Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Għaxaq — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex traffic lights li twaħħlu f'Novembru 2004 f'Dawret Ħal Għaxaq għad ma ġewx mixgħula sal-lum, waqt li oħrajn li saru f'Tal-Barrani f'Jannar 2005 bdew jiffunzjonaw? Jaf li l-awtorita' dwar it-trasport fil-ġurnali nformat lill-pubbliku, wara pressjoni mill-kunsill lokali, li dawn kellhom ikunu operattivi sat-30 ta' Marzu u sal-lum ir-riskju għar-residenti biex jaqsmu l-arterja msemmija għadu ma ġiex imneħħi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Marsaxlokk — Triq Axtar - Servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li s-servizzi tad-dawl u l-ilma fil-binjiet ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Axtar, Marsaxlokk, issa li ġew assenjati, għadhom ma ġewx stallati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għadha ma tistax tissupplixxi il-binjiet tal-Awtorita' tad-Djar fi Triq Axtart, Marsaxlokk bl-ilma minħabba li għad jonqos xi "pipework" xi jsir ġewwa l-istess binjiet. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar issa laħaq ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex il-Korproazzjoni tieħu ħsieb tagħmel dan il-"pipework" għas-spejjeż tad-Dipartiment. Dawn ix-xogħolijiet mistennija li jitlestew fi żmien xahrejn jew tlieta. Rigward is-servizz ta' l-elettriku, dan beda jiġi pprovdut billi s-substation inxtegħlet fil-21 ta' Marzu, 2005.

Imqabba — Triq il-Ħmistax ta' Settembru 1598

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli Triq il-Ħmistax ta' Settembru 1598 fl-Imqabba tingħata wiċċ ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni fit-triq imsemmija u jirriżulta li din it-triq għadha qatt ma ġiet mibnija u għalhekk hija taħt ir-responsabbilita' tad-Direttorat. Ser isiru l-istimi neċessarji u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm tad-Direttorat.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fidi ta' ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ċenswalisti li applikaw biex jifdu ċ-ċens ta' fejn joqogħdu mill-2002 sal-lum? Kemm hu n-numru ta' ċenswalisti li fdew iċ-ċens mill-2002 sal-lum? Kemm hu n-numru f'kull belt u raħal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-każ tad-Dipartiment tal-Artijiet, li beda jilqa` applikazjonijiet għal fidi ta’ ċnus wara l-Avviż Legali Numru 1002 tas-sena 2004 s’issa applikaw 12 li minnhom infdew tnejn minn Paola. Fil-każ ta’ l-Uffiċċju Konġunt, jien infurmat li, taħt l-iskema ta’ fidi ta’ ċnus mħabbra fil-Budget Speech ta’ Novembru 2001, id-Dipartiment irċieva 3,688 applikazzjoni, li minnhom s’issa ġew ipproċessati 2,280, kif qed jingħad hawn taħt: a) 460 applikazzjoni huma invalidi; b) 1,255 applikanti ġew infurmati bil-prezz tal-fidi; c) 255 applikanti oħra ġew infurmati li d-dipartiment għad irid jirċievi dokumentazzjoni; d) 310 applikazzjoni ġew finalizzati u sar il-kuntratt relattiv tal-fidi, u Tabella li turi l-lokalijiet tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.

Sigurta' soċjali — Bolli

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux possibbli li persuna tkun tista' tħallas bolli nieqsa/b'lura għal skop ta' pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jippermettix ħlas ta' kontribuzzjonijiet b'lura għal perijodu ta' aktar minn ħames snin mid-data li jkunu dovuti. Kull ħlas irid isir qabel ma persuna tilħaq l-eta' tal-pensjoni.

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10929 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-impjegati ta' l-Air Malta kellhom tnaqqis fis-salarju sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf, mhux l-istess fil-każ ta' barrani li għandu salarju fenomenali - in-nazzjonalita' qed tintbagħat separatament - li għadu fil-kariga mingħajr ma nstabet persuna oħra li tista' tagħmel l-istess xogħol b'anqas spejjeż? X'ammont ġie mnaqqas mis-salarju jew allowances ta' l-istess persuna sabiex jagħmlu tajjeb għad-diffikultajiet li l-kumpannija għandha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat ill l-Onorevoli Interpellant hu skorrett meta jallega li xi mpjegat fl-Air Malta tnaqqaslu s-salarju. Fil-fatt, it-tnaqqis miftiehem mal-Unions kien jaffettwa l-allowances u l-overtime u jiena nfurmat li tnaqqis relattiv sar ukoll fl-allowances tal-"executives" kollha nkluż tal-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant.

Maltapost — Tqassim ta' ittri

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11121 u cioe': In vista tal-fatt li nbiddlu diversi numri tal-bibien u li dawn f'xi każi għadhom lanqas jidhru fir-reġistru elettorali, jista' il-Ministru jara li jinħarġu struzzjonijiet sabiex ittri li jkunu mingħajr numru tal-bieb jew juru n-numru l-antik, jiġu mqassma xorta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lill-Maltapost plc.

