Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dessalination Services Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-soċjeta' Dessalination Services Ltd hijiex għal bejgħ jew xort'oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed iħejju rapport dwar il-futur tal-Kumpanija Malta Desalination Services Ltd. S'issa għad ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar dan.

Sptar San Luqa — Boiler

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġi żgurat illi l-boilerfl-isptar San Luqa: a) jinsab fi stat tajjeb ta' manutenzjoni u b) qiegħda ssirlu manutenzjoni regolari? Meta ġie l-aħħar inspected minn safety officer?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Boiler House ta' l-Isptar San Luqa tikkonsisti f'erba' boilers apparat ieħor anċillari, li jintuża għal servizzi relatati. Tlieta minn dawn l-erba' boilers huma daqs xulxin filwaqt li r-raba' wieħed li ġie nstallat aktar tard, huwa ftit ikbar. Ninsab infurmat li l-manutenzjoni ssir fuq bażi regolari. Wieħed mill-erba' boilers żviluppa ħsarat estensivi u wara li jsirulu tiswijiet meħtieġa ser jinżamm bħala back-up f'każ li t-tliet boilers l-oħra ma jlaħħqux mad-domanda. Dawn il-boilers jaqgħu taħt Factories (Steam Boilers) Regulations, 1951 u għalhekk Warranted Mechanical Engineer jispezzjona u jiċċertifika l-boilers ta' l-inqas darba f'sena kif mitlub f'dan ir-regolament u kull meta boiler jitwaqqaf biex issirlu xi manutenzjoni kbira. Dawn il-boilers ġew iċċertifikati l-aħħar, f'dati murija hawn taħt. Data ta' l-aħħar ċertifikat Boiler number 05/07/2004 1 21/10/2004 2 17/05/2005 3 17/04/2005 4

Sptar Mater Dei — Apparat mediku

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti rendikont ta' l-apparat mediku kollu li nxtara għall-isptar Mater Dei sal-lum? Jista' jgħid kemm kien il-valur ta' l-apparat li ntalab oriġinarjament għall-isptar Mater Dei? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm apparat li tħalla barra mit-talba oriġinali? Jista' jagħti rendikont tad-ditti u l-kumpanniji li mmanifatturaw dan l-apparat mediku? Jista' jagħti rendikont separat ta' l-apparat li nxtara mingħand kull ditta u l-ispejjeż involuti? X'kienet l-ispiża għal kull unit li nxtrat u l-ispiża globali ta' l-apparat mixtri s'issa? Jista' jagħti rendikont ta' l-aġenti u distributuri lokali li kienu nvoluti fil-bejgħ ta' dan l-apparat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlas ta' premiums għal assikurazzjoni medika

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hu l-ammont ta' premiums li ħallas il-poplu Malti u Għawdxi għal assikurazzjoni medika privata bejn l-1998 u l-2003? Barra minn hekk, kemm f'dawk il-ftit imħallsa kien hemm persuni assikurati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Mqabba — Vetturi bil-liċenzja mhux imħallsa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-vetturi bin-nru. ta' reġistrazzjoni: HAE 489, HAA 474, IAT 425 U BAR 213 li ta' kuljum ikunu pparkjati fi Triq il-Parroċċa, Imqabba wara l-4.30 p.m. hemm minnhom li għandhom il-liċenzja li ilha ma titħallas/tiġġedded għal dawn l-aħħar tlett snin iżda xorta jintużaw kuljum fit-triq u qegħdin biż-żejt iqattar taħthom u dan minkejja li dejjem saru rapporti sew lill-pulizija kif ukoll lill-kunsill lokali imma qatt ma ttieħdu passi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant.

Żurrieq — Triq Kanonku Vincenz Balzan

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Triq Kanonku Vincenz Balzan fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għamel l-ispezzjoni meħtieġa fl-imsemmija triq. It-triq qiegħda nkluża fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru mid-Direttorat.

Membri ta' l-AFM — Xogħol part-time

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk membri ta' l-AFM jistgħux jagħmlu xogħol part-time? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li l-OC qiegħed jipprojbixxi lill-membri ta' l-AFM milli jaħdmu part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jistgħu jingħataw permess biex jagħmlu xogħol privat skond il-kriterji stabbiliti fil-General Order Nru 20 ta’ l-20 ta’ Frar 2001. Fost dawn il-kriterji hemm stipulat li x-xogħol privat ma jista’ jkollu l-ebda konnessjoni max-xogħol normali tas-suldat u lanqas joħloq problemi fil-qadi tad-dmirijiet regolari tas-suldat.

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, għadhom ma rċevewx l-arretrati tat-taxxa dovuti lilhom li jmorru lura sas-sena 1993?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Mqabba — Triq is-Sejba

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq is-Sejba fl-Imqabba li dwarha kienet ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex tiġi rranġata u l-periklu eżistenti jitneħħa, sal-lum dan ix-xogħol għadu ma sarx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-aħħar snin ħarġu sejħiet għall-imsemmija triq. Madankollu d-Direttorat qed jagħmel studju kif ukoll stejjem tax-xogħol li jrid isir. Dan ix-xogħol qiegħed fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru.

Paga — Żieda ta' l-għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament la jirriflettu ż-żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata kienet Senior Operative fuq skala 17 u fid-19 ta’ Novembru, 2004 ħadet progression għal skala 16 (u mhux promozzjoni). Din il-persuna ġiet mħallsa fil-paga li tħallset fl-1 ta’ Diċembru, 2004 (li tkopri mit-3 ta’ Novembru 2004 sal-1 ta’ Diċembru, 2004) u ġiet riflessa fis-salarju bażiku tagħha fejn għandha l-paga parti maħduma fuq skala 17 u parti fuq skala 16. Fl-1 ta’ Jannar, 2005 din il-persuna ġiet mogħtija l-għoli tal-ħajja għal din is-sena. Jekk il-persuna ndikata tixtieq aktar informazzjoni nistedina tmur fl-Uffiċċju tas-Salarji tal-Ministeru.

