Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan? Jista' jagħti statistika separata għall-irġiel u n-nisa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm total ta' 18,807 li għandhom 'il fuq minn 65 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan. Din il-figura magħmula minn 3164 nisa u 15,643 irġiel liċenzjati.

ATP — Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex tassigura li dawk li għandhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan ikunu fiżikament u mentalment kapaċi jsuqu l-vettura tagħhom mingħajr periklu? Jista' jgħid jekk hux qed isiru testijiet mediċi per eżempju tal-vista b'mod partikolari fuq persuni anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Anzjani nvoluti f'inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni anzjani (65+) li kienu nvoluti f'inċidenti tat-traffiku waqt li kienu qed isuqu l-vettura tagħhom fis-snin 2006 u 2007? Jista' jagħti statistika separata ta' l-irġiel u n-nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni 'l fuq minn 65 sena li weggħu f’inċident tat-traffiku waqt li kienu qed isuqu matul l-2006 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt:- Irgiel Nisa 2006 29 1 2007 31 3

Inċidenti tat-traffiku — Pedestrians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni anzjani (65+) li kienu nvoluti f'inċidenti tat-traffiku waqt li kienu fit-triq (pedestrians) fis-snin 2006 u 2007? Jista' jagħti statistika separata ta' l-irġiel u n-nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni 'l fuq minn 65 sena li weġġgħu f’inċident tat-traffiku waqt li kienu fit-triq (pedestrians) matul l-2006 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt:- Irgiel Nisa 2006 16 20 2007 22 18

Qrendi — Triq Nazzarenu Sammut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm li Triq Nazzarenu Sammut fil-Qrendi, li hija l-unika triq rimanenti fi stat ħażin, tingħata wiċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant hija nkluża fil-programm ta' toroq li għad iridu jsiru mill-ADT.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li, stante, li l-persuna li isimha qed jidher separatament, ilha s-snin titħabat inutilment biex tingħata spjegazzjoni dwar x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tagħha ilha ma tiġi riveduta sa mis-sena 2003, jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-pensjoni ta' din il-persuna ndikata tiġi aġġustata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għalliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fl-iskola Dun Karm Sant, Tarxien, aktar tkun assenti milli preżenti tgħallem bil-konsegwenza li l-istudenti qegħdin jaqgħu lura f'kull settur? Jikkonferma jekk din il-persuna għandix xi permess speċjali għal dan il-għan jew sempliċement għax ħadd ma jrid jiddixxiplina lill-istess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema konċernata għal ftit jiem li kienet assenti dejjem kellha ċertifikat mediku. Kull meta l-għalliema kienet assenti l-klassi tagħha kienet tieħu ħsieba studenta għalliema ħlief għal darbtejn biss fejn it-tfal tqassmu fil-klassijiet.

Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha ma ġietx trattata wara dan iż-żmien kollu? Jista' jindaga u jara x'inhi r-raġuni li dan il-file partikolari huwa ndikat bħala mitluf? Jekk jirriżulta li fil-fatt dan il-file ġie mitluf, jista' jgħid x'rimedju se jingħata lill-applikant li kien jissodisfa l-kriterji biex jieħu l-għajnuna u sal-lum għadu ma rċeva xejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dwar din l-applikazzjoni għajnuniet taħt il-Loans and Grants Commission mhux permissibbli u qegħda tiġi kkunsidrata għajnuna oħra 'state aid' li hi konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea. Mhuwiex minnu li l-fajl mitluf, u rrid inżid li taħt il-Pre-accession Aid Programm l-applikant irċieva b'kollox Lm5,000 fl-Lulju 2004.
Leg 10 PQ #29340 Sitting 603 2008-01-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pittura

