Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Private Staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-gvern li kienu ġew boarded-in matul l-1987, 1988, 1989, 1990, 1991 u 1992? Jista' jgħid f'liema grad iddaħħlu u kemm għad baqa' minnhom fis-servizz pubbliku? Jista' jgħid f'liema grad spiċċaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-1987 u l-1992, 117 uffiċjal pubbliku kienu re-instated (boarded-in) fis-servizz pubbliku.
Mill-117 uffiċjal pubbliku li kienu re-instated 14 minnhom għadhom fis-servizz.
Id-dettalji għall-mistoqsija tiegħek huma annessi f’tabelli A u B.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Żvilupp Urban u t-Toroq — Impjegati 'il fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'hemm l-ebda uffiċċjal fis-Segretarjat Privat u fil-Ministeru li għandu 'l fuq minn 61 sena. Fir-rigward tal-Awtorita' dwar it-Trasport dawn huma:-
Isem Kariga Bidu ta' Mpieg Eta' Bażi Salarju Benefiċċji Oħra
Mark Sammut Tagliaferro Adm. Manager 02-01-2004 62 F/T Lm10,799 Expense/Car Lm960/282
Peter Paul Ripard Consultant 06-01-2004 69 P/T Lm5,633.25 Expense/Car Lm480/483
Mike De Marco Consultant 24-05-2004 61 P/T Lm7,624.38 Expense/Car Lm480/234.96
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'hemm l-ebda membru minn naħa tas-Segretarjat Privat u minn naħa tal-Ministeru li qiegħed jiġi sponsorjat mill-istess Ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta.
Fil- każ tal-Awtorita' dwar it-Trasport l-infomazzjoni hija kif tidher hawn taħt:-
L-Awtorita' dwar it-Trasport :-
Isem Grad Spiża Awtorizzat Min
Bernard Bonnici Administrator Lm 3002 Mario Falzon - (ex-CEO)
Lara Jayne Azzopardi Asst. Manager HR 5500 sterling Mark Portelli - Chairman
Gordon Meli Qunatity Surveyor Lm 312.5 Mario Ellul - HR Manager
Jeffrey Formosa Clerk Lm 201 Mario Falzon - (ex- CEO)
Anne Marie Busuttil Executive Secretary 9000 sterling Mario Falzon - (ex-CEO)
Doreen Micallef Asst. Manager Finance 3770 sterling Mario Falzon - (ex-CEO)
Gilbert Agius Manager Lm 4990 Mario Falzon - (ex - CEO)
John Debono Manager Lm 49990 Mario Falozn - (ex-CEO)
Francis Cassar Financial Controller Lm 4990 Mario Falzon - (ex-CEO)
Gayl Fenech Clerk Lm 1086 Mario Falozn - (ex-CEO)
Audrey Testaferrata de Noto Unit Head 8200 Euros Mario Falozn - (ex- CEO)
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17133 u 17134, jista' il-Ministru jgħid għaliex mit-18 ta' Novembru 2005 sal-lum saru biss erba' testijiet permess tal-weigh pads? Jista' jgħid hux minnu li kien hemm tgergir fuq il-mod li jaħdmu jew kienu qegħdin jitħaddmu l-weigh pads li wassal għall-perijodu fejn dawn ma kenux qegħdin jintużaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-użu ta' dawn il-portable weigh pads kien xi ħaġa ġdida għall-Enforcement Officers ta' L-Awtorita', l-użu tagħhom kien wieħed sperimentali. Waqt l-eżerċizzju li sar, il-vetturi kollha miżiena nstabu li fil-piż kienu bi ksur tal-Liġi. Għaldaqstant kien deċiż li qabel jibda jsir użu permanenti minnhom, l-operaturi jkunu nfurmati anki permezz tal-għaqdiet tagħhom, li jridu jibdew jimxu mal-Liġi.
Jien informat li kien hemm xi burdnara u operaturi oħra ta' vetturi kbar li oġġezzjonaw għall-użu ta' l-użin bil-weigh pads.