Toroq — Imqabba

Question

Jista' il-Minsitru jara li l-parti li fadal minn triq l-Aħwa Ghigo l-Imqabba tiġi mogħtija wiċċ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret jirriżulta li l-aħħar biċċa mit-Triq l-Aħwa Ghigo sa fejn hi miftuħa ġiet mogħtija cold asphalt. Minn wara l-ħajt li jagħlaq it-triq , il-bini għadu ma ġiex żviluppat.

Paga — Żieda fil-għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12192 u jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna hemm indikata la jirrifletti ż-żieda fil-promozzjonu u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12192.

Imqabba — Triq l-Ispnar

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni u jara li l-gandott li nfetaħ fi Triq l-Ispnar l-Imqabba, li huwa ta' periklu għar-residenti jintradam? Jista' il-Ministru, wara li jintradam l-istess kanal jara li t-triq tingħata wiċċ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar dettalji għaliex minn spezzjoni li saret fit-Triq imsemmija ma rriżultax li hemm gandott miftuħ. It-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mid-Direttorat ġewwa l-Imqabba.

Pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qatt ma ġiet riveduta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Paga — Żieda ta' l-għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament la jirriflettu ż-żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Żurrieq — Reġistrar għax-xoghol

Question

Tista' il-Ministru tara x'passi ser jittieħdu sabiex il-konswetudini li l-apparat tar-reġistrar ikun out of order bil-konsegwenza li dawk li jmorru biex jirreġistraw fiż-Żurrieq jispiċċaw b'isimhom maqtugħ minn fuq ir-reġistru intortament, ma tibqax tirrepeti ruħha? Jista' il-Ministru jara li l-istess makkinarju jitneħħa mill-parti li jinsab fih u jitpoġġa f'post aktar aċċessibli għall-persuni li jsofru minn diżabilita' u dan minħabba t-taraġ li hemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li meta l-apparat għar-reġistrar, li hu propjeta' u li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni għat-Taħriġ u x-Xogħol, jiġrilu ħsara, l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jinfurmaw b'dan lill-Korporazzjoni. Ninsab infurmata wkoll li f'dawn il-każijiet, dawk dovuti li jirreġistraw jitqiesu daqs li kieku rreġistraw xorta waħda. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ilu li beda proċess biex, fejn hu possibbli, l-Uffiċċji Distrettwali jiġu modernizzati u fl-istess ħin isiru kumpletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'. L-Onor. Interpellant żgur jifhem li, partikolarment fejn il-propjeta ma tkunx tal-Gvern, dan mhux dejjem ikun possibbli.

Imqabba — Triq l-Ispnar

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni u jara li l-gandott li nfetaħ fi Triq l-Ispnar l-Imqabba, li huwa ta' periklu għar-residenti jintradam? Jista' il-Ministru, wara li jintradam l-istess kanal jara li t-triq tingħata wiċċ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ħal Għaxaq — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex traffic lights li twaħħlu f'Novembru 2004 f'Dawret Ħal Għaxaq għad ma ġewx mixgħula sal-lum, waqt li oħrajn li saru f'Tal-Barrani f'Jannar 2005 bdew jiffunzjonaw? Jaf li l-awtorita' dwar it-trasport fil-ġurnali nformat lill-pubbliku, wara pressjoni mill-kunsill lokali, li dawn kellhom ikunu operattivi sat-30 ta' Marzu u sal-lum ir-riskju għar-residenti biex jaqsmu l-arterja msemmija għadu ma ġiex imneħħi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-pelican lights li twaħħlu f’Novembru 2004 f’Dawret Ħal Għaxaq għad ma ġewx mixgħula għax kien hemm problemi kif ser jingħata s-supply lil din il-crossing. Wara diversi meetings bejn rappreżentanti ta’ l-Electrical Section tal-MSD, rappreżentanti ta’ l-Enemalta Corporation u rappreżentanti ta’ l-ADT, din il-problema kienet riżolta u għalhekk dawn il-lights mistennija jinxtegħlu fil-ġranet li ġejjin.

Ħal Għaxaq — Masġar taż-żebbuġ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana min hu s-sid tal-masġar taż-żebbuġ fl-inħawi magħrufa Ta' Ħaxum f'Ħal Għaxaq? Hemm xi partijiet li huma mqabbla għand il-privat u jekk fl-affermattiv, liema nħawi? Hemm xi ħsieb li jsir żvilupp f'dawn l-inħawi jew devoluzzjoni lill-kunsill lokali biex l-inħawi tal-masġar isir park ta' rikreazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-masġar f'Ta` Ħaxum f'Ħal Għaxaq fil-fatt huwa mqabbel lid-Dipartiment tal-Agrikoltura. It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern mhix infurmata bl-ebda żvilupp f'dawn l-inħawi. Dwar il-possibilita' ta' devoluzzjoni favur il-Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq ninsab infurmat li għalkemm diġa' saru xi kuntatti f'dan is-sens, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qed tistenna talba formali taħt il-proċeduri stabbiliti, jiġifieri li talba ta' dan it-tip trid tgħaddi mingħand id-Dipartiment tal-Gvern u f'dan il-każ partikolari irid ikun hemm ukoll il-kunsens tad-Dipartiment tal-Agrikoltura bħala l-kerrej attwali.