Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żurrieq — Triq Matteolo Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sa issir l-aħħar parti ta' Triq Matteolo Saliba fiż-Żurrieq peress illi parti minnha ilha aktar minn 15 il-sena bla wiċċ l-parti l-oħra triq ġiet ta' l-istess ġew mogħtija wiċċ tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li biex il-kumplament ta' din it-triq tiġi asfaltata teħtieġ li ssir esproprjazzjoni, u għalhekk tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex dan l-ewwel proċess jinbeda.

Żurrieq — Triq Kalanġ Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm illi x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Kalanġ, Bugeja, Zurrieq jibdew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq hija diġa asfaltata u teħtieġielha manutenzjoni li trid issir mill-Kunsill Lokali.

Zurrieq — Triq Kalanġ Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm li Triq Kalanġ Buġeja fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ issa li ilha aktar min 18-il sena tistenna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 27417.

Zurrieq — Triq it-Tin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lid-Dipartiment milli jwaqqa' ħajt tas-sejjieħ li hemm f'nofs Triq il-Tin, Zurrieq sabiex din tinfetah għall fuq Triq Santa Marija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fadal xi proċduri ta' esproprjazzjoni li jrid isir fl-inħawi, qabel ikun jista' jsir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #27237 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Bajja - Slielem

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk huwiex se jsir xogħol ta' riparazzjoni fis-slielem li hemm għall-baħar fil-bajja ta' Spinola, San Ġiljan, in-naħa tal-pitch ta' San Ġiljan liema slielem huma perikolużi għal min jużahom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi investigat u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Zurrieq — Triq Salvu Psaila

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ispection li hemm fi Triq Salvu Psaila, Zurrieq, tiġi siġillata peress illi ħerġin ħafna insetti minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol jaqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #27279 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena 1) jgħid kemm il-każ kien hemm ta' overdose? 2) x'tip ta' droga użata kawżat l-overdose (kull każ) 3) kemm il-każ irriżulta f'mewt 4) Kemm kienu nisa? 5) X'kienet l-age bracket?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tielet parti ta` din il-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25214. Rigward it-tagħrif l-ieħor ninsab infurmat illi dan hekk kif mitlub mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.

Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru fil-konfront tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni jgħid 1) Kemm għandu draftsmen fl-ingaġġ tiegħu? 2) X'inhi r-responsabilita' tagħhom? 3) X'ħinijiet jaħdmu? 4) Kemm dawn tħallsu f'overtime dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm erba' draughtsmen fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Dawn huma responsabbli mit-tħejjija ta' pjanti li jinkludu: 1. proposti dwar proġetti ġodda ta' djar jew ta' rikostruzzjoni; 2. proposti ta' proġetti ġodda ta' ġonna pubbliċi jew landscaping; 3. kejl ta' bini affettwat minn proġetti ta' slum clearance; u 4. kejl tal-bini wara li jitlesta ("as carried out") bħala rekord ta' l-iżvilupp. Il-ħinijiet tax-xogħol ta' dawn id-draughtsmen huma bħal dawk ta' l-impjegati tekniċi mal-Gvern, jiġifieri bejn is-7.00 u n-12.30 u bejn is-1.15 u l-4.30 fix-xitwa u bejn is-6.30 u n-12.30 fis-sajf. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment għall-Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

In kwantu jirrigwarda s-segretarji fl-ingaġġ tad-Dipartiment għall-Manutenzjoni u Kostruzzjoni, jista' l-Ministru jindika 1) Kemm siegħat ta' overtime dawn ħadmu f'dan l-aħħar ħames snin, sena sena? 2) Kemm flus nefaq id-Dipartiment għall-ħlas ta' dan l-overtime, sena sena tul dawn l-aħħar ħames snin? 3) X'kriterji ntużaw sabiex jidħlu overtime dawk is-segretarji partikolari? 4) Taħt ir-responsabilita ta' min, bħala uffiċjal, dawn is-segretarji jaqgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-impjegati fis-segretarjat fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jaqgħu taħt ir-responsabbilta' diretta tad-direttur filwaqt li l-kriterji użati dwar min jaħdem overtime huma dawk ta' l-esiġenzi tax-xogħol fl-istess Dipartiment. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tad-Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni, hemmx individwi min barra d-Dipartiment li ġew mitluba jew qegħdin jiġi mitluba jipprestaw is-servizzi tgħhom lid-Dipartiment? Jekk fl-affermattiv, min huma, x' renumerazzjoni qegħdin jirċievu u x'inhi r-raġuni għal din it-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment indikat mill-Onor. Interpellant, bħal kull dipartiment ieħor, jitlob servizzi/xogholijiet biex ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b'mod effettiv. Billi mhux is-servizzi/xogħolijiet kollha huma ta' natura kontinwa r-remunerazzjoni ma tkunx dejjem b'rata fissa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fid-dawl ta' dak li għadni kif spjegajt.

Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li għar-riġward tad-Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni, il-persuna li isimh qed jintbagħat separatament jibqa jibbenefika min overtime b'mod kontinwu filwaqt li ħaddiema oħra le? X'inhu x-xogħol li tagħmel din il-persuna? Għalfejn dan dejjem jidħol is-Sibt? Kemm irċieva flus f'overtime tul dan l-aħħar sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hi żbaljata fis-sens li din il-persuna mhijiex impjegata tad-Dipartiment iżda tagħti servizz lid-Dipartiment. Għalhekk, mhux veru li qed titħallas xi 'overtime'.

Impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward tal-ħaddiema li kienu impressed mad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid: 1) dawn ġewx tal-post; 2) min meta dawn saru hekk tal-post; 3) kemm kien hemm tali li ġew tal-post 4) x'inhu r-rwol tagħhom u x'responsabilita' ġew mgħotija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li: 1) Iva l-impressed ġew tal-post; 2) Dawn saru tal-post mill-1 ta' Ottubru 2000; 3) Kien hemm 3 xufiera li ġew tal-post; 4) Ir-rwol tagħhom apparti minn dak ta' xufiera jinkludi x-xogħol ta' messaġġiera bħal teħid ta' korrispondenza bl-idejn, tqassim ta' files fl-uffiċċju, eċċ.

Overtime

Question

Meta d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni jiġi biex jassenja l-overtime, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji applikabbli sabiex jiġi deċiż min jieħu overtime u min ma jidħolx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar bħalissa l-ammont ta' overtime huwa limitat ħafna. Fil-fatt apparti minn xi section heads, l-uniku overtime qed jinħadem mill-iskrivani fis-segretarjat tad-Direttur. Ħaddiema oħra (l-aktar tekniċi) li jkollhom joqgħodu wara l-ħin fuq xogħol ta' superviżjoni ta' xogħolijiet jingħataw time-off in lieu flok overtime.

Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tad-Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni, kemm kienu l-okkazjonijiet fejn segretarji rraportaw għax-xogħol, overtime, fil-jum tas-Sibt? X'kienet ir-raġuni u min kienu dawn is-segretarji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu tmienja l-okkażjonijiet li fihom tnejn mis-segretarji rrapurtaw għax-xogħol "overtime" fil-jum tas-Sibt. Huma daħlu biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-volum konsiderevoli ta' xogħol li għandu d-Dipartiment.

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru għar-rigward tad-Dipartiment ta' Manutenzjoni u Kostruzzjoni jgħid 1) kemm inxtraw telecards għall-mobile phones 2) kemm kien il-valur fi flus għall-istess f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nxtraw 26 telecard bil-valur ta' Lm10-il waħda. Dawn it-telecards kollha nxtraw fl-2000 u l-2001.

Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

Għar-rigward tad-Dipartiment Manutenzjoni u Kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid 1) Kemm għandu segretarji miegħu 2) Kif inhuma mqassma r-responsabilitajiet tagħhom? 3) Min huma l-uffiċjali li taħthom jaqgħu dawn ir-repetorji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment indikat fil-Mistoqsija, s-segretarjat tad-Direttur hu magħmul minn uffiċċjal eżekuttiv, erba' skrivani (waħda casual) u uffiċċjal tekniku. L-ismijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi ta' dawn il-persuni huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni — Periti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' periti li huma ngaġġati mad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni: (a) x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; (b) kemm hemm bħala numru; (c) x'inhi l-area ta' operazzjoni; (d) x'responsabbilitajiet għandhom kull wieħed; u (e) x'inhu s-salarju tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, apparti d-Direttur li hu wkoll perit, hemm: 1 Kap Perit (Chief Architect) 6 Periti Anzjani (Senior Architects) Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma skond kif indikat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet interni li kienu ħarġu fl-14 ta' Ġunju 1999 u fit-23 ta' Novembru 1999 rispettivament u li kopja tagħhom qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma' l-istess Dipartiment hemm ukoll 5 Periti Junior Każwali (Casual Junior Architects). Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma dawk indikati fis-sejħa għall-applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tas-7 ta' Jannar 2000. Iċ-Chief Architect u s-sitt Senior Architects huma nvoluti primarjament fi tfassil u twettieq ta' proġetti ta' bini ta' djar u slum clearance. Dan jinkludi tħejjija ta' pjanti, ksib ta' permessi, tħejjija ta' dokumenti tat-tenders, aġġudikazzjoni tat-tenders u superviżjoni tax-xogħolijiet. Il-ħames Casual Junior Architects huma responsabbli primarjament għal xogħolijiet fuq tiswijiet, żvilupp ta' ġonna pubbliċi u stallar ta' lifts f'bini tal-Gvern. Dan jinkludi tħejjija ta' dokumenti tat-tenders, aġġudikazzjoni tat-tenders u superviżjoni tax-xogħolijiet. Il-Casual Junior Architects huma nvoluti wkoll fit-tfassil ta' pjanti għall-bini ta' housing units ġodda. Is-salarju ta' Chief Architect hu dak marbut ma' skala 5 fis-Servizz Ċivili, dak ta' Senior Architect ma' skala 6 u dak ta' Casual Junior Architect ma' skala 9.
Leg 9 PQ #26847 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Flexitede

