Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kostruzzjoni u Manutenzjoni — Kuntratturi - Tenders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward tad-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni, min kienu dawk il-kuntratturi li ġew moghtija xogħlijiet in segwitu għal ħruġ ta' tenders f'dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' xogħlijiet ġew hekk maħruġa u kemm hu l-ammont finali mħallas fuq kull waħda sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.

Kostruzzjoni u Manutenzjoni — Direct Orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru, għar-rigward tad-dipartiment kostruzzjoni u manutenzjoni, jgħid x'tip ta' xogħol ingħata tul dawn l-aħħar ħames snin u lil min, permezz ta' direct orders u kemm kien l-ammont finali mħallas f'kull każ għal kull biċċa xogħol sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26935 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara x'passi ttieħdu u x'prevenzjonijiet ser jittieħdu sabiex l-istudenti subien li jattendu l-iskola li tinsab viċin il-power station tal-Marsa ma jibqgħux soġġetti għall-irwejjaħ u gassijiet emessi, tant li kellhom jiġu evakwati u meħuda Ta' Qali darbtejn f'dawn l-aħħar ġranet?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi din il-kwestjoni b'mod regolari sew ma' l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u ta' l-ambjent kif ukoll mal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha.
Leg 9 PQ #26246 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhijiex tibbenefika mill-għajnuna ta' mediċini u cioe' Xabatant Noche neta jidher li għandha r-rekwiżiti neċessarji sabiex tirċievi l-istess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li din il-mediċina ma setgħetx tiġi approvata oriġinarjament (f'Marzu 2001) għaliex ma kinitx skond il-protokol għat-trattament tal-glaucoma, li kien eżistenti dak iż-żmien. Wara li d-Drugs and Therapeutics Committee iddiskuta din il-problema mal-ispeċjalista tal-għajnejn, dan issottometta protokol ieħor fit-22 ta' Mejju 2001. Dan il-protokol għandu jiġi diskuss fil-meeting tad-Drugs and Therapeutics Committee li ġej. Jekk ikun rikommandat mill-kumitat u approvat mid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa, pazjenti li ġew rikommandati għal dan it-trattament mill-ispeċjalisti tagħhom, jiġu mogħtija l-mediċina mill-isptar.

Djar — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra r-raġuni għalfejn l-applikazzjoni lill-awtorita' tad-djar HAV50/99, li ilha li saret aktar minn sena u li l-okkupanti qegħdin isofru fiżikament, f'liema stadju waslet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fl-istadju biex isiru pjanti aktar dettaljati. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' m'għandha ebda indikazzjoni li turi li hemm involuti persuni morda jew b'diżabilita'. Jekk dan hu l-każ, l-Awtorita' għandha tiġi nfurmata bid-dettalji.

Servizzi Soċjali — Children Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi opportuni sabiex jinbidel is-ceiling għar-rigward taċ-children allowance li ilu ma jiġi rivedut sa mis-sena 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dħul massimu biex persuna tikkwalifika għall-Allowance tat-Tfal hu ta' Lm10,270 fis-sena, liema ammont hu preżentement ikkunsidrat adekwat.

Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex tinqata' l-inġustizzja li qiegħda tiġi kommessa meta tinħadem ir-rata ta' l-allowance mid-dħul billi tinqata' biss l-NI filwaqt li t-taxxa mħallsa tibqa' konsidrata bħala dħul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fit-test tal-mezzi għall-għoti ta' benefiċċji soċjali, f'ebda każ ma' tiġi mnaqqsa Taxxa fuq id-Dħul. Kieku kellu jsir dan it-tnaqqis ikun ifisser li l-ammont li jitħallas f'taxxa jew parti minnu jkun qed jingħata lura bħala benefiċċju soċjali, li m'għandux ikun. Għalhekk m'hemm ebda nġustizzja li l-ammont ta' taxxa mħallsa jew dovuta ma titnaqqasx fit-test għall-għoti tal-benefiċċji soċjali.

Kera

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga dwar jekk hux il-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu mgħoddija separatament ikollha l-kera gravanti l-fond li hi tiddetjeni riveduta issa li miet żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi r-reviżjoni tas-sussidju tal-kera tal-persuna indikata jmissu jinħadem din is-sena. Il-persuna se tkun mitluba tipproduċi dokumenti li juru d-dħul matul is-sena 2000 biex jinħadem.
Leg 9 PQ #26025 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati Maltin

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 22862, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra l-possibilita' li membri tal-Forzi Armati Maltin jibdew jitħallsu doppju għal xogħol fil-festi pubbliċi, bħalma jiġri fil-każ tal-pulizija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22862

Kera

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga dwar jekk hux il-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu mgħoddija separatament ikollha l-kera gravanti l-fond li hi tiddetjeni riveduta issa li miet żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Letterbox

