Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħu, minn min qed jintużaw, min awtorizza tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Petrol allowance
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih: Is-segretarju permanenti; id-diretturi ġenerali; id-diretturi; l-assistenti personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu?
Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati settijiet tal-mobile phones bħala mitlufa , misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ebda mobile phone ma ġie rappurtat mitluf jew misruq.
Informat ukoll li l-mobile phones li ġew ritornati bil-ħsara jew għaliex ma kienx hemm aktar bżonnhom huma dawn :-
Għamla (Lm) - (Il-valur oriġinali ta' meta nxtraw xi 3/4 snin ilu)
Siemens 180
Siemens 180
Philipps 160
Philipps 160
Alcatel 80
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-2003 inxtara mobile wieħed Nokia 6610 li kien jiswa Lm180. Fl-2004 ma nxtraw l-ebda mobile phones filwaqt li nxtraw żewġ mobile phones fl-2005, li kienu Nokia 6220 li jiswa Lm60 u Samsung X640 li jiswa Lm85.
Informat ukoll li ħadd mis-Segretarjat Privat ma xtara aktar minn mobile phone wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala Ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont, inkluż il-VAT, li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament? F'każ affermattiv, kemm inkriet kuljum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li karozza uffiċjali hija mikrija bir-rata ta' Lm11.50ċ kuljum. It-tieni karozza hija tal-Gvern.
Informat ukoll li l-ispiża għall-manutenzjoni/tiswijiet fuq it-tieni karozza, kienet ta' Lm270.23ċ, fl-2004 u Lm290.53ċ, fl-2005. Fil-perjodu msemmi, ma nkriet l-ebda karozza oħra temporanjament.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Xiri ta' ġurnali
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005, xahar b'xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta t-tagħrif kollu jinġabar mid-diversi uffiċċji.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu ħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti kif jiġri s-soltu u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tiegħu u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (GALEA, LOUIS)
Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta t-tagħrif kollu jinġabar mid-diversi uffiċċji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għa kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ il-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Tiġdid tal-kuntratt ta' l-impjieg
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif ser jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qed jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qegħdin jittieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta t-tagħrif kollu jinġabar mid-diversi uffiċċji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti, li qegħdin jieħdu xi forma ta' renumerazzjoni jew ħlas, fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qed jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qed jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħlief għal messaġiera u drivers ma ingħatawx uniformijiet tas-sajf u tax-xitwa lil private staff tiegħi.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Impjegati ta' 'il fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu nħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga, li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għad-diskors tal-Budget 2005 fejn kien intqal li ser jiġu amalgamati l-Awtorita' Marittima Maltija u d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili f'awtorita' waħda, l-Awtorita' Maltija għall-Portijiet, meta hu maħsub li sseħħ din l-amalgamazzjoni? Jista' jgħid jekk hux ser ikunu involuti xi esperti u/jew ħaddiema mill-Awtorita' Marittima Maltija u d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili fil-proċess kollu ta' l-amalgamazzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid min ġie kkonsultat s'issa? Jista' jikkonferma li l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema taż-żewġ awtoritajiet/dipartimenti preżenti ser jibqgħu l-istess jew jitjiebu għal kulħadd u ħadd mill-ħaddiema li hemm illum maż-żewġ awtoritajiet/dipartimenti m'hu ser jitlef ix-xogħol jew jibda jitqies bħala redundant worker?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan il-proċess għadu fil-fażi inizjali tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata t-tarmac fil-parking area ta' ħdejn il-blokka ta' flats B1, C1 u D Ta' Paris, Birkirkara, wara l-playground ta' l-iskola sekondarja ta' Ta' Paris, Birkirkara, liema area ilha mingħajr tarmac għal ħafna aktar minn 20 sena sħaħ? F'każ li ser jingħata t-tarmac, jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.