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin hawn separatament jiġu annessi, għalkemm intitolata għall-Flexitede 250 u Rectodelt Supp fost mediċini oħra, ma hix tirċiviehom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.

Manutenzjoni u Kostruzzjoni — Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni: (a) kemm karozzi għandu mikrija miegħu d-dipartiment; (b) x'tip ta' karozzi; (c) min huma dawk li jagħmlu użu minnhom; (d) kemm hi l-ispiża, sena b'sena, tul dawn l-aħħar ħames snin, għar-rigward ta' l-istess kiri; u (d) kemm huma l-ispejjeż għar-rigward ta' ħsarat fuq l-istess karozzi tul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Id-Dipartiment għandu mikrija miegħu 14-il karozza. b) Dawn huma karozzi Saloon Cars b'ċilindraġġ ta' 1300cc, 3 minn dawn il-karozzi huma mgħammra b'arja kundizzjonata. c) Il-karozzi qed jintużaw mit-taqsimiet differenti tad-Dipartiment b'dan il-mod: Amministrazzjoni 1 Drawing Office 2 Capital Works Section 8 Tenement Repairs Section 3 Il-karozza tal-Administration tintuża minn tlett uffiċċjali fi Skala ta' Principal. Iż-żewġ karozzi tad-Drawing Office jintużaw minn 4 draughtsmen fi Skala ta' Senior Technical Officers, it-tlett karozzi fit-Tenement Repairs Unit jintużaw minn Operations Manager, Senior Technical Officer u Technical Officer waqt li t-tmin karozzi tal-Capital Works Section jintużaw minn Principal Technical Officer, tlett Senior Technical Officers, tlett Technical Officers u General Hand (li qed jagħmel xogħol ta' Technical Officer). Dawn l-uffiċċjali kollha tal-Capital Works Section u Tenement Repairs Unit indikati għandhom xogħolhom fuq barra fuq superviżjoni ta' xogħolijiet ta' bini u ta' tiswija. L-uffiċċjali ta' l-Amministrazzjoni u tad-Drawing Office joħorġu fuq barra perjodikament u għalhekk m'hemmx ħtieġa li kull uffiċċjal ikollu karozza miegħu di sentu. d) L-ispiża sena b'sena hija din li ġejja: 1997 Lm11,193 1998 Lm 4,480 1999 Lm15,869 2000 Lm23,092 2001 Lm11,880 Ta' min jinnota li fis-sena 1999 kienu tħallsu diversi invoices għal karozzi provduti fl-1998. Ta' min jinnota wkoll li fis-sena 2000 saru divesi ħatriet ta' uffiċċjali tekniċi ġodda mad-Dipartiment waqt li żdied ix-xogħol ta' supervizjoni minħabba li nbdew xogħolijiet li kienu ilhom jistennew il-permess tal-bini. B'hekk kellu jiġi pprovdut trasport addizzjonali għal formnijiet ġodda li bdew jaħdmu mad-Dipartiment. e) Spejjeż fuq ħsarat ma kien hemm xejn billi dawn kienu kollha karoxxi tal-kiri u spejjeż ta' ħsarat kienu responsabbilta' tal-kuntratturi li pprovdew il-karozzi.

Manutenzjoni u Kostruzzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru, għar-rigward tad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni, jgħid: (a) min hu ntitolat għal mobile phone; (b) kemm hemm attwalment mobile phones fl-idejn; (c) kemm hi l-ispiża għal użu ta' l-istesss tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena; (d) kemm flus intnefqu għal xiri ta' mobile phones sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.