Question

Filwaqt li ssir riferenza għad-dokumenti annessi, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titneħħa letter box fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ u dan billi qiegħdha f'post perikoluż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fir-rigward tal-kaxxa ta' l-ittri msemmija li allegatament tinsab f'post perikoluż, għalkemm ta' min jgħid li din il-kaxxa ilha 'l fuq minn ħames snin f'dan il-post, id-direzzjoni tal-Maltapost qiegħda tikkorrispondi mal-Kunsill Lokali bil-għan li tinstab soluzzjoni.
Leg 9 PQ #24637 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma l-lecturers, full time u/jew part time fil-fakulta' tal-Liġi (Universita' ta' Malta) u fuq liema kriterji dawn ġew magħżula u appuntati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' membri ta' l-istaff akkademiku fil-fakulta` tal-Liġi huwa kif ġej: Full-time 9 Part-time 32 Dawn ikunu magħżula u appuntati fuq kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-applikazzjonijiet u s-Selection Board. Barra minn dawn dejjem ikun hemm numru ta' temporary part-timers li jintalbu li jagħmlu lectures skond il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-Fakulta` minn żmien għal żmien, fuq talba tad-Dipartiment u bl-approvazzjoni tar-Rettur. B'kollox l-ispiża ta' dawn huwa inqas minn ta' żewġ full-timers.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'referenza għal kopja tad-dokument li qed jintbagħad separatament u d-dettalji li minnu jirriżultaw, jintervjeni u jordna li jsir dak li għandu jsir qabel issir xi disgrazzja oħra peress illi sal-lum għadu ma sar xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #25167 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

L-Area tal-Millieri

Question

Għar-rigward l-area tal-Millieri b'mod partikulari fuq in-Niġem, Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħati tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 22598?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Koporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħarġet kuntratt għat-tqegħid ta' mejnijiet ġodda b'tul ta' madwar tlitt kilometri f'Ħal Għaxaq. Dan il-proġett mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin. F'dan il-proġett hemm inkluża z-zona magħrufa bħala "tal-Millieri".
Leg 9 PQ #25168 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti li jinħtieġu attenzjoni speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva sabiex studenti li jinħtieġu attenzjoni speċjali jiġu ntrodotti għall-lezzjonijiet min għalliema speċifiċi, għadhiex fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji qegħdin jiġu mgħażula l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Din il-mistoqsija tidher li qed tagħmel referenza għal-'Complementary Education'. Informat li għad hemm għalliema tal-'Complementary Education', anzi n-numru tagħhom żdied. Dawn jagħtu għajnuna lil dawk it-tfal li jibdew juru li se jaqgħu lura u jaħdmu l-aktar mat-tfal tat-tieni sena tal-Primarja. L-istudenti jiġu identifikati mill-għalliema tagħhom stess. Dawn l-għalliema jagħmlu assessjar formattiv fuq ix-xogħol ta' l-istudenti għal dik is-sena u jikkonsultaw ukoll mal-Kap ta' l-Iskola.
Leg 9 PQ #25169 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Triq Patri Girgor Grima, Ħal Għaxaq, ser jibdew jibbenefikaw minn sistema tad-drenaġġ bħal kumplament ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li din it-triq flimkien ma' toroq oħra jinsabu f'livell iżjed baxx mis-sistema eżistenti tad-drenaġġ, ġie ddisinjat scheme li bih huwa maħsub li jitqabbdu t-toroq kollha ta' l-akwata. Biex dan l-scheme jiġi implimentat, jeħtieġ l-ewwel li jiġi ppubblikat easement bin-numru WD 221/97/1 li ntbagħat lid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Dan l-easement li jrid jgħaddi minn raba li jinħadem, huwa twil madwar 560 metru għall-istess bypass ta' Ħal Għaxaq. Kif dan l-easement jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, jibdew il-proċeduri biex jinħarġu tenders, kemm għall-mains tat-toroq, kif ukoll għal dan il-collector main. L-istima għal dan ix-xogħol tiswa 'l fuq minn mitt elf lira. Minħabba l-ispiża qawwija biex isir dan ix-xogħol u minħabba prioritajiet oħra, dan ix-xogħol sejjer isir f'fażijiet għax kif wieħed jista' jara l-istima tlaħħaq madwar wieħed minn tmienja ta' l-istima kurrenti tal-vot kollu għall-estensjonijiet tad-drenaġġ madwar Malta. Huwa diffiċli li wieħed jintrabat b'dati eżatti meta dan ix-xogħol se jiġi implimentat.
Leg 9 PQ #25170 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi installata l-pompa tad-drenaġġ fi Triq Settembrina, Ħal Għaxaq u dan wara li dik li kellha tiġi nstallata ġiet mibgħuta banda oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi m'hemm ebda problema fil-pompi ta' Għaxaq Pumping Station. Ħadd mill-ħaddiema fil-workshop m'huwa infurmat illi pompa li kellha titwaħħal fi ħdan l-istazzjon ġiet installata band'oħra.
Leg 9 PQ #25171 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibqalhom jistennew s-sistema tad-drenaġġ, ir-residenti ta' Triq l-Isparvier, Ħal Għaxaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25169 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #24948 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Għaxaq — Triq Giovanni Scicluna - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jinvestiga x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' Triq Giovanni Scicluna, Ħal Għaxaq, sal-lum għadhom mingħajr sistema ta' drenaġġ u jiddependu mill-użu tal-fossa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija tinsab f'parti baxxa magħrufa bħal ta' l-Andar, viċin il-ground tal-football. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ħadem fuq sistema u skema globali għall-area ta' madwar li jinkludu toroq oħrajn bħal Triq Settembrina, Patri Grima, Triq l-Isparnier, Triq it-Telleritu u toroq oħra ta' madwar. Qegħdin isiru l-easements u expropriations neċessarji biex minnhom jgħaddu madwar 2 kilometri ta' katusi u bini ta' Pumping Station ġdida. Dan ix-xogħol li jiswa madwar Lm150,000 huwa maħsub li jinbeda fil-futur.

Ħal Għaxaq — Triq il-Ħobbejża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm illi Triq il-Ħobbejża, Ħal Għaxaq tiġi mogħtija, wiċċ issa li s-servizz ġew kollha mgħoddija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22588.