Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozza mikrija għall-użu tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi mill-31 ta’ Mejju 2007 sal-14 ta’ Ġunju 2007 (15 il-ġurnata), ġiet mikrija karozza għall-użu tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-karozza kienet tat-tip Honda Accord u kienet mikrija bir-rata ta’ Lm35.40,0 kuljum inkluża l-VAT. Ir-raġuni tal-kiri ta' din il-karozza kienet minħabba tiswijiet u manutenzjoni li kienu qed isiru fuq il-karozza uffiċjali.

Manutenzjoni ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ispiża għal manutenzjoni fuq il-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura minn Jannar 2007 sal-lum kienet ta’ Lm 390.04,0. Din l-ispiża kienet relatata ma' servizz ġenerali li jsir regolari kull sitt xhur. Rigward is-second car, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru ma jgħamilx użu minnha. .

Karozza ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ din is-sena il-karozzi li nxtraw għall-użu uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kienu kif jidher hawn taħt: Renault Megane EX1.6, 1598cc għall-prezz ta’ Lm5,502.50. Din inxtrat għad-Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi skond il-Performance Agreement u Ħames Vannijiet Tata Telcoline tat-tip pickup, 1948cc għall-prezz ta’ Lm6,148 il-wieħed. Dawn inxtraw għall-użu ġenerali tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni rispettivament.

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta’ lukandi, flights, subsistence allowance, kif ukoll l-uffuċjali li marru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007, kienet kif tidher hawn taħt: Dipartimenti 2007 Grad ta’ l-Uffiċjali Total (Lm) Jannar Senior Architect 544.03 Scientific Officer 803.92 Senior Architect u Ingineer 1001.61 Marzu Senior Architect 218.14 Director General(Work Division) 266.20 Inspector 426.69 Director 720.92 Senior Architect 514.52 April Director General (Works Division) 594.00 Mejju Director General (Services Division) 361.15 Senior Legal Officer 484.99 Director u Senior Scientific Officer 276.47 Senior Architect u Engineer 1284.48 Architect 461.85 Ġunju Architect u Senior Technical Officer 444.58 Director General (Services Division) 414.14 Engineer 555.76 Director General(Works) u Architect 1086.76 Lulju Executive Co-ordinator 209.60 Awwissu Executive Co-ordinator 416.42 Settembru Director 773.42 Director General(Works Div.), Director u Assistant Director 1405.20 Principal Scientific Officer u Architect 291.75 Ottubru Engineer 362.96 Director Genera (Works Div.) 457.61 Director General ((Services Div.) 465.98 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 2007 Grad ta’ l-Uffiċjali Total (Lm) Jannar Chief Executive Officer 357.00 Analyst II 200.00 Project Officer II 6.00 Director 6.00 Project Officer II - Director 6.00 Head of Accounts/Administration - Frar Project Officer II 161.00 Director 407.00 Marzu Analyst I 125.00 Director 263.00 Project Officer II - Director - Project Officer II - Analyst I 293.00 Director 553.00 Chief Executive Officer 566.00 April Analyst I - Analyst II 295.00 Project Officer II 6.00 Analyst II 176.00 Analyst II 176.00 Director 492.00 Analyst I 297.00 Analyst I 247.00 Mejju Chief Executive Officer 269.00 Project Officer II 6.00 Analyst II 105.00 Chief Executive Officer 340.00 Analyst II 192.00 Analyst II - Chief Executive Officer 267.00 Analyst II 474.00 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 2007 Grad ta’ l-Uffiċjali Total (Lm) Ġunju Chairman 564.00 Director 6.00 Director 477.00 Director 386.00 Chief Executive Officer 6.00 Lulju Project Officer II - Director 555.00 Project Officer II 248.00 Director 248.00 Director 349.00 Chief Executive Officer 233.00 Analyst I 349.00 Settembru Chairman 344.00 Chief Executive Officer 382.00 Analyst II 642.00 Analyst II 520.00 Chief Executive Officer 521.00 Project Officer II - Director 372.00 Senior Lawyer - Project Officer II - Director - External Expert - External Expert - Ministeru 2007 Grad ta’ l-Uffiċjali Total (Lm) Jannar Assistant Director 67.73 Frar Minister u Head of Secretariat 927.39 Assistant Director 1,022.20 April Manager 312.57 Mejju Manager 329.83 Ġunju Minister u Head of Secretariat 2,344.48 Director 2,677.94 Lulju Permanent Secretary u Director 2,151.33 Settembru Manager 661.16

Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq hospitality mill-Ministeru, l-enti u d-dekasteri li jaqgħu taħtu hija kif jidher hawn taħt:

Uffiċjali li rrizenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 2007 sal-lum, fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien hemm uffiċjal wieħed li rriżenja mill-pożizzjoni ta’ Direttur EU Affairs, Policy Development & Programme Implementation. Dan għamel hekk għaliex ħa kariga ma’ l-Unjoni Ewropeja.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Nefqa fuq servizz ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-informazzjoni dwar l-MCA u l-MMA jingħataw wara li jkunu verifikati.

