JIsta' l-Ministru jintervjeni u jordna li jittieħdu passi immedjati sabiex Triq Filippo Venuti tingħata wiċċ peress illi sew fix-Xitwa kif wkoll fis-Sajf din it-triq dejjem bl-ilma minħabba l-ġibjun li hemm magħha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali diġa' ddiskutew ix-xogħolijiet meħtieġa li jsiru fi Triq Filippu Venuti u toroq oħra ta' madwar sabiex eventwalment dawn it-toroq ikunu jistgħu jiġu asfaltata.
Jista' l-Ministru jgħid wara li jsiru l-investigazzjoni oppurtuni, jgħid x'ġara min vaska antika li kienet tinsab fil-parapet tal-Knisja li hemm fejn is-Salib fil-kontrada ta' Ħal Millieri?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-vaska li kienet tinsab fuq iz-zuntier tal-Kappella ta' San Ġwann f'Ħal Millieri, bħal issa tinsab ġewwa r-reċint tal-Kappell ta' l-Annunzjata ġewwa l-istess distrett ta' Ħal Millieri. Il-Kappella ta' l-Annunzjata hija preżentament amministrata mill-għaqda kulturali volontarja Din L-Art Ħelwa.
Dan it-trasferiment sar minn Din L-Art Ħelwa fl-2000, minħabba li kien hemm biża' li l-ħaġra tista' tinsteraq. Il-ħaġra in kwistjoni hija propjeta` tal-Knisja u t-trasferiment sar bi qbil mar-Rettur tal-Kappella ta' San Ġwann. Ta' min jinnota ukoll li sas-snin ħamsin, din il-ġebla kienet tinsab ġewwa r-reċint tal-Kappella ta' l-Annunzjata, fejn issa reġgħet ittieħdet fl-2000.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li għandu n-numru ta' l-identita 246963 (M) ilha snin tistenna li tirċievi r-refund mit-taxxa u dan meta hi għandha tant bżonn dawn il-flus?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi ngħati nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna bil-karta ta' l-identita nru. 518876 (M) u 443678 (M) mhux qegħdin jibbenefikaw mic-children allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir in vista tar-rifjut ta' l-appkikazzjonijiet li ntalbet mil-PA għall-bini ta' sub station fi Triq Fra Luca Zurki u toroq oħra sabiex il-problemi u t-tbgħatijiet tar-residenti jiġu mtaffija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta ser tagħmel dak kollu li tista' dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jieħu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex tiġi kostruita sistema ta' kontrol tat-traffiku fi Vjal il-Blue Grotto Zurrieq u dan bill-liġi kostruita trafic management u pedestrian crossing, bħal dik li ġiet kostruita fl-istess triq, fil-parti qrib Qrendi Road u dan meta wieħed iqis n-numru ta' inċidenti tat-traffiku fejn fost oħrajn tilfu ħajjithom/ġew feruti gravi, Rokku Camilleri, Elizabeth Camilleri u Maria Camilleri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta biex tara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jinvestiga każ ta' membru tal-Forzi Armati, li ismu qed jingħata b'mod separat, fejn skond inkjesta li saret apposta madwar sentejn ilu kienu instab li kien involut direttament f'taħwid fil-pompa tal-fuel tal-Forzi Armati u li minkejja dan, xorta waħda riċentament ħa promozzjoni qisu qatt ma kien ġara xejn?
Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess individwu għadu qiegħed jitħallas tat-trade bħala storeman minkejja li ilu li waqaf minn dan ix-xogħol aktar minn sentejn?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex, filwaqt li dan l-individwu qiegħed jitħallas ta' storeman mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol hemm individwi oħrajn li qegħdin jaħdmu ta' storeman iżda ma jitħalsux ta' hekk?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru b'referenza għall-PQ W271 tat-13 ta' Awissu 2001 jgħid xi żviluppi saru stante illi sal-lum il-periklu hemm indikat għadu eżistenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija W271 ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili. Il-fatt li skond l-Onorevoli Interpellant ix-xogħol għadu ma sarx ifisser li sa llum il-Korporazzjoni Enemalta kellha xogħol aktar importanti u urġenti x'tagħmel minn dan.
