Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żvilupp Urban u t-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tal-ministru u jagħti lista ta' l-ismijiet, indirizzi u identity cards tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-numru ta’ private staff fil-Ministeru tiegħi huwa 21, li minnhom 10 huma uffiċjali pubbliċi. Is-salarji, allowance u beneffiċji oħra ta’ dawn l-uffiċjali huma skond il-Guidelines għall-ingaġġar ta’ l-istaff fil-Ministeri. Tlettax (13) minn dawn l-uffiċjali huma mir-IV Distrett Elettorali. Dwar l-informazzjoni l-oħra mitluba ma jidhirlix li hija etika li tingħata informazzjoni personali ta’ dawn l-individwi.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-sena 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament? Fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-karozza uffiċjali tiegħi hija government owned filwaqt li s-second car hija mikrija. L-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali matul l-2004 u l-2005 kienet Lm1903 u Lm522 rispettivament. Matul dan iż-żmien kien hemm perjodu fejn inkriet karozza għal użu temporanju meta l-karozza uffiċjali kienet bil-ħsara. Ir-rati tal-kiri kienu jvarjaw skond il-make tal-karozza minn Lm15 sa Lm29.50 kuljum.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed? Kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inxtraw ħames mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fil-Ministeru tiegħi. Tlieta inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50 u tnejn oħra fuq il-prezz ta' Lm100.

Żvilupp Urban u t-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile phone in kwestjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ġie rrapurtat mobile phone wieħed bil-ħsara ta' l-istaff privat tiegħi, li kien jiswa' Lm54.

Private staff fil-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm miegħu? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benfiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minnhom huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet , indirizzi u identity cards tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta' private staff u l-kundizzjonijiet huma skond il-kuntratt 'Engagement of Staff for Minister's Secretariats', li kopja tiegħu kienet tpoġġiet fuq il-Mejda ta' din il-Kamra. Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet u l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant.

MIA — Impjegata

Question

Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tpoġġiet f'kariga ta' acting officer fil-Malta international airport? Jista' jgħid kemm ilha f'din il-kariga ta' acting officer u jekk iħossx li din tista' tkun aġevolata meta tkun se tingħażel il-persuna li ser tingħata l-kariga uffiċjali ta' officer minflok l-uffiċjal preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12068.

Code of Ethics tal-Ministri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15813, jista' il-Prim Ministru jgħid x'jiddetermina jew min jiddeċiedi meta jkun meħtieġ li l-ministri/segretarji parlamentari jissottomettu rapport għas-safar tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Prim Ministru jiddeċiedi meta jkun meħtieġ rapport.

Sea Malta — Privatizzazzjoni

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16466, jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-privatisation unit f'pariri/konsulenzi fuq il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta waħedha? Jista' jgħid meta tħallsu dawn il-flus lil kumpanniji/ditti konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġa semmejt fir-risposta għall-PQ 17145 għall din il-privatizzazzjoni ġiet imqabbda kumpanija waħda għall konsulenza. Minħabba obbligi ta kunfidenzjalita kummerċjali ma nistax niżvela l'ammont mħallas. Il-ħlas kien isir perjodikament waqt li l-proċess kien għaddej.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjal

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16509, jista' il-Ministru jikkonferma li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hija l-uffiċjal fil-ministeru tiegħu responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website tal-ministeru? Jista' jgħid jekk dan l-uffiċjal hux parti mill-private staff tal-ministru jew le, jew inkella hux fir-responsabbilta' tas-segretarju permanenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhix responsabbli għal dak kollu li jidher fuq il-website tal-Ministeru. Din il-persuna mhux parti mill-istaff privat tiegħi u taqa' taħt ir-responsabbilta tas-Segretarju Permanenti.

Birkirkara — Triq Ġużeppi Licari

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16478, jista' il-Ministru jerġa' jikkonsidra r-risposta li ta fid-dawl li l-applikazzjoni konċernata tista' taffettwa l-interess pubbliku tar-residenti li huma mbeżża ħafna mit-tali żvilupp?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li filwaqt li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hi konxja mis-sitwazzjoni tar-residenti, ladarba saret applikazzjoni għall-iżvilupp, din trid tiġi pproċessata fit-terminu tal-liġi. L-applikazzjoni għadha mhix deċiża. Ir-residenti għandhom kull dritt jissottomettu l-veduti tagħhom, kif hemm min diġa` għamel, u dawn jiġu kkunsidrati. Jistgħu ukoll jattendu l-laqgħa pubblika tal-Kummissjoni ta' l-Iżvilupp meta jkun ser jiġi deċiż il-każ. Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, kwalunkwe permess jinħareġ lill-applikant 'saving third party rights'.