Enemalta — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11081 u cioe' jara, stante li l-uffiċjali nkarigati daparti ta' l-Enemalta mhux qegħdin joffru l-ebda spjega suffiċjenti, x'inhi r-raġuni li l-kont tal-persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l-ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji rriżulta li l-meter ta' l-ilma irreġistra konsum eċċessiv minħabba arja li daħlet fis-sistema meta kien qed isir xogħol fiha viċin tal-post. Din mhux ħaġa normali iżda setgħet ġrat f'dan il-każ minħabba l-pożizzjoni għolja tal-meter f'tarf is-sistema. Il-kont ta' l-ilma kien rivedut u l-konsumatur kien informat. Jiena nfurmat ukoll illi rigwardanti l-kont tad-dawl, ma jidhirx li kien hemm xi varjazzjonijiet fil-konsum meta mqabbel ma' l-average ta' l-istess dar f'dawn l-aħħar disa' snin.

WSC

Question

Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għal mistoqsija parlamentari 11110 u cioe' fil-konfront tal-persuna hemm indikata, wara li fallew il-mezzi ordinarji, jinvestiga l-istess stante illi mill-istess dokumenti annessi jidher li dawn ma jirriflettux l-użu għall-istess?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jogħġbu ikun iżjed ċar u dirett fil-mistoqsija tiegħu ħalli nkun nista' nwieġbu sew.

Assikurazzjoni medika — Ħlas ta' premiums

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hu l-ammont totali ta' premiums li tħallsu fuq assikurazzjoni medika privata bejn l-1998 u l-2003? Barra minn hekk, kemm f'dawk il-flus imħallsa kien hemm persuni assikurati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jindika jekk din il-mistoqsija tirreferix għall-impjegati tad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi jew għall-persuni kollha f’Malta li għandhom xi tip ta’ Assikurazzjoni Medika Privata.

MIA — Kumpens ordnat mill-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn is-sentenzi mogħtija mit-Tribunal ta' l-Inġustizzji fis-17 ta' Lulju 2003 fil-konfront tal-Malta International Airport ma ġewx onorati mill-Malta International Airport u t-tlett persuni - isimhom qed jintbagħat separatament - ma ngħatawx il-kumpens ordnat mill-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Assikurazzjoni medika — Ħlas ta' premiums

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hu l-ammont totali ta' premiums li tħallsu fuq assikurazzjoni medika privata bejn l-1998 u l-2003? Barra minn hekk, kemm f'dawk il-flus imħallsa kien hemm persuni assikurati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Maltapost — Tqassim ta' ittri

Question

In vista tal-fatt li nbidlu diversi numri tal-bibien u li dawn f'xi każi għadhom lanqas jidhru fir-reġistru elettorali, jista' il-Ministru jara li jinħarġu struzzjonijiet sabiex ittri li jkunu mingħajr numru tal-bieb jew juru n-numru l-antik, jiġu mqassma xorta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10660 u 10832 u cioe' jara, stante li l-uffiċjali nkarigati daparti ta' l-Enemalta mhux qegħdin joffru l-ebda spjega suffiċjenti, x'inhi r-raġuni li l-kont tal-persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l-ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imqabba — Triq 15 ta' Settembru - Grieden

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni u jassisti lill-abitanti ta' Triq 15 ta' Settembru, Imqabba u l-areas ta' madwar jikkombattu l-ġrieden li nvadew l-istess lokalita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat l-ebda ilment ma wasal fl-uffiċċju tas-Saħħa tar-Reġjun indikat, dwar akkumuli ta' ħmieġ jew ġrieden fi Triq 15 ta' Settembru, Imqabba. Ninforma li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fil-lok indikat ma nstab l-ebda akkumulu ta' skart li jista' jġib il-ġrieden. Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control ta' l-istess Dipartiment ser jagħmlu t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden illum 25 ta' Frar.

Dipartiment ta' Manutenzjoni u Kostruzzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li x-xogħol li d-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni kien avża li se jsir fi Blk B, Binja Harriġiet, Imqabba konsistenti fil-bdil ta' katusa għall-ilma tax-xita issir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Marsaxlokk — Triq Axtar

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu mgħoddija s-servizzi tad-dawl u l-ilma fil-binjiet ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Axtar, Marsaxlokk issa li dawn ġew assenjati u s-sidien ħallsu l-prezz tagħhom fuq il-kuntratti relattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pensjonijieti — Increments

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li mid-data ta' mistoqsija parlamentari 4643 tas-sena 2004 il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sal-lum għadha ma ħadet l-ebda risposta? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li meta l-istess persuna marret tindaga mad-dipartiment dwar dan huwa ġie nformat li jista' jinsihom? Tista' għalhekk il-Ministru tikkonferma li dan hu l-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Jekk fl-aħħar parti tal-Mistoqsija l-Onor. Interpellant qed jitlobni nikkonferma jekk il-persuna ndikata mhux ser issirilha r-reviżjoni tal-pensjoni a bażi tal-ftehim kollettiv li sar fl-ażjenda fejn kienet taħdem, it-tweġiba hi fin-negattiv.

WSC

Question

Jista' il-Ministru, fil-konfront tal-każ - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - wara li fallew il-mezzi ordinarji, jinvestiga l-istess stante illi mill-istess dokumenti annessi jidher li dawn ma jirriflettux l-użu għall-istess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-impjegati ta' l-Air Malta kellhom tnaqqis fis-salarju sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf, mhux l-istess fil-każ ta' barrani li għandu salarju fenomenali - in-nazzjonalita' qed tintbagħat separatament - li għadu fil-kariga mingħajr ma nstabet persuna oħra li tista' tagħmel l-istess xogħol b'anqas spejjeż? X'ammont ġie mnaqqas mis-salarju jew allowances ta' l-istess persuna sabiex jagħmlu tajjeb għad-diffikultajiet li l-kumpannija għandha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.