Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm miegħu? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benfiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minnhom huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet , indirizzi u identity cards tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenza tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut u min hu l-ISP?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm ħames uffiċċjali ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi li għandhom is-servizz ta’ Internet fir-residenza tagħhom li mhux provdut mill-MITTS. Dan joħroġ mill-Ftehim Kollettiv (sa mis-sena 2000) li dawn l-uffiċċjali kellhom mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. L-ISP huwa l-Maltanet.
Jista' il-Ministru jispjega x'wassal li fir-residenza San Vincenz l-inkarigu tas-sezzjoni tat-trasport ngħata lill-principal security officer meta dan ma jagħmilx parti mir-rwol ta' din il-kariga?
Jista' jikkonferma jekk talli din il-persuna assumiet dan l-inkarigu qed tiddaħħal taħdem overtime kważi f'kull ġurnata off?
Jista' jikkonferma jekk din l-istess persuna hijiex midħla sew ta' xi uffiċjali għolja tar-residenza?
Huwa minnu li dan l-overtime qed isir minkejja li hemm numru ta' ħaddiema li riċentement għaddew b'suċċess mill-intervista għall-ħatra ta' supervisors, liema grad għandu rwol ta' dak li qed jassumi dan il-principal security officer? Jaqbel il-Ministru li jekk dan l-inkarigu jingħata lil xi wieħed minn dawn is-supervisors l-ispiża tal-gvern f'salarju tkun ferm inqas mill-ħlas li qed jiġi mħallas fl-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Sezzjoni tat-Trasport (Residenza San Vinċenz) inqala' l-bżonn li persuna tieħu l-inkarigu tas-sezzjoni.
Sakemm tinstab il-persuna adatta, id-Dipartiment talab lil Prinċipal Security Officer jassumi din ir-responsabilita' flimkien mad-doveri l-oħra tiegħu. Dan qed isir biex is-Sezzjoni tibqa' tagħti s-servizz lill-anzjani residenti ġewwa San Vinċenz de Paul, fid-djar tal-anzjani fil-komunita' u anke liċ-Ċentri ta' Matul il-Jum.
Is-supervisors li ġew appuntati riċentament ġew assenjati r-rwol li jissorveljaw it-tindif fis-swali, bi qbil mal-Unions konċernati, għal benefiċċju tal-anzjani kif ukoll tal-ħaddiema tar-Residenza.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li hemm ammont ta' suldati li qegħdin jaħdmu, jew kienu jaħdmu, mal-klandestini li għandhom il-virus tat-TB mute? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom dan il-virus u ngħatatx tilqima kontra din il-marda qabel ma dawn is-suldati kienu fir-riskju ta' din il-marda minħabba xogħolhom?
Jekk hemm suldati infettati bit-TB mute, jista' jgħid x'kura qegħdin jingħataw u x'kumpens qegħdin jieħdu?
F'każ li ma ngħatatx it-tilqima jew ingħatat tard, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u jħossx li dan huwa każ serju ta' irresponsabbilta'?
Jista' jgħid jekk hijiex tingħata din it-tilqima llum lil dawk is-suldati kollha li qegħdin jaħdmu mal-klandestini qabel ma jkunu fir-riskju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li xi suldata f'ċertu sezzjonijiiet ta' l-armata qegħdin jingħataw forced leave? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid f'liema sezzjonijiet ġie ordnat forced leave, min huma l-uffiċjali responsabbli ta' l-imsemmija sezzjonijiet u x'kienet ir-raġuni li ngħata dan il-forced leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn informazzjoni li nġabret mill-Forzi Armati ta’ Malta, ma jirriżultax li suldati qegħdin jieħdu xi forced leave.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk suldati li jidħlu xogħol night fuq bażi ta' shift (mis-7.00 p.m. 'il quddiem) f'festa pubblika/nazzjonali li tinzerta fost il-ġimgħa jingħatawx kumpens ta' time in lieu? F'każ li ma jingħatawx time in lieu, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni? Iħoss li din hi inġustizzja u jaqbel li għandha tittieħed azzjoni immedjatament biex titranġa din is-sitwazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li skond Standing Orders kif inhuma llum, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jidħlu għax-xogħol fuq bażi ta’ xift (mis-7 ta’ fil-għaxija ‘l quddiem) f’festa pubblika/nazzjonali li tinzerta fost il-ġimgħa ma jingħatawx kumpens ta’ time off in lieu. Peress li ma jidhirx li hemm raġuni valida għal dan, naqbel li s-suġġeriment ta’ l-Onor Membru għandu jiġi kkunsidrat u diġa’ tajt struzzjonijiet f’dan is-sens.
Jista' il-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li suldati ta' l-armata ntużaw biex jaħdmu fix-xogħol tal-ġebel meta kien qiegħed jinbena l-kumpless tal-klandestini ta' Lyster barracks? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kien hemm suldati li ħadmu fix-xogħol tal-ġebel mal-kuntrattur u jekk dan kienx inkluż fil-kuntratt li ngħata lill-kuntrattur li kien qiegħed jagħmel ix-xogħol? Jista' jikkonferma jekk dawn is-suldati ngħatawx xi forma ta' kumpens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li madwar erba’ suldati taw daqqa t’id fit-tnewwil tal-ġebel biex jitħaffef ix-xogħol tal-bini fil-kumpless imsemmi, minħabba l-urġenza tal-proġett. Dan sar bi ftehim mal-kntrattur.