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn tinsab il-pittura magħrufa bħala ta' Emmaus li s-sit tagħha kien fil-bini tal-Palazz il-Belt Valletta, issa li l-iskop li għalih ħarġet mill-post intlaħaq, fejn spiċċat u fil-kustodja ta' min tinsab? Jista' jgħid meta din ser tirritorna lura?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-pittura magħrufa bħala ta’ Emmaus tinsab f’idejn l-aġenzija nazzjonali Heritage Malta, li tieħu ħsieb il-kollezzjoni nazzjonali, fosthom il-pitturi li jinsabu fil-palazzi tal-Gvern. Hija ħaġa normali li pitturi bħal dawn jiġu mislufa lil xi istitizzjonijiet sabiex jieħdu sehem f’wirjiet temporanji. Il-pittura ittieħdet mill-Palazz, bil-kollaborazzjoni ta’ l-uffiċju ta’ l-Ispeaker, sabiex tiġi eżibita fil-wirja ta’ artisti Caravaggisti li ġiet organizzati fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-aħħar ta’ Novembru. Permezz ta’ din il-wirja il-kuratur ta’ l-arti ta’ Heritage Malta wasal ukoll għal attribuzzjoni ġdida u importanti għal din il-pittura. Il-pittura se tiġi rritornata lura f’postha kemm jista’ jkun malajr.

Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni, ġaladarba dawn tittieħdilhom 60% tal-pensjoni, ma għadhiex ttieħdilhom ordni ta' l-ikel preferit kull ħmistax bħalma kien jiġri qabel f'ċertu punt? X'inhi r-raġuni li, għad li d-diriġenti huma għal kurrent tal-fatt li l-maġġor parti ta' l-ikel li jiġi servut jintrema' tant kemm hu ħażin, ma jagħmlu xejn sabiex din is-sitwazzjoni titranġa? X'inhi r-raġuni li l-imwjjed ta' l-ikel ma jiġux imnaddfa b'mod regolari?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peres li dan it-tip ta' lment ma jirriżultalniex, jista l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dar qiegħed jirreferi.

Kindergarten Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn persuni li ilhom jagħmlu x-xogħol ta' kindergarten assistants għal aktar minn għoxrin sena qed jiġu sottomessi għal eżamijiet bħal individwi li għadhom kif bdew jagħmlu dan ix-xogħol? Huwa minnu li l-esperjenza ta' tali individwi qegħda tiġi skartata konsegwenza tal-ftehim iffirmat dan l-aħħar? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'ser isir biex tali individwi ma jiġux mpoġġija fl-istess kategorija u sottoposti għall-istess rekwiziti bħal individwi ġodda fil-kamp?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kopja tal-kuntratt tal-kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament qed jiġi mċaħħad milli jingħata kopja ta' kuntratt ta' kera li huwa għandu mad-dipartiment tal-housing?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jieħu l-azzjoni mitluba.

Vouchers għal tnaqqis mis-surcharge

Question

Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatat l-ebda sodisfazzjon ta' x'inhi r-raġuni għaliex ma rċevietx il-voucherssabiex jagħmlu tajjeb għas-surcharge, għad li din kienet tikkwalifika għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha jew iċċempel SPIC fuq numru tat-telephone 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Zurrieq — Triq Ta' Ciantar

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq ta' Ciantar, in-naħa ta' Bubaqra, Zurrieq tingħata wiċċ issa li anke ġiet allokata t-tender relattiva?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi din it-triq hija nkluża fil-pjan ta’ toroq ġodda 2006-2008.

Zurrieq — Triq is-Sardinella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sardinella, Zurrieq hix ser tingħata wiċċ ġaladarba l-bankini ġew kostruwiti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi din it-triq hija nkluża fil-lista tal-pjan ta’ toroq ġodda 2006-2008.

Postijiet ta' rikreazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilta' hemm li, fil-postijiet ta' rikreazzjoni u cioe "bandli" ma' dawk diġa' eżistenti, jiġu mpoġġija wkoll attrezzi li jkunu a dispożizzjoni tal-persuni b'diżabilita'?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Kunsill Lokali hu entita' statutorja ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta, minn żmien għal żmien jinħarġu ċirkularijiet u linja-gwida lill-Kunsilli Lokali dwar direttivi, regolamenti u proċeduri li jfakkru fil-ħtieġa tal-aċċessibilita' għall-persuni kollha, inklużi persuni bi bżonnijiet speċjali. In oltre, il-programmi kollha taħt l-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali jiftgħu l-obbligu li kull żvilupp ġdid irid jaħseb ukoll fl-aspett ta' l-aċċessibilita'.