Birkirkara — Triq Mons. Depiro

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-parti mit-Triq Mons. Depiro, f'Birkirkara, li għadha bla tarmac, jinbeda x-xogħol fuqha għaliex qiegħda tkun ta' detriment għar-residenti ta' dik it-triq? F'każ li se jinbdew ix-xogħlijiet, jista' jgħid meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda u dawn ix-xogħlijiet se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Turiżmu u Kultura — Impjegati "il fuq minn 61 sena

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16267, jista' il-Ministru jgħid jekk mill-persuni impjegati li għandhom 'il fuq minn 61 sena fid-dekasteru tiegħu, liema persuni dehru fit-tabella mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra, hemmx minnhom li huma mid-distrett elettorali tiegħu jew imniżżlin fir-reġistru elettorali bħala residenti fid-distrett tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, kemm hemm uffiċjali mid-distrett tal-ministru u minn liema distrett/i huma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-impjieg ta’ persuni f’entitajiet pubbliċi jsir a bażi tal-ħiliet ta’ l-individwu. Għalhekk ma narax ir-rilevanza tal-mistoqsija li qed jagħmel l-Onor Interpellant. Jekk għandu xi mistoqsija dwar il-mod kif xi impjegat partikolari daħal jaħdem ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-dikasteru tiegħi, nitolbu jagħmilha b’mod speċifiku.

Iklin — Għalqa fi Triq Pawlu Grech

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern għall-area (għalqa) li hemm fit-tarf ta' Triq Pawlu Grech, l-Iklin, fejn tnaddfet parti minnha u sar ċint mat-triq, pero' fil-preżent waqaf ix-xogħol kollu? Jista' jikkonferma jekk hemmx pjan li din l-area issir playground, u f'każ li fl-affermattiv, meta se jinbeda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru jew l-ADT ma beda l-ebda xoghol fl-area indikata. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat..

Privatisation Unit

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16466, jista' il-Ministru jgħid min huma l-kumpanniji li taw pariri/konsulenzi lil privatisation unit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpaniji li ġew imqabbda mil Privitisation Unit għall-pariri / konsolenzi huma dawn: Credit Suisse First Boston Lehman Brothers Rothschild Italia SPA Clifford Chance Mamo TCV Camilleri Preziosi Ganado & Associates Galea Salomone & Associates PricewaterhouseCoopers Avanzia HSBC Malta plc Bank of Valletta plc BOV Stockbrokers Limited HSBC Stockbrokers (Malta) Limited Rizzo, Farrugia & Co (Stockbrokers) Limited

Turiżmu u Kultura — Impjegati ta' 'il fuq minn 61 sena

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16267, jista' il-Ministru jgħid jekk minn dawk impjegati ta' 'il fuq minn 61 sena fid-dekasteru tiegħu, hemmx minnhom jew qraba tagħhom li huma canvassers jew fil-passat kienu canvassers tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 17141.

Sea Malta — Privatizzazzjoni

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16466, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li taw pariri/konsulenzi lil privatisation unit għal privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Jista' jagħti d-dati ta' meta beda u kien jintemm il-kuntratt mat-tali kumpanniji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Privatiżżazzjoni tas-Sea Malta kienet f'idejn il-MIMCOL u l-Privatisation Unit. Bħala konsulenti ġiet imqabbda kumpanija waħda li kienet il-kumpanija ta' l-Avukati Mamo TCV. Din id-ditta ta' Avukati ġiet ingaġġata f'Lulju 2004 u l-kuntratt spiċċa f'Diċembru 2005.

ADT — Weigh pads

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal li approva x-xiri tal-weigh pads għal testijiet ta' trakkijiet waqt roadside checks inspections?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tender għax-xiri ta' dawn il-weigh pads ħareġ fl-1 ta' Ottubru, 2004 u ġiet awtorizzata miċ-Chief Executive Officer ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, ta' dak iż-żmien. Il-Bord responsabbli għal dan it-tender ħareġ ir-rapport tiegħu fis-26 ta' Mejju, 2005 u dawn il-weigh pads waslu għand l-Awtorita' fit-18 ta' Novembru, 2005.

Coe of Etichs tal-Ministri

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15813 u 15825, fejn ir-regolament fil-code of ethics tal-ministri hemm miktub ċar "Ministers are expected to submit a report to the Prime Minister on their return from official visits abroad", f'każ li dawn ir-rapporti mhux qegħdin isiru u jiġu ppreżentati, ma jħossx il-Prim Ministru li dan jista' jagħti lok ta' abbuż, u jekk iħossx li qiegħed jinkiser ir-regolament li hu tant ċar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull meta jkun meħtieġ jingħata rapport dwar is-safar li jkun sar, inkluż, fejn ikun il-każ, lil Kabinett.