Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu, ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu nħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi, mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma ħarġet l-ebda sejħa għall-applikazzjoni għall-pożizzjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteri tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nies fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u fid-dekasteri tiegħu li huma ntitolati għall-gazzetti kuljum. Din it-tabella turi kemm kienet in-nefqa fuq il-ġurnali xahar b'xahar matul is-snin 2004 u 2005. Il-gazzetti fil-biċċa l-kbira tagħhom jinxtraw bħala settijiet jiġifieri l-ġurnali kollha li joħorġu kuljum kif ukoll il-Ħdud.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u d-dekasteru tiegħu matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu ħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti kif jiġri s-soltu u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul l-2004 u l-2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment, f'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma ssirx sejħa għall-karigi ta' Segretarji Permanenti. Is-sejħiet għall-karigi ta' Direttur Ġenerali u Diretturi ma joħorġux mid-dipartiment konċernat iżda mill-MPO fl-uffiċju tal-Prim Ministru.
Id-dipartiment ħareġ call for application għall-Assistent Direttur matul is-sena 2004. Nikkonferma li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih:
Is-segretarju permanenti;
Id-direttur ġenerali;
Id-diretturi;
L-assistent personali tiegħu; u
Is-segretarju tiegħu?
Kemm nefaq kull wieħed minnhom petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-Segretarju Permanenti, id-Direttur kif ukoll is-Segretarju Privat huma ntitolati skond il-kuntratt għall-fully expensed car. Għaldaqstant f'dawn il-każi ma hemmx limitu stabbilit.
Il-kariga ta' Direttur Ġenerali, ma teżistix fil-Ministeru filwaqt li l-kariga ta' Assistent Personali hi vakanti.
Qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq il-petrol xahar b'xahar tal-karigi msemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħu? Minn min qed jintużaw, min awtorizza t-tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li hemm tmien mobile phones użati mill-membri ta’ l-istaff tas-Segretarjat tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. Erbgħa minn dawn huma skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt kif jidher fid-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats”.
Hemm tlett uffiċjali oħra li, minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, għandhom
mobile phone
b’
ceiling
ta’ Lm 350 fis-sena. Skond il-proċedura f’każi bħal dawn, l-awtorizzazzjoni ngħatat mis-Segretarju Permanenti. Il-
mobile phone
l-ieħor jagħmlu użu minnu ż-żewġ xufiera tiegħi. Ta’ min iżid li dan it-
telephone
hu limitat fin-numri li jista’ jaqbad u għandu ceiling ta’ Lm 350 fis-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteri tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' renumerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor .interpellant.
Turiżmu u Kultura — Impjegati li qed jiġu sponsored
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni? Xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li hemm żewġ persuni li huma impjegati ma' Heritage Malta li qed jiġu sponsorjati fl-istudji tagħhom.
Heritage Malta onorat commitment li kien hemm miċ-Ċentru Malti għar-Restawr li jisponsorja l-MBA mill-Universita ta’ Leicester tal-Manager Programme Administration li dak iż-żmien kien Deputat Direttur taċ-Ċentru. L-ispiża hija ta’ madwar 6000 lira sterlina mifruxa fuq sentejn. L-ispiża llum tiġi awtorizzata minn Heritage Malta.
It-Training Coordinator fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani qed jiġi sponsorjat għad-Diploma fir-Riżorsi Umani mill-Universita ta’ Leicester. L-ispiża titla għal madwar 700 lira sterlina.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda membru mill-istaff privat tiegħi li ngħata xi uniformi jew ħlas għal xi uniformi għall-perjodu msemmi.
Turiżmu u Kultura — Impjegati 'il fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u fid-dekasteru li jaqgħu taħtu, li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw it-tali kariga?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor .interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi mpjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? Fil-każ li fl-affermattiv, min huma u kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjegati fid-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura li jagħmlu użu mis-servizz tal-Melita Cable huma kif ġej:
Entita’
Min qed jagħmel użu mis-servizz
Nefqa 2004 (Lm)
Nefqa 2005 (Lm)
MTA
Executive Chairman
Director – Marketing & Sales
Senior Manager – Corporate Communications & Business Development
167
133.60
(sa Sett. 05)
Mediterranean Conference Centre
Security Staff
85.56
85.56
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet, indirizzi u identity cards tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-istaff complement tas-Segretarjat Privat tiegħi u l-kundizzjoniet tax-xogħol tagħhom huwa skond id-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” li kopja tiegħu kienet tqiegħdet fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra. Ma nħossx li f’dan l-istadju għandi nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala Ministru u s-second car humiex "government owned" jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont, inkluż il-VAT, li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' "government owned cars" jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul l-2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament u fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kemm il-karozza uffiċjali għall-użu Ministerjali kif ukoll is-second car huma government owned.
L-ispiża għall-manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozzi jammonta għal:
2004 GM Car Lm 1435.26
2nd Car Lm 139.26
2005 GM Car Lm 2801.36
2nd Car Lm 21.62
Matul is-snin 2004 u 2005 ma nkriet ebda karozza għall-użu temporanju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul l-2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara aktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2003 inxtara mobile phone wieħed għall-użu ta' membru ta' l-istaff tiegħi. Dan il-mobile phone kien iqum inqas minn Lm50.
Matul is-sena 2004 inxtraw 2 mobile phones għall-użu tal-membri ta' l-istaff tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura. Mobile minnhom kien jiswa Lm33 u l-mobile l-ieħor kien jiswa Lm115.
Matul is-sena 2005 ma nxtara l-ebda mobile phone.
Ninsab infurmat ukoll li f'dan il-perjodu ħadd mill-membri ta' l-istaff tiegħi ma nxtralu iktar minn mobile set wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati settijiet tal-mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 ma kienx hemm mobile phones irrapportati mitlufa, misruqa jew bil-ħsara mill-membri ta' l-istaff privat tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membru ta' l-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul l-2004 u l-2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Matul is-sena 2004 u matul is-sena 2005 ma kien hemm l-ebda membru ta' l-istaff privat tiegħi, li kellu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hux maħsub li jinħatar chairman tal-Malta international airport fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11770.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hija uffiċjal fil-Malta international airport, ingħata promotion minn officer għal senior officer meta qiegħed bil-kuntratt għaliex għandu aktar minn 61 sena? F'każ li fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid fuq liema bażi ngħata din il-promotion u jekk hijiex konformi mar-regolamenti tal-kuntratt in vigore? Jista' jgħid meta ngħatat il-promotion?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.11770.