Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilita' hemm li fit-toroq: Dun G Muscat, F. Dalli, K. Buġeja, Dun N Mallia, Filfla, San Bastjan, Hompesch, Rettur u S. Magri, f'Bubaqra fiż-Żurrieq jiġu mogħtija wiċċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport flimkien mal-Kunsilli Lokali qiegħda tħejji programm biex jiġu mibnija diversi toroq madwar Malta kollha u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond l-esiġenzi ta' dan il-programm.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jara hux il-każ li tinħariġilha pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li mir-records tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, jiriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mietet fis-16 ta' Awwissu 2002 u għalhekk m'hemm ebda pensjoni x'tinħarġilha.
Jista' l-Ministru jagħmel il-verifiki oppożiti billi r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 35851 tidher li hija skorretta u dan billi l-ħaddiema tal-pumping station tal-Gżira bilfors iridu jkollhom kuntatt dirett mad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal pump attendants tal-Gżira Pumping Station, dawn m'għandhom l-ebda kuntatt dirett mad-drenaġġ. Kull meta tiżviluppa xi ħsara f'din il-pumping station, din tiġi rranġata min-nies li hemm stazzjonati ġewwa l-workshops fil-Marsa.
Madankollu, ta' min wieħed iżid illi s-sena d-dieħla, il-ħsieb tagħna huwa illi din il-Pumping Station tiġi rranġata kemm bħala apparat mekkaniku u elettriku, kif ukoll bħala embellishment. Dan ta' l-aħħar huwa maħsub li jinkludi bini ta' kwartieri ġodda għall-ħaddiema kollha li hemm ġewwa din il-Pumping Station u li allura jinkludi wkoll faċilitajiet sanitarji aħjar milli hemm bħalissa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37176 u r-risposta sussegwenti, jista' l-Ministru jgħid il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġiex terminat l-impjieg tagħha u jekk fuq il-post issejħet anke l-pulizija esekuttiva sabiex tiġi ordnata toħroġ 'il barra mill-Awtorita' tad-Djar (Bini) f'każ li toġġezzjona hekk kif tiġi mogħtija l-ittra ta' terminazzjoni ta' impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma ngħatat ebda terminazzjoni ta' mpjieg mill-Awtorita' tad-Djar u fil-fatt għadha taħdem fil-bini ta' l-Awtorita'.
B'referenza għal persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk:
a) hijiex impjegata mad-dipartiment tad-djar, manutenzjoni u kostruzzjoni fuq bażi kuntrattwali;
b) jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tagħha; u
c) ir-raġuni li għalih din ġiet impjegata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant la hi mpjegata mad-Dipartiment indikat u lanqas hi marbuta b'kuntratt iżda qed tipprovdi servizz klerikali temporanju li titħallas għalih skond is-siegħat li taħdem.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fl-Awtorita' tad-Djar se jingħataw diversi promozzjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid min ser jibbenefika minn dawn il-promozzjoniiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, skond l-esiġenzi ta' l-Awtorita' tad-Djar, joħorġu sejħat għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti jew postijiet ġodda. Kull uffiċjal li japplika jpoġġi għall-intervista quddiem Bord maħtur mill-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fl-Awtorita' tad-Djar ser tingħata żieda fil-pagi lil diversi managers u uffiċjali oħra? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jindika min ser jibbenefika minn dawn iż-żidiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-salarji ta' l-Awtorita' tad-Djar huma regolati bil-Ftehim Kollettiv li ġie ffirmat mal-Union Ħaddiema Maqgħudin u li iskadi f'31 ta' Diċembru 2003. Dan iffisser li ma hi kkontemplata l-ebda żieda barra minn dik stipulata fil-Ftehim Kollettiv.
Jista' il-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġranet konsulent ma' l-Awtorita' tad-Djar tilfet l-impjeg tagħha minn ma' l-istess awtorita', stante diżgwid li nqala' maċ-chairman ta' l-istess awtorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar ma tterminat l-impieg ta' ebda uffiċjal tagħha.
Maltapost — Tqassim ta' materjal tal-Partit Nazzjonalista
Question
Jista' il-Minstru jgħid jekk ħarġitx xi direttiva sabiex impjegati tal-posta jqassmu waqt il-qadi normali tad-dmirijiet tagħhom materjal propagandistiku tal-Partit Nazzjonalista mingħajr bolla?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għal fatt illi f'Pembroke l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tippjana li tinstalla solar heating panels, solar water panels kif ukoll photostatics, jista' il-Minstru jgħid kemm hu stmat li dawn ser jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista tingħata biss wara li l-Awtorita' tad-Djar tkun iffinaliżżat id-dokumenti ta' l-offerti.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet għal akkomodazzjoni
Question
Jista' il-Minstru jgħid sal-lum kemm hemm pendenti mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali talbiet għall- akkomodazzjoni alternattiva u talbiet għall akkomodazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36761 f'Seduta Numru 814.
