiċċ issa li s-servizzi ġew mgħoddija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22588.

Ħal Għaxaq — Triq tal-Millieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm illi t-Triq tal-Millieri f'Ħal Għaxaq issa li hemm is-servizz kollha tiġi mgħotija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22588.
Leg 9 PQ #24942 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bajja ta' San Tumas - Kiosk

Question

B'riferenza għal konċessjoni tal-permess fir-rigward tal-kiosk bl-isem ta' Sensi fil-Bajja ta' San Tumas, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istess sid hux se jiġi mogħti permess ukoll jgħatti l-ħamrija bil-konkos sabiex jagħmel l-imwejjed? Jista' jgħid x'passi qegħdin jittieħdu sabiex dan ma jsirx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pjanti approvati fuq l-applikazzjoni ta` dan l-iżvilupp jinkludu l-'paving' ta` area fit-tarf ta` ġnien pubbliku sabiex jitqegħdu mwejjed u siġġijiet. Wieħed irid jinnota illi l-area li ser tiġi wżata hija dilapidata u l-permess ikopri li din l-area tiġi upgraded, mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lis-siġar indiġeni li jinstabu fil-post.
Leg 9 PQ #24943 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Bajja ta' San Tumas — Kiosk

Question

B'riferenza għal konċessjoni tal-permess fir-rigward tal-kiosk bl-isem ta' Sensi fil-Bajja ta' San Tumas, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istess sid hux se jiġi mogħti permess ukoll jgħatti l-ħamrija bil-konkos sabiex jagħmel l-imwejjed? Jista' jgħid x'passi qegħdin jittieħdu sabiex dan ma jsirx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għaxaq — Triq tal-Qattus

Question

B'riferenza għall-istat ħażin li fih tinsab Triq tal-Qattus, Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jara li din it-triq li hija żviluppata fl-intier tagħha tiġi mogħtija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.
Leg 9 PQ #24945 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għaxaq — Triq tal-Qattus

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ u jasal għar-raġuni għalfejn ir-residenti ta' Triq tal-Qattus, Għaxaq, għalkemm it-triq hi fformati u l-main ta' l-ilma hu mwassal safejn it-triq, hemm għad ta' residenti li għadhom sal-lum mingħajr provvista ta' ilma u jiddepdenu mill-bjar? Jista' jara li dawn ir-residenti wkoll ikollhom is-servizz ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #24946 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kiosk

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward tal-permess konċess lis-sid tal-kiosk bl-isem ta' Sensi Kios, fil-Bajja ta' San Tumas, u cioe dak konċess mill-kummissarju tal-pulizija, għaxiex ġie konċess u cioe' kif jista' jopera u x'jista' jbigħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq il-kopja tal-liċenzja li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24947 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Istitut Tekniku

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il darba l-għalliema ta' l-istitut tekniku ta' l-ewwel u t-tieni sena ta' Raħal Ġdid kienu assenti u x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid x'passi qegħdin jittieħdu sabiex l-istudenti ma jisfawx vittma ta' dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1 ta' Jannar 2001 sat-30 ta' Marzu 2001, xi għalliema ta' l-ewwel u tat-tieni sena ta' l-Istitut Tekniku ta' Raħal Ġdid, kienu assenti b'ċertifikat mediku għal 148 jum ta' xogħol, u ieħor kien b'borża ta' studju għal 20 jum ta' xogħol. Il-148 jum xogħol li l-għalliema kienu assenti b'ċertifikat mediku, huma mqassmin hekk: għalliem - 55 ġurnata għalliem ieħor - 15-il ġurnata għalliem ieħor - 10 ijiem għalliem ieħor - 7 ijiem u 2 għalliema oħra - 6 ijiem kull wieħed. Id-49 jum ieħor ittieħdu minn għalliema li kienu assenti għal xi jum jew tnejn. Fil-każ ta' l-għalliem tal-matematika li ilu assenti b'ċertifikat mediku għal tul ta' żmien, student universitarju ħa l-klassi fin-nuqqas tiegħu. Fil-każ ta' għalliem li kellu l-borża ta' studju, ħafna mill-materjal ġie kopert minn dan l-għalliem qabel ma telaq. Il-borża ta' studju kienet relatata direttament mas-suġġett li jgħallem l-għalliem.