Fejn suldat għamel xi ħinijiet żejda, dan ingħata time off in lieu bħala kumpens.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2004 u l-2005 għal karigi taħt imsemmija:
Gunner, lance bumbardier. bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier?
Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2004 u l-2005?
Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz?
Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2004 u l-2005 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq?
Jista' jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2004 u l-2005 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux dejjem saret talba għall-approvazzjoni lill-uffiċċju tal-Prim Ministru skond kif jitlob il-code of ethics tal-ministri "any Minister who needs to go abroad for any reason requires the approval of the Prime Minister" u jekk il-ministri ssottomettewx ir-rapport lill-uffiċċju tal-prim ministru hekk kif mitlub mill-istess code of etchics "Ministers are expected to submit a report to the Prime Minister on their return from official visits abroad" ta' kull safra (2004-2005)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għal code of ethics għall-ministri u segretarji parlamentari (liema code of ethics jinsab fuq il-website uffiċjali tal-gvern), jista' il-Prim Ministru jgħid:
1) Jekk il-fondi għas-segretajat privat tal-ministri qattx ġew użati għal skop partiġġjan;
2) jekk il-ministri dejjem informaw lill-prim ministru meta jkunu sejrin isiefru;
3) peress li l-ministri "should keep the number of members of their delegation as limited as possible, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ingħatax permess lil xi ministri biex f'każi jieħdu magħhom erba' jew ħames membri tal-private staff fuq delegazzjoni; u
4) jistax jikkonferma jekk kienx hemm xi ministru li talab permess u/jew informa lill-Prim Ministru illi sejjer jieħu xi erba' jew ħames membri mill-private staff fuq xi safar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tal-gvern — Kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Peress li l-gvern għolla s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din tapplikax għad-dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kif l-imsemmija dipartimenti tal-gvern ser iħallsu din is-surcharge meta l-maġġoranza tal-każi tal-voti allokati għal dan il-għan huma l-istess bħal tas-sena ta' qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma japplikaw ukoll għad-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi.
Kull sena l-Gvern, tramite d-dipartimenti u l-entitajiet tiegħu, jagħmel l-almu kollu tiegħu u dak kollu li hu possibbli biex jekonomiżża u jnaqqas kemm jista’ f’dik li hi l-ispiża rikurrenti tiegħu in ġenerali u fosthom l-Item tal-Utilities, minn fejn jitħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Għall-2006, minflok qed isir tnaqqis f’ammonti assoluti, d-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi huma mistennija li jonfqu l-istess livell bħal-2005 b’riżultati li jassorbu iż-żieda fis-surcharge billi jieħdu l-miżuri neċessarji biex jintlaħaq dan il-għan. Diġa’, per eżempju inbidlu bozoz biex jintużaw dawk magħrufa bħala energy saving bulbs u qed isiru kontrolli ta’ tifi ta’ kurrent elettriku fejn qabel kienu jitħallew apparati elettroniċi fuq stand by command.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm sarulu talbiet mill-ministri għal safar fl-2004-2005? Minn min saru, kemm minnhom ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Jista' jagħti lista dettaljata ta' kull safra li ġiet approvata, kemm qamet u min kienu l-membri tad-delegazzjoni u fejn marru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti (mibgħuta lill-istess Prim Ministru mill-istess Ministri) li għamlu l-Ministri għal safar matul l-2004-2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Radio Maria talabx liċenzja biex jiġi radju nazzjonali? Jikkonsidra l-Ministru li billi dan ir-radju għandu follow-up minn ħafna, speċjalment anzjani, għandux jikkonsidra li dan tinħariġlu l-liċenzja meħtieġa? Jekk le, x'inhu jżomm li din il-liċenzja tinħareġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li titnaddaf Triq John Borg Msida (minn Triq Qrejten sa l-entratura tal-Junior College) li hija mimlija ħmieġ ta' l-annimali, żibel u skart, aktar u aktar meta din it-triq hija frekwentata minn numru kbir ta' studenti li ta' kuljum jattendu l-iskola?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u billi t-tindif ta` toroq, li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tagħhom, huwa funzjoni delegat lilhom skond Art 33 ta` l-Att, nissuġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Ministru jara li ż-żona tal-kantuniera bejn triq Qrejten u triq John Borg Msida jitpoġġa arblu tad-dawl peress li meta jidlam dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li t-tidwil tat-toroq fl-Imsida gie delegat lill-Kunsill Lokali, nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel it-talba tieghu lill-Kunsill koncernat.
Jista' il-Ministru jara li jiġi miżjud aktar dawl fi triq it-Tabib John Buontempo, The Village, San Ġiljan, bejn triq il-Baħar l-Iswed u Triq Marmora, peress li ta' spiss qed jiġu rapportati attentati ta' serq minn din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-istreet lighting f'San Ġiljan ġie devolut lill-Kunsill Lokali, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-talba tiegħu lill-Kunsill konċernat.