Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Gwann — Pelican crossing

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7497, 12540 u 26889 jista' l-Ministru jgħid meta l-pelican crossing ħdejn l-iskola tal-gvern ta' San Gwann se jiġu nstallati, speċjalment meta wieħed jikkonsidra din iż-żona kemm hija perikoluża u x'konsegwenzi jistgħu jinqalgħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-stima tax-xogħol imsemmi fi Vjal ir-Rihan, San Ġwann saret u x-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjien.

Ġurnalisti — Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex minn wara l-vaganzi tas-sajf, il-ġurnalisti li jiġu jirrapportaw is-seduta parlamentari m'humiex jitħallew jipparkjaw mill-pulizija, kif kien isir qabel fil-pjazza ta' quddiem il-parlament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ġie deċiż li parti mill-pjazza San Ġorġ tkun riżervata kuljum għall-Membri Parlamentari li llum qegħdin iservu fil-Parlament Malti. Dan ma jfissirx illi kull min irid jipparkja fil-pjazza ta' quddiem il-Palazz ma jistax jagħmel dan. Dan għaliex mhux il-pjazza kollha hija riservata, imma biss ħamsa u sittin spazju ta' vettura.

Psikologi ta' l-edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna xi kemm hemm psikologi tal-edukazzjoni (educational psychologist) jaħdmu mat-tfal li jmorru l-iskejjel tal-Gvern, kemm primarji u kemm sekondarji? Kemm irriżenjaw psikologi ta' l-edukazzjoni f'dawn l-aħħar sentejn mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent hemm psikologu ta' l-edukazzjoni wieħed mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni filwaqt li jinxtraw is-servizzi ta' psikoloġiċi skond il-bżonn. Informat ukoll li fl-aħħar sentejn irrizenjaw minn din il-kariga tlett psikoloġi.

Psikologi

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna kemm hemm psikologi (councelling and clinical)jaħdmu l-Appoġġ u Sedqa? Kemm psikologi rriżenjaw minn dawn iż-żewġ aġenziji fl-aħħar sentejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa hemm 10 psikoloġi jaħdmu ma’ l-Aġenziji Sedqa u Appoġġ. Ninsab infurmata wkoll li fl-aħħar sentejn irriżenjaw 4 psikoloġi minn dawn iż-żewġ aġenziji.

Psikologi fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hemm psikologi jaħdmu fl-Isptar San Luqa u kemm ser ikun hemm fl-Isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar San Luqa jintużaw is-servizz ta' sitt (6) Psikoloġi Kliniċi (Clinical Psychologist) u żewġ (2) Counselling Psychologist fuq bażi part-time, liema uffiċjali qegħdin fuq il-payroll ta' l-Isptar Monte Karmeli. Fl-Isptar Mater Dei, in-numru ta' Psikoloġi li jagħtu servizz sejjer jibqa l-istess.

Luxol carpark

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlas għall-użu ta' Luxol carpark f'Pembroke għall-kunċert ta' Sting f'Ġunju 2006? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-ħlas kull metru kwadru?

Response (BORG, TONIO)

Permessi għal użu ta' proprjeta' pubblika sabiex isiru attivitajiet ta' ftit siegħat jingħataw mill-Kunsill Lokali u mhux iżjed mit-Taqsima tal-Proprjeta tal-Gvern. Għaldaqstant it-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern ma daħħlet ebda ħlas għal din l-attivita'. Ninsab infurmat illi f'din l-okkażżjoni l-Kunsill ma talabx ħlas, iżda ngħata donazzjoni ta' Lm1,200.

Kunċert ta' Carreras

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlas għall-użu tal-pjazza quddiem il-Palazz fil-Belt Valletta għal kunċert ta' Carreras f'Ġunju 2007? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-ħlas kull metru kwadru?

Response (BORG, TONIO)

Permessi għal użu ta' proprjeta' pubblika sabiex isiru attivitajiet ta' ftit siegħat jingħataw mill-Kunsill Lokali u mhux iżjed mit-Taqsima tal-Proprjeta tal-Gvern. Għaldaqstant it-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern ma daħħlet ebda ħlas għal din l-attivita'.
Leg 10 PQ #19047 Sitting 384 2006-05-15 Oral · Final From: JOSEPH FALZON To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

White Rocks

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-White Rocks u xi prioritajiet hemm fuq dan il-proġett għall-futur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F’dan l-istadju, m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16163.

Inċidenti fatali stradali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti fatali stradali f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament minn dawk li kienu pedestrians? Kemm kienu l-inċidenti fatali ta' pedestrians fl-istess perijodu, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa disponibbli mill-1998 u huwa kif ġej: SenaSewwieqPassiġġierPedestrianInċidenti 1998311014 199953614 200084312 200182919 200283615 200393517 200492312 2005*3169 *sat-30 ta’ Settembru.

Sussidji għall-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-flus ivvutati fl-aħħar budget fejn jidħlu sussidji għall-anzjani fid-djar immexxija mill-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar budget ġew ivvutati Lm580,000 għad-djar tal-gvern immexxija mill-privat, jiġifieri ż-Żejtun u l-Bormla Home kif ukoll Lm350,000 bħala sussidju għal numru ta' sodod ġewwa residenzi ghall-Anzjani fil-privat.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-sussidju ingħata mil 1 ta' April 2004 sal-lum imqassma skond id-djar rispettivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sussidji li ngħataw mill-1 ta' April, 2004 sal-lum huma kif ġejjin:- Villa Messina 6 Casa Serena 2

Djar ta' l-anzjani — Sodod - Bormla u Żejtun

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sodod okkupati kif ukoll kemm hemm sodod vojta ġewwa d-djar ta' l-anzjani ta' Bormla u dik taż-Żejtun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' sodod okkupati kif ukoll dawk vojta ġewwa d-djar ta' Bormla u dik taż-Żejtun huma hekk kif ġej:- Dar Sodod Mimlija Sodod Vojta Bormla 128 2 Żejtun 164 3

Anzjani — Anzjana li ġiet rifjutata li tingħata s-sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-anzjana li isimha qed jintbagħat separatament, li hija residenti ġewwa Villa Messina ġiet rifjutata li tingħata sussidju wara talba li għamlet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-preżent id-Dipartiment mhux qed jilqa' l-ebda talba għal sussidju minn anzjani li diġa qegħdin f'residenza privata għall-anzjani minħabba li qed jiġu stabbiliti kriterji ta' kif għandu jingħata dan is-sussidju.