Għaxaq — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jassigura li l-trasport pubbliku lejn Ħal Għaxaq jibda jitlaq fil-ħin u dan sabiex jiġi eliminat l-inkonvenjent li passiġieri jqatgħu ħinijiet jistennew għal xejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari Nru. 24532.

Toroq — Triq Ta' Loretu - Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq ta' Loretu f' Ħal Għaxaq tiġi ranġata peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.
Leg 9 PQ #24637 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Interim From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma l-lecturers, full time u/jew part time fil-fakulta' tal-Liġi (Universita' ta' Malta) u fuq liema kriterji dawn ġew magħżula u appuntati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pensjoni

Question

B'referenza għall-dawk il-persuni li fil-passat kienu jaħdmu bħala sefturi u li llum anzjani, u li lilhom kienet ġiet mgħotija l-fakulta li jħallsu l-bolli kollha b'lura f'daqqa imma minħabba raġunijiet aċċettabli varji tilfu l-okkazjoni, hemm xi possibilita li dawn in-nies jerġgħu jingħataw din il-faċċilita sabiex huma wkoll jibdew jibbenefikaw u jirċievu l-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija 24129 dwar dan is-suġġett. Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li l-iskema Nazzjonali hija skema ta' assigurazzjoni, mhux skema ta' investiment. Tajjeb jingħad li l-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali ma titħallasx biss għal skopijiet ta' pensjoni. Għaldaqstant bħal kull assigurazzjoni l-aktar ħaġa importanti hi li titħallas l-premium fil-ħin biex il-persuna (jew l-eredi tagħha jekk ikun il-każ) tkun koperta meta tinqala' xi kontinġenza.

Ħal Għaxaq

Question

B'referenza għall-post ta' nar ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq, li l-entratura għalih min ġo l-għelieqi hi waħda dejqa tant li ma tistax tgħaddi ambulanza f'każ ta' xi disgrazzja, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita' li din it-triq titwessa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jara x'inhi s-sitwazzjoni tal-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #24527 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Diamox

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li persuna li tbagħti min pressjoni f'għajnejha u li tinsab f'periklu li tgħama, li ġew amministrati lilha pilloli diamox sabiex jiġi investigat il-progress wara terminu ta' sitt xhur ma tistax issib dawn il-pilloli la fl-ispiżerija tal-Gvern u l-anqas privatament? Jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan in-nuqqas? Jista' l-Ministru jara li dawn il-pilloli jkunu jistgħu jiġu akwistati mill-aktar fiss?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa intqal f'risposta parlamentari numru 24314, il-kunsenji ta` pilloli Acetazolomide 250mg li waslu għand is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-ewwel ġimgħa ta` Marzu kellhom iservu madwar tlett xhur. Waslet kunsenja oħra żgħira fil-15 ta` Marzu, 2001, liema kunsenja bdiet titqassam fis-16 ta` Marzu, 2001. Mistennija kunsenja oħra dan ix-xahar. Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu wkoll kuntratt ta` tlett snin għax-xiri ta` dawn il-mediċini.

Toroq — Triq Indri Magrin - Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġa la darba s-servizzi kollha, fi Triq Indri Magrin f'Ħal Għaxaq ġew mgħoddija, jista' l-Ministru jara li din it-triq tiġi mogħtija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Gvern Ċentrali ħa l-passi neċessarji biex jiġu ppubblikati tenders għall-asfalt ta` diversi toroq f`Ħal GĦaxaq. Ix-xogħolijiet fi Triq Indri Magrin għalhekk ikunu jistgħu jsiru aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #24529 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-fond nru. 62 fi Triq it-Tumbarellu, Ħal Għaxaq, triq fejn hawn il-main tad-dawl mgħoddi għal diversi snin għadu sal-lum tinqeda b'fergħa temporanja? Tista' din id-dar tirċievi l-provista ta' l-elettriku perezz ta' main bħal dawl tas-residenzi adjacent?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm li Triq is-Sagra Familja f'Ħal Għaxaq, li hi mibnija u s-servizzi mgħoddija, tiġi mgħotija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hawn li Triq Sebastian Saliba f'Ħal Għaxaq, li ilha mibnija sa mill-1985 u li s-servizzi kollha ġew mgħodija, tiġi mgħotija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.