Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lil poplu Malti u/jew lil Freeport il-Malta Gantry? b) Kemm ħadmu Maltin mal-Malta Gantry c) Xi profitti għamlet il-Malta Gantry kull sena għall-dawn l-aħħar sitt snin?
Jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu sabiex Triq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq ma tibqax infestata bil-ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fit-triq indikata, illum 4 ta` Ottubru 2001. Matul din is-sena ma ġie rrapurtat l-ebda lment ieħor simili minn din it-triq.
Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi kkontrollata.
Jista' l-Ministru jara li Triq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq, li illum saret arterja prinċipali peress li t-traffiku ġie dirett minnha, tiġi mwessa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali qegħdin jiddiskutu il-ħtieġijiet preżenti li hemm fil-lokalita` u x-xogħolijiet meħtieġa isiru skond l-eżodu ta` dawn id-diskussjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kategorija, jekk hemm, jaqgħu l-impjegati tal-Gvern li jissuġerixxu xogħol ta' ħasil ta' vetturi ta' uffiċjali bħal ma hu l-każ tal-vettura GAD 947
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza imsemmija hija assenjata lid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi u tinħasel minn impjegat fil-grad ta` general hand skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li l-ħaddiema impressed saru fil-post, fil-garage ta' l-Ambulanzi ma tbiddel xejn stante li dawn żammew l-istess prassi u cioe jiġu u jmorru x'ħin iridu, jaħdmu min tnejn sa tnejn, ix-xogħol jagħżluh huma u wieħed jippanċja ta' kulħadd. Jista' jgħid jekk din l-attitudini għandhiex il-kunsens ta' min hu responsabbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mhux veru li minn mindu l-ħaddiema impressed fil-garage saru impjegati tal-Gvern, dawn żammew l-istess passi kif allegat.
Parti minn dawn id-drivers ġew allokati f'postijiet oħra, filwaqt li dawk li nżammu fil-garage bdew jippanċjaw regolarment.
Għalhekk l-allegazzjonijiet fil-mistoqsija qed jiġu miċħuda. Jekk l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jaddihieli konfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ħaddiema fi ħdan il-Ministru tas-Saħħa li għandhom allokati lilhom karozzi jipparkjaw u biex ma jimxux mill-punt fejn ikunu pparkjaw, sew lejn kif wkoll mid-dipartiment jitolbu u jingħataw trasport?
Jista' jgħid għalfejn ċerti impjegati li ma hemmx intitolati għall-trasport qegħdin jiġu provduti l-istess?
Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji għal dawn l-allokazzjonijiet li qegħdin jiswew lid-Dipartiment tant spejjeż kemm f'ħin kif wkoll f'nies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhix il-passi normali li ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa li huma allokati karozza jipparkjaw u jordnaw trasport ieħor sabiex ma jimxux mill-punt fejn ikunu pparkjaw.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tipprovdi trasport għall-impjegati tagħha kollha li jkollhom bżonn imorru minn post għall-ieħor fuq xogħol.
L-uniku kriterju għall-użu tat-trasport minn kulħadd huwa li jintuża għall-esiġenzi tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jara x'passi għandhom jittieħdu sabiex wires tad-dawl tal-mains li għaddejjin f'għoli ta' ċirka erba' piedi mill-art ta' gallerija formanti parti l-fond 63 Triq Massabelle, Qrendi, jiġu mneħħija u mgħoddija xorta oħra peress li huma ta' perikolu kontinwu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li l-wires li saret riferenza għalihom għandhom jitpoġġew f'pożizzjoni adekwata. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' l-Ministru jintervjeni u jara li jsir dak kollu possibbli sabiex jinqered il-wirdien li ħiereġ miċ-ċimiterju ta' Bubaqra, Żurrieq, u li qiegħed jaffettwa l-area kollha tal-madwar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilita` taċ-Ċimiterju ta` San Leone f'Bubaqra, limiti taż-Żurrieq hija tal-Knisja. Għalhekk l-Arċipriet tal-lokal kien infurmat b'dan l-ilment, sabiex jieħu l-passi meħtieġa.
Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment għamlu spezzjonijiet kemm ġewwa u kemm barra l-istess Ċimiterju. Nixtieq inżid ukoll li l-'Pest Control Unit' għamel trattament kontra l-wirdien fl-inħawi tal-madwar.