Peress li fi Triq hons Alfons Caruana, Triq il-Franka u l-akwati tal-Matla l-Imqabba, qiegħed jaqa l-ilma kollu tax-xaqliba l-oħra ta' l-Imqabba u tal-ġibjun appena dan ifur (peress li dawn it-toroq qegħdin fuq maqgħad) jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu biex dawn l-akwati jingħataw wiċċ u l-ilma jiġi mgħoddi min kanali sabiex b'hekk ma jibqux jgħerqu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jara l-każ u jiġi stabbilit x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru, b'referenza għall-PQ's preċedenti u risposti pożittivi għall-istess u b'referenza għad-dokumenti hawn annessi jara:
1) x'inhi r-raġuni li PA għal żewġ okkazzjonijiet konsekuttivi ċaħdet applikazzjonijiet sabiex tinbena
sub station
biex tkun ta' sosten għas-sistema elettrika fi Triq Fra Luca Zuski, Trejqet in-Nigret u toroq oħra fiż-Żurrieq?
Response (BORG, TONIO)
Is-substance imsemmija kienet proposta f'zona immarkata bhala "Green Area" fit-"Temporary Provision Schemes".
Normalment l-ebda tip ta' zvilupp ma jigi rakkomandat f'dawn iz-zoni, sakemm ma jkun hemm ebda alternattiva.
Ufficjali mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed ikollhom tahdidiet sabiex jinstab sit alternattiv li jkun accettabbli.
Fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex ma jirċevix l-awment l-għoli tal-ħajja? Kemm ser idum id-dipartiment biex jaħdem il-pensjoni tal-mara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru, wara li jindaga l-veraċita tal-każ li fih, il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu mgħoddija separatament, jerġa jikkonsidra l-fakulta li hi tħallas l-ammont hemm indikat peress illi n-nuqqas tagħha kien dovut minħabba ammisjoni għall-kura urġenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata personalment bl-eżitu tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin hawn jiġu annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li permezz tagħha l-ammont li qiegħed jiġi mitlub lilu bħala rifuzjoni tela għal-Lm 178.74 meta dan kellu jkun anqas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment informa lill-persuna imsemmija dwar il-każ tiegħu.
Għar-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin hawn jiġu separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li konsegwenza tagħha ma hi tirċievi pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata personalment bl-eżitu tal-każ.
Għar-rigward tal-persuni li d-dettalji tagħhom qegħdin jiġu separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kawża tagħha m'hijiex tirċievi c-children allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li dwarha għamel interpellanza diġa' qed jirċievi l-Allowance tat-Tfal.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn anessi separatament m'hijiex tirċievi pensjoni skond il-liġi
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rċieva ebda applikazzjoni għall-pensjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għan-nuqqas ta' aġġustament fil-pensjoni tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.
Għar-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatment annessi, jista' l-Ministru jinvestiga 1) x'inhi r-raġuni li t-tobba jew uffiċjali nkarigati ma jridux jaċċettaw li l-persuna tbati mill-mard ċertifikat? 2) Din il-persuna li għandha familja, meta ser tingħata l-għajnuna li qiegħda titlob?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ser tirċievi pensjoni wara li l-kundizzjoni ta' saħħitħa ġiet ċertifikata mit-tobba tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Din il-persuna ġiet infurmata mid-Dipartiment dwar l-għoti ta' din il-pensjoni.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-applikazzjoni sabiex tintela vakanza ta' senior inspector of customs & excise fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana, x'sar mill-interview meta tqis li l-applikazzjonijiet skadew it-3 xhur?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm huwa minnu illi l-applikazzjonijiet għalqu madwar tliet xhur ilu, l-proċess tal-għażla ma setax jinbeda għax membru tal-Bord irriżenja minn mal-Gvern. Riċentement id-Dwana ġiet infurmata bil-ħatra ta' membru ġdid fil-Bord u għalhekk il-proċess kin ser jitkompla. Iżda issa inqalgħet ċirkustanza illi minħabba fiha l-'interviews' ma jistgħux isiru għalissa.
Jista' l-Ministru jintervjenu u jieħu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex l-ilma li jaqa' min Triq Bronja, Triq il-Karmelu u Triq Alessandru, Żurrieq ma jibqax jaqa' fi Sqaq St. Edwardu li jrid jgħaddi min żewġ sprolli madwar pied u nofs kubu bil-konsegwenza li t-triq tegħreq u ma jkunx possibbili li n-nies joħorġu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment u l-Kunsill Lokali diġa` ddiskutew din il-problema u d-Dipartiment qiegħed jara x`jista' jsir.