Legislature:
Category:
Reset
Active:

Drenaġġ — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jagħti r-raġunijiet lil din il-Kamra għalfejn il-ħaddiema tal-pumping station tad-drenaġġ tal-Gżira sal-lum: 1) m'għandhomx shower meta d-diriġenti għandhom 2) tagħmir ta' protezzjoni għax-xogħol tagħhom għadu inadegwat 3) ma tħallsux l-allowance mogħtija speċjalment għad-drainage workers ma tħallsitx għax-xahar ta' Settembru 2002?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Pumping Station tad-drenaġġ tal-Gżira huma pump attendants illi x-xogħol tagħhom mhux f'kuntatt dirett mad-drenaġġ. Għalhekk dawn il-ħaddiema ma jirrikjedux li jkollhom showers. Fil-fatt fil-Gżira Pumping Station m'hemmx showers lanqas għad-diriġenti. Rigward it-tagħmir ta' protezzjoni, il-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tad-Drenaġġ huma mgħammra b'dan it-tagħmir u ma jirriżultax illi hemm xi nuqqas ta' dan. Rigward l-allowances dawn ser jitħallsu dan ix-xahar.

Housing

Question

B'riferenza għall-mobile phones li l-awtorita' tad-djar għaddiet lill-impjegati u l-uffiċjali, jista' il-Viċi prim Ministru jgħid: i) kemm-il wieħed ġie mibdul mill-impjegat/uffiċjal tul dawn l-aħħar erba' snin; ii) kemm kien il-valur li l-awtorita' tad-djar nefqet f'mobile cards?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar nefqet is-somma ta' Lm110 f'mobile cards. F'dawn l-aħħar erba' snin l-Awtorita' tad-Djar bidlet tlett mobile phones.

San Ġiljan — Promenade

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm intefqu: i) flus għar-riċeviment li sar għal ftuħ tal- promonade ta' San Ġiljan ii) għal leaflets, inviti u posta għal dan il-għan iii) min kien il-caterer li għamel ix-xogħol f'dan ir-riċeviment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-attivita' li jista' qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet laqgħa għar-residenti u għall-kommunita kummerċjali li saret il-Ħamis 26 ta' Settembru, fejn ġie spjegat ix-xogħol li fadal isir fl-inħawi ta' San Ġiljan. F'din l-attivita' tqassmu xi 'drinks' lil dawk preżenti, li swew Lm130.92, u ġew imqassma minn ħaddiema tal-Ministeru. Il-leaflets, inviti u l-posta swew Lm416.80
Leg 9 PQ #35805 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk hemmx proġettati fondi u kemm huma, sabiex jinxtara t-tagħmir li qed jissemma' fil-korsijiet li l-ispetturi tal-pulizija qed jagħmlu dwar risk management f'każijiet ta' xi kriżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Akkademja tal-Pulizija xi żmien ilu kellha proposta minn Supretendent tal-Pulizija Ingliża irtirat sabiex fuq bażi volontarja jaqsam l-esperjenzi tiegħu dwar emerġenzi li jisgħtu jinqalu minn żmien għal żmien. Infurmat ukoll illi għal dawn it-talks qed jattendu kemm membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll dawk tal-Protezzjoni Ċivili. Għandu jingħad ukoll illi tul dawn it-talks ma saret l-ebda talba għal xiri ta` xi apparat. Madankollu jekk ikun hemm xi talbiet mill-Aworitajiet lokali konċernati għal xiri ta` xi apparat, dawn ikunu ikkunsidrati.

Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' xogħlijiet li saru, qed isiru jew se jsiru sabiex il-problema tad-drenaġġ li hemm fl-area magħrufa bħala Saint Patricks, f'Pembroke tiġi megħluba permanentement?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din il-komunikazzjoni tad-drenaġġ f'Pembroke għandha titwettaq f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #35807 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra meta art tal-gvern li tmiss ma' Ta' Giorni Road f'San Ġiljan, (ħdejn il-bus stop) se jinbnielha reċint skond il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern talbet lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastruttura u Riżorsi sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #35808 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-kopertura li qed jingħataw il-pulizija li qed jakkumpanjaw lill-klandestini li qed jiġu ri-impatrijati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Forzi ta` l-Ordni, li jivvjaġġaw bl-ajru ma` klandestini li jkunu qed jiġu ripatrijati, ikollhom l-istess kopertura li normalment ikollhom passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru.

Housing

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni HA 97/99, li dwarha ġie ffirmat anke l-konvenju, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtorita' qiegħda tonqos milli tonora l-istess konvenju u jiġi ffirmat il-kuntratt definittiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li jiġi ppublikat l-Avviż Legali li permezz tiegħu l-fond in kwistjoni jiġi trasferit mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Awtorita'. Meta jiġi ppubblikat dan l-Avviż, l-Awtorita' tibgħat għall-persuna konċernata biex isir il-kuntratt finali.
Leg 9 PQ #35697 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Skolastiku

Question

B'riferenza għall-fatt illi l-kunsill skolastiku skola primarja B ta' B'buġia għandha bħala depożitu s-somma t' Lm1500, jista' il-Ministru jgħid: a) x'inxtara, jekk inxtara, għall-użu ta' l-istudenti b'dawn il-flus; b) jara li xejn minn dawn il-flus ma jintefaq jekk mhux għall-użu dirett ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn Jannar u Settembru 2002, il-Kunsill Skolastiku ta' l-Iskola Primarja B ta' Birżebbuġa nefaq il-flejjes għall-użu ta' l-istudenti kif se nsemmi: Addozzjoni ta' Ċiefa mill-Bird Life Malta Lm 5.00 u xiri ta' Ċief Soft Toy Tazzi u Platti tal-Plastic għall-Farewell Party Lm 12.21 tas-sitt Sena Ċertifikati għat-tfal tas-Sitt Sena Lm 36.97 Manutenzjoni tas-Sala ta' l-Iskola Lm 65.97 Siġġu għal tifel bi bħonnijiet speċjali Lm 3.95 Kiri ta' apparat tas-Sound għal tliet Performances Lm132.25 ta' Jum il-Premjazzjoni Kiri tas-Siġġijiet għal tliet Performances ta' Jum Lm 55.30 il-Premjazzjoni Minkejja dawn l-ispejjeż, matul il-perjodu msemmi, il-fond tal-Kunsill Skolastiku ta' din l-Iskola żdied minn Lm1543.95 għal Lm1970.02.
Leg 9 PQ #35698 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Birżebbuga

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi mdawla Triq il-Brok u Triq ic-Cief, Birżebbuġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.