Kulħadd irid jifhem, iżda, li ma jistax jibqa' jiġi tollerat li vetturi kbar jgħabbu ferm aktar toqol milli suppost, għaliex dan iwassal biex jagħmlu ħsara kbira fit-toroq aktar u aktar issa li qed jintefqu daqstant miljuni biex intejbu l-istat tat-toroq f'pajjiżna.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17133, jista' il-Ministru jgħid meta saru t-testijiet imsemmija u kemm saru testijiet separatament matul Jannar 2006 u Frar 2006 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-testijiet msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17133 saru fl-20 ta' Diċembru, 2005. F'Jannar u Frar ta' din is-sena ma saru l-ebda testijiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17140, jista' il-Ministru, anke jekk hemm lista twila ta' xogħol jistenna li jsir qabel, jagħti idea ta' meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-imsemmija triq għal ġih ir-residenti li joqogħdu hemm li ilhom ħafna żmien jistennew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17140, jista' il-Ministru, anke jekk hemm lista twila ta' xogħol jistenna li jsir qabel, jagħti idea ta' meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-imsemmija triq għal ġih ir-residenti li joqogħdu hemm li ilhom ħafna żmien jistennew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn spezzjoni li saret f'din it-triq jirriżulta li 30 fil-mija ta' din it-triq għadha mhux żviluppata. Il-Ministeru u l-Awtorita' dwar it-Trasport qegħdin jevalwaw il-lista ta' toroq li fadal f'Birkirkara wara li f'dawn l-aħħar xhur inbeda u f'xi każijiet tlesta x-xogħol fuq disa' toroq.
Ta' min wieħed jgħid ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħarġet tender li tkopri t-toroq tal-area tal-Qattus. Wara li jitlesta x-xogħol ta' din it-tender tkun tista' tittieħed deċiżjoni fuq toroq oħrajn f'Birkirkara.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004/2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda impjegat li għandu aktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda fixed line fir-residenza normali tiegħu.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16472, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex is-Segretarju Permanenti fl-uffiċċju tiegħu qiegħed jitħallas id-differenza bejn skala 1 u skala 2 bħala allowance talli qiegħed Acting Director General fl-istess uffiċċju, meta l-ogħla grad tiegħu, jiġifieri dak ta' Segretarju Permanenti, hu dak ta' skala 2?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa spjegajt fit-tweġiba għal-Mistoqsija numru 16472 l-allowance ingħatat talli s-Segretarju Permanenti baqa’ jaqdi wkoll id-doveri ta’ Direttur Ġenerali fil-Management and Personnel Office.
Ingħatat bħala allowance id-differenza bejn skala 1 u skala 2 biex jiġi aċċertat li, ukoll bl-allowance, is-salarju ta’ skala 1 ma jinqabiżx.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16472 fejn il-Prim Ministru qal li s-Segretarju Permanenti fl-uffiċċju tiegħu qiegħed jitħallas id-differenza bejn skala 1 u skala 2 tas-salarji tal-gvern, jista' jgħid għaliex l-istess uffiċjal mhux jitħallas is-salarju ta' Direttur Ġenerali (skala 3) meta skond kif jgħidu r-regolamenti meta uffiċjal ikun ilu acting f'kariga għall-aktar minn sitt xhur, tibda titħallas is-salarju ta' dik il-kariga biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi r-regolamenti dwar acting appointments fil-pożizzjonijiet ta’ kapijiet huma applikabbli biss meta dan huwa rikjest mill-liġi jew fil-kaz ta’ Diretturi tas-Servizzi Korporattivi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsusm tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qegħdin jittieħdu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita' dwar it-Trasport nefqet is-somma kif jidher hawn taħt fuq kontijiet ta dawl u l-ilma:
2004 Lm7,884.15
2005 Lm12,422.43
L-ammonti murija jinkludu xi stimi li saru ghal dawk il-kontijiet li kienu għadhom ma ġewx irċevuti. (accruals).