Jista' l-Ministru jindaga u jara x'inhi d-diffikulta' sabiex ir-residenti fi Triq Gio Batta Riccio, Zurrieq, jibda jkollhom provvista ta' ilma regolari billi jiġi mgħoddi l-main ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu ħsieb li tiżgura li r-residenti tat-triq imsemmija jkollhom provvista ta' ilma regolari. Dan qed isir billi fejn hemm bżonn jinbidlu mejnijiet ta' l-ilma.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex jissaħħaħ il-vultaġġ fi Triq Gio Batta Riccio fiż-Żurrieq, peress illi qiegħed ikun ta' detriment għall-appliances tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li hemm bżonn isir xi xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema tal-vultaġġ baxx. Dan ix-xoghol huwa maħsub li jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jara li Triq Nardu Sacoo, fiż-Żurrieq tiġi mgħotija wiċċ peress illi l-istat tagħha m'hu xejn diċenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jirrevedi l-programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara li l-letter box li kien hemm fl-estate ta' Bubaqra, Żurrieq terġa' tiġi mwaħħla peress li din ġiet meħuda u qatt ma twaħħlet oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat minn Maltapost li l-kaxxa ta` l-ittri li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma tneħħietx mil-lokalita` ta` Bubaqra, iżda ġiet trasferita minn Triq Arċipriet Mifsud fil-Housing Estate għal Vjal l-Indipendenza f`Bubaqra stess. Jien infurmat ukoll minn Maltapost li din iċ-ċaqlieqa saret wara ftehim milħuq mal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-familja li tabita fid-dar li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħatu separatament ma għandhiex provvista' ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-servizz ġdid ta' l-ilma ġie nstallat fid-dar imsemmija fit-23 ta' Lulju ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni li l-overtime lil pulizija tat-traffic reġa' tneħħa fi żmien ġurnata wara li kien għadu kif reġa' ġie ordnat li jibdew jitħallsu għalih?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-overtime lill-pulizija ma twaqqafx.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għala id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-Taqsima tax-Xogħol għadu sal-lu, jonqos milli jagħmel ix-xogħoljiet neċessarji fis-saqaf tal-garage plot 70, Triq Fernando Falzon, Luqa (File REf. No HLM 46/0015)
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni li permess tagħha l-bdil ta' wires fi Triq Gwarena, Qrendi sabiex min low tension jgħaddi għall-high twaqqaf?
Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex tissolva l-problema ta' vultaġġ baxx fis-sistema ta' l-elettriku fit-triq imsemmija tlesta.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk saretx sejħa għall-offerti dwar is-servizzi legali in konnessjoni mal-privatizazzjoni tal-lottu pubbliku? Jista' jinforma wkoll il-Kamra min kienu l-offerenti u x'kienet l-offerta rispettiva tagħhom?
Jista' jinforma l-Kamra jekk il-kuntratt ma' Vlaemminckt Partners tal-Belġju sarx direttament jew tramite xi rappreżentanti tagħhom hawn Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba n-natura speċjalizzata tax-xogħol, ġie deċiż li jiġi mqabbad Philippe Vlaemmincke tad-ditta Vlaemminck & Partners li huwa l-espert legali tal-European Association for State Lotteries and Toto Companies u konsulent ta' numru ta' gvernijiet fuq is-suġġett.
Il-kuntratt sar dirett ma' Vlaemminck & Partners.
Jista' l-Ministru jindaga u jara x'inhi r-raġuni li t-talba tar-residenti ta' Ħal-Għaxaq sabiex titwaħħal bozza bejn Blk B Section 9 u Blk B Section 2, Qasam Ħal Duminku, Għaxaq, fejn diġa kien hemm żewġ inċidenti koroh, mhux qed tiġi milqugħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tipproġetta li twaħħal numru ta' lampi ġodda mhux biss fil-post imsemmi, iżda fil-qasam residenzjali kollu. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jintervjeni u jara li dik il-parti (parti ta' taħt jew quddiem id-djar) tiġi irranġata fit-triq formanti parti minn Triq Nazzareno Sammut - Qrendi sabiex it-triq tiġi waħda uniformi u hekk jonqos il-perikolu u l-inkonvenjent?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara spezzjoni mill-perit tad-Dipartiment irriżulta li l-livelli tal-bini m`humiex kompatibbli ma xulxin.
Id-Dipartiment ser jitlob lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar tivverifika l-livelli f`din it-triq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru, għar-rigward tad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni, jgħid: (a) min hu ntitolat għal mobile phone; (b) kemm hemm attwalment mobile phones fl-idejn; (c) kemm hi l-ispiża għal użu ta' l-istesss tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena; (d) kemm flus intnefqu għal xiri ta' mobile phones sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar huma ntitolati għal mobile phone id-Direttur u dawk l-uffiċċjali li l-użu tal-mobile phone hu kkunsidrat essenzjali fix-xogħol tagħhom.
Fil-fatt, fl-imsemmi Dipartiment hemm mobile phone wieħed mixtri mill-Gvern u dan hu użat mill-Kap tal-Machinery and Manpower Unit. Diversi uffiċċjali għandhom mobile phone iżda dan huwa tagħhom privat.
L-ispiża għall-użu ta' dan il-mobile phone kienet:
1998 - Lm100
1999 - Lm127
2000 - Lm 96
2001 - Lm 50
L-ispiża għax-xiri kienet:
1998 - Lm 50
2000 - Lm125 (biex jirrimpjazza dak mixtri fl-1998)