Għar-rigward tal-units li ħarġu għall-bejgħ mill-Awtorita' tad-Djar permezz tal-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Ottubru 2002, u cioe' appartamenti f'Bugibba, Fgura, Kirkop, Imqabba, Msida, Naxxar, Pembroke, Qawra, Qrendi, Safi, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Żebbuġ, Żurrieq; Djar f'Birżebbugia, Fgura, Imqabba; Maisonettes f'Għawdex fil-Qala, Victora, Xewkija; Maisonettes f'B'Kara, Kirkop, Mellieħa, Mosta, Imqabba, Pembroke, Qrendi, Safi, Żabbar; u dan fil-konfront tad-diversi units mibnija fuq diversi siti f'diversi toroq, jista' l-Ministru jgħid a) meta nħarġet il-letter to start work fuq l-istess siti hemm indikati, u b) kemm kien l-ammont individwali fuq kull sit attwalment imħallas sabiex inbnew l-istess (mhux dak li bih ġew awarded it-tenders)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-fond uffiċjlament immarkat bin-numru 34 fi Triq il-Knisja Sliema, jista' il-Ministru jgħid:
1 f'isem jew lil min din il-proprjeta' hi mikrija?
2 Jekk hemmx, fuq din il-proprjeta', xi ordni ta' rekwiżizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi l-fond indikat mhux rekwiżizzjonat.
Jista' il-Ministru jara li l-bozza fi Triq Balzan, Żurrieq, li kellha oriġinarjament,teħel fi Triq Napuljun, Żurrieq, tibqa' fil-post li hi imma tiġi spostata b'mod li tiġi angolata sabiex tagħti dawl iż-żewġ totoq aktar 'il fuq indikati?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex fl-impjieg tad-dipartiment maintenance and construction? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din tkun fil-bini tad-dipartiment u xi tkun qed tagħmel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhux impjegat tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar iżda qed jagħti servizz ta' scanning, image editing u processing ta' dokumenti u pubblikazzjonijiet relatati mal-qasam tad-djar. Parti minn dan ix-xogħol isir fid-Dipartiment imsemmi u għalhekk, minn żmien għall-ieħor, din il-persuna jkun meħtieġ li tkun fid-Dipartiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid:
a) kemm kienu s-seminars li attendiet għalihom iċ-
chairperson
ta' l-awtorita' tad-djar?
b) fejn ġew miżmuma?
c) Jista' jgħid jekk kenitx akkompanjata u jekk fl-affermattiv minn min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul din is-sena ċ-Chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar attendiet żewġ seminars:
1. "Sustainable Liveable Cities" li saret Leeds bejn id-9 u t-12 ta' Ġunju 2002. Waħda mill-Managers akkumpanjat liċ-Chairperson;
2. "3rd European Ministers Conference on Sustainable Housing" li saret Brussels bejn is-27 u 28 ta' Ġunju 2002. Il-General Manager akkumpanjat liċ-Chairperson.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tul dawn l-aħħar erba' snin l-awtorita' tad-djar akkwistatx xi proprjeta' mingħand il-privat? Jekk fl-affermattiv:
1) mingħand min?
2) b'liema valur?
3) x'kienu l-kriterji li wasslu għal dan l-akwist?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' l-awtorita' tad-djar:
1) kemm kienu l-promozzjonijiet li ngħataw mill-14 ta' Frar 2001 'il hawn;
2) minn liema għal-liema grad dawn ġew mgħotija; u
3) lil min ġew mogħtija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mid-data ndikata mill-Onor. Interpellant, fl-Awtorita' tad-Djar ingħataw 24 promozzjoni. Dawn ingħataw kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm laptops, fax machines, telefones (sew ċellulari u sew jekk xorta oħra), printers u IT units inġenerali ġew mixtrija għall-użu esklużżiv taċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar għandha għall-użu tagħha mobile phone, fax machine, computer u inkjet printer.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi, għad li r-risposta għall-mistoqsijiet preċedenti kienu posittivi, d-drenaġġ fi Triq Tilleritu, Għaxaq u l-akwata tal-madwar għadu sal-lum ma sarx?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jinkludi tħaffir ta' main twil, bini ta' Pumping Station ġdida u tħaffir għal rising main. Diġa' ntalbet l-easement ta' l-art u qed tiġi ppreparata l-applikazzjoni għall-MEPA tal-bini tal-Pumping Station. Meta dawn ikunu lesti, d-Dipartiment tad-Drenaġġ ikun jista' joħroġ it-tenders tal-katusi.
Dan huwa proġett estensiv ħafna u żgur li ma jistax isir din is-sena.