Ħal Għaxaq — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm illi t-toroq f'Ħal Għaxaq fil-kontrada tal-Millieri, tal-Qattus u toroq oħra bħal Triq Telleritu jinbdew stante illi fit-tweġiba għall-mistoqsija simili kienet pożittiva, iżda sal-lum għadu ma nbeda xejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31453
Leg 9 PQ #35700 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Għar-rigward ta' l-impjegati ta' l-ex DCA li kienu ma' l-MIA u li fi Frar li għadda għażlu li jmorru lura mal-gvern, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ġewx mgħotija l-arretrati ta' kemm damu ma' l-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-MIA onorat l-obbligi kollha skond il-Ftehim Preliminari ta' April 1998 mal-ħaddiema li kienu magħha mill-1 ta' Mejju 1998 sad-19 ta' Frar 2002 u li għażlu li jmorru lura mal-gvern. Dawn il-ħaddiema ma kinux intitolati għal arretrati.

Housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: a) kemm mobile phones l-awtorita' tad-djar xtrat tul dawn l-aħħar erba' snin? b) x'ditta huma? c) in-numru ta' persuni li qegħdin jagħmlu użu minnhom? d) kemm minn dawn il-persuni huma ntitolati għal mobile cards? e) fuq liema bażi tali persuni ġew assenjati l-użu ta' mobile phones?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dawn l-aħħar erba' snin l-Awtorita' tad-Djar xtrat 10 mobile phones kif jidher hawn taħt: 1) Erba' Alcatel; 2) Tnejn Motorola; 3) Tlieta Nokia; 4) Wieħed Panasonic. Seba' persuni qegħdin jużaw dawn il-mobile phones. Persuna waħda hija ntitolata għall-mobile card darba fix-xahar. Dawn l-uffiċċjali jużaw il-mobile phones għaliex hu bżjonnjuż għax-xogħol tagħhom.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn separatament annessi ġiet mogħtija unit mill-awtorita' tad-djar b'sussidju meta l-awtorita' kellha nformazzjoni li l-informazzjoni mogħtija lid-dipartiment tat-taxxa kienet skorretta? Għalfejn ma tieħdu l-ebda' passi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat appartament mill-Awtorita' tad-Djar permezz ta' kuntratt li ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 1997, jiġifieri fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista sallum, l-Awtorita' qatt ma kellha nformazzjoni li l-persuna konċernata kienet għamlet xi dikjarazzjoni falza in konnessjoni ma' din l-allokazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' bdiet investigazzjoni dwar il-każ wara li reċentement ġiet infurmata li l-appartament konċernat mhux qed ikun okkupat.
Leg 9 PQ #34304 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-direttur fid-dipartiment tat-taxxa, injora r-rapporti kollha li saru mill-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu wkoll annessi, meta dawn ir-rapporti jinvolvu ħabi ta' dikijarazzjonijiet u dikjarazzjonijiet skorretti ai fini ta' taxxa u vat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-direttur fid-Dipartiment tat-Taxxa jgħati l-piż dovut għal kull rapport li jirċievi u jieħu dik l-azzjoni li jidhirlu xierqa. Hu ma jirrappurtax la dwar x'għamel u lanqas dwar ir-riżultati lil min jagħmel ir-rapport.

Għajnuna Soċjali — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment għajnuna soċjali, meta ġie informat bil-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi ta' l-informazzjoni lid-dipartiment fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi konsistenti fir-reat ta' firem foloz baqa' ma ħa l-ebda' passi, li applikat għall-pensjoni waqt li kienet taħdem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Leg 9 PQ #34308 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tal-ajruplani magħrufa bħala 2 air bus fl-isem ta' Papa u Quebec Tango Sierra (Boeing) Romeo (Boeing) Jekk hux il-każ li dawn ġew mibjugħa lil International Lease Finance Corportation u jekk fl-affermattiv għalfejn qiegħed jingħad illi għadhom għaddejjin it-trattattivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34159 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jara hux possibbli li titpoġġa letterbox fl-area ta' Dun Salv Gatt Marsaxlokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Marsaxlokk, b'popolazzjoni ta' viċin it-tlitt elef ruħ, hu moqdi bi tlitt kaxxi ta' l-ittri; jiġifieri numru ogħla minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali u ċioe' kaxxa għal kull tlitt elef resident. Għalhekk mhux indikat li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra fil-lokalita' msemmija. Madanakollu ninsab infurmat li d-direzzjoni tal-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali għal ċaqlieq ta' xi waħda jew aktar mill-kaxxi eżistenti b'mod li jitjieb is-servizz.

Marsaxlokk — Triq Abdosir

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Abdosir Marsaxlokk tiġi mibnija kif imiss peress illi żżomm ħafna ilma tant li tifforma għadira kull meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjoni t-triq u jara għaliex qed iżomm l-ilma f'din it-triq u jara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #34163 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fit-tarf ta' Triq George Gravina Marsaxlokk peress ili hija mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.