L-ADT qed tieħu diversi miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl, fosthom kampanja edukattiva fost l-impjegati, kontroll fuq l-użu tal-eletriku u xiri ta’ apparat aktar effiċjenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru jew dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għan dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-inoformazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt:-
Ministeru:-
Consultants' Name Type of Service Date Amount
Pricewaterhouse Cooper Valletta Entrance Project 18/05/05 5,097.60
Profs. Richard England Malta Parlament +
Freedom Square Development 31/09/05 56,000.00
Awtorita' dwar it-Trasport:-
Lista annessa.
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħadd mill-istaff privat tal-Ministeru ma huwa intitolat għall-gażżetti. Il-gażżetti jinxtraw regolarment għall-użu tal-Ministeru, kemm fis-Segretarjat Privat, kemm fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, kemm fl-uffiċċju tad-Director Corporate Services (sa qabel ma ġie vakanti l-post f'Ġunju 2005), kif ukoll fl-uffiċju tad-Direttorat ta' l-EU. In-nefqa totali kienet hekk:-
Ministeru - Segretarjat Privat:- Segretarju Permanenti:-
2004 Lm 704.62 2004 Lm 131.22
2005 Lm 705.92 2005 Lm 177.79
Director Corporate Services:- Director EU Affairs:-
2004 Lm 344.19 2004 Lm 367.16
2005 Lm 141.80 2005 Lm 325.64
Fl-Awtorita' dwar it-Trasport hemm ħames uffiċjali li huma ntitolati għall-gażżetti kuljum, li huma l-Kap Eżekuttiv, id-Deputat Kap Eżekuttiv, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Liċenzji, id-Direttur tan-Network Infrastructureu l-PR & Marketing Manager. L-ispiża totali kienet tammonta għall-Lm1,180 kull sena.
Jista' il-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma, riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16471, li x-xogħol ta' kostruzzjoni li sewa Lm112.744 b'direct order sar kollu minn Ballut Blocks u ma kienet involuta l-ebda kumpannija oħra bħala sub-contractor fix-xogħol, anke jekk il-kumpannija Ballut Blocks kienet responsabbli għaliha? Jista' jiċħad jew jikkonferma li xi proprjetarju/i u/jew direttur/i u/jew managers tal-kumpannija Ballut Blocks għandhom parentela ma xi deputat tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-ordni ingħatat lil Ballut Blocks Limited u l-parti l-kbira tax-xogħol saret minnhom. Iżda infurmat ukoll li x-xogħol tat-tqegħid tal-madum sar minn Velmann Ltd u x-xogħol tal-Aluminium sar minn Sun Aluminium.
Sa fejn hu infurmat dan l-Uffiċċju, ħadd minn dawn it-tlieta ma għandu l-ebda parentela ma xi Deputat, Segretarju Parlamentari jew Ministru tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? Min huma u fil-każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-Minisetru tiegħi hemm tlett televisions li ghandhom is-servizz tal-melita cable inkluż wieħed fl-uffiċju tiegħi tal-Parlament. L-ispiża kienet ta' Lm 463.25 għas-sena 2004 u Lm 450.53 għas-sena 2005.
L-Awtorita' dwar it-Trasport tħallas lill-melita cable għal servizz fuq television wieħed li jinsab fl-uffiċini tal-ADT ġo Sa Maison Rd. L-ispiża għal dan is- servizz telgħet għal Lm137 kemm fis-sena 2004 u kemm fl-2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 l-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni, kemm ħadu/ingħataw flus għal kull safra u jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-dettalji ta' safar ta' membri ta' l-istaff privat tal-Ministeru tiegħi huma kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ġieli kien hemm każi fejn l-individwi vvjaġġaw business class minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:-
- ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tipprepara u ma kienx hemm post economy
- titjira ġiet kanċellat mill-linja ta' l-ajru uminflok ġie provdut post business class fuq xi titjira oħra.
Kien hemm membri oħra ta' l-istaff li f'xi okkażjonijiet akkumpanjaw lili fuq żjarat uffiċjali.