Nefqa ta' servizz fuq l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-Ministeri mhuwiex f'pożizzjoni li jgħid kemm kienet in nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru u tad-Dipartimenti u Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu, għaliex dawn il-ħlasijiet isiru mill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-informazzjoni taħt il-Core Services Contract. L-ISP f'kull każ huwa l-MITTS. L-informazzjoni dwar l-MCA, MMA u l-MSA tingħata wara li tinġabar kollha.

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-ammonti imħallsa f’kontijiet ta’ mobile phones (billing) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar ta’ din is-sena kienu kif jidhru hawn taħt: Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Ottubru Ministry, Permanent Secretariat u EU Directorate 438 350 219 225 186 238 188 325 332 206 Directorate General (Works) 12 10 22 20 19 16 21 17 0 0 Directorate General (Services) 5 8 12 11 26 31 10 9 0 0 Building and Engineering Department 9 11 12 9 11 9 9 0 0 0 Construction and Maintenance Department 12 16 20 22 24 23 29 29 0 0 Cleansing Services Department 7 14 10 0 9 17 27 0 0 0 Manufacturing and Servicing Department 0 0 0 0 0 0 9 10 0 0 Oil Exploration Department 15 34 25 11 41 45 66 10 0 0 Malta Resources Authority 147 57 182 128 120 156 135 43 0 0 Building Industry Consultative Council 5 5 5 5 5 5 5 5 5 5 Valletta Rehabilitation Projects 0 0 0 0 0 0 * 204 0 0 0 Total 650 505 507 431 441 540 703 448 337 211 * L-ammont ta’ Lm 204 huwa għall-perjodu Jannar sa Lulju 2007 u tħallas kollu f’Lulju.

Prepaid top up mobile cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi n-nefqa fuq prepaid topup mobile cards fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar ta’ din is-sena kienet kif jidher hawn taħt: Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Ottubru Ministry, Permanent Secretariat u EU Directorate 100 0 0 0 100 100 0 10 10 10 Directorate General (Works) 30 20 0 30 20 20 20 20 0 30 Directorate General (Services) 30 10 0 30 10 0 30 10 0 30 Building and Engineering Department 45 55 55 35 55 40 45 55 45 65 Construction and Maintenance Department 30 30 40 50 70 60 50 60 60 60 Cleansing Services Department 10 50 10 50 10 40 10 50 0 40 Manufacturing and Servicing Department 0 0 10 0 0 0 0 0 10 0 Financial Management Department 10 20 10 10 0 20 10 0 10 20 EU Affairs Directorate 0 0 0 0 0 0 10 0 0 10 Building Industry Consultative Council 50 50 50 40 40 40 40 40 40 0 Total 305 235 175 245 305 320 215 245 175 265

Xiri ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti tiegħu minn Jannar ta’ din is-sena sal-lum inxtraw tliet mobile phones kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Mobile Phone Prezz Uffiċjal 1 Lm 80 Kap tas-Segretarjat Privat 1 Lm 80 Direttur Ġenerali (Taqsima tax-Xogħlijiet) 1 Lm 80 Direttur – Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif

Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kiri ta’ karozzi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007, hija kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm ebda użu ta’ karozza leased. Numru ta’ Uffiċjali Grad Ċilindrata tal-Karozza (CC) Rata tal-Kirja Kull Gurnata (Lm) 1 Minister’s Private Secretary 1594 3.82 1 Senior Technical Officer 1323 3.82 1 Principal Public Cleansing Officer 1323 3.82 1 Assistant Director 1793 4.30 1 Technical Officer 1061 3.82 1 Senior Technical Officer 1500 3.82 2 Officer in Grade 8 1498 3.82 1 Senior Technical Officer 1061 3.82 1 Technical Officer 995 3.82 1 Chief Architect 1498 3.82 1 Operations Manager 1124 3.82 1 Architect 1061 3.82 1 Operations Manager 1061 3.82 1 Officer in Grade 8 995 3.82 1 Chief Security 1061 3.82 1 Director 1493 5.51 1 Analyst II 1498 5.25 1 Analyst II 1399 4.58 1 Analyst II 1341 4.64

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija ta' PQ 25578 dwar l-ispiża tas-safar fl-ewwel tlett xhur tas-sena ninfurmaħ li l-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar.

Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 25582, l-informazzjoni għax-xhur l-oħra għadha qed tinġabar.

Uffiċjali li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mgħotija tal-Mistoqsija Parlamentai nru 26105.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 25680 filwaqt li ninfurmaħ li wieħed mill-uffiċjali mpjegati mal-MCA illum miet. Ninfurmaħ ukoll li messaġġier li kien impjegat full time fil-ministeru nżamm fuq bażi part-time.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha ma nġabrietx mill-entitajiet kollha kkonċernati u r-risposta tkun tista tingħata f'seduta oħra.

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferu għat-tweġiba mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari nru.26198. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.