Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iklin — Pellican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT rigward żewġ applikazzjonijiet li l-kunsill lokali ta' l-Iklin għamel b'riferenza ILC 16/95 - 44/96 datati 20 ta' Marzu 2003 u l-5 ta' Settembru 2005, fejn saret talba għal pellican lights fi Triq Dun Karm bypass quddiem l-istage man-naħa ta' l-Iklin kif tħalli r-roundabout ta' quddiem il-Vodafone?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li s-surverys u l-pjanti relatati għall-installazzjoni ta’ pelican lights fis-sit indikat mill-Onorevoli Interpellant diġà saru u l-proġett relatat ġie nkluż ma’ numru konsiderevoli ta’ proġetti oħra ta’ pelican lights. Hu ppjanat li x-xogħlijiet relattivi jibdew fix-xhur li ġejjin.

Żvilupp Urban u Toroq — Petrol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16056 u jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih: Is-segretarju permanenti; id-direttur ġenerali; id-diretturi; l-assistent personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq għal petrol kull wieħed minnhom xahar b'xahar bejn Jannar 2004 sa Novembru 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #17463 Sitting 364 2006-03-13 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul il-perjodu Ottubru - Diċembru 2005, inkrew tnax (12) -il karozza. Ma tinżammx informazzjoni dwar ċilidraġġ tagħhom. Il-fuel li normalment jużaw dawn il-karozzi huwa petrol. Ma nxtrat l-ebda karozza matul Ottubru - Diċembru 2005. L-istess informazzjoni tapplika għall-perjodu Jannar 2006 sallum.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sea Malta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17145, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jiswa l-kuntratt li ngħatat Mamo TCV għal pariri b'rabta mal-privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Jista' jgħid kif ġew imħallsa l-flus involuti fil-kuntratt u jekk għadx hemm pendenzi x'jitħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba raġunijiet kummerċjali ma' tistax tingħata l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tad-domanda. Il-flus ġew imħallsa kull xahar skond il-kuntratt u ma baqgħax x'jitħallas.

Private staff tal-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16048 u jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 l-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni u kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra? Jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fis-sena 2004 l-Assistent Segretarju Privat tiegħi tela’ tliet darbiet l-Italja in konnessjoni ma’ wirja dwar Malta li ttelgħet f’Cervia. L-ispejjeż, inkluż il-biljetti ta’ l-ajru, ta’ tnejn minn dawn iż-żjarat kienu mħallsa mill-Comune di Cervia. Fl-istess sena l-Kap tas-Segretarjat tiegħi attenda l- European Tourism Forum fl-Ungerija u l-laqgħa mad-Dipartiment tal-Media, Kultura u Sports u l- Commonwealth fl-Ingilterra. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni għas-sena 2005. Ta’ min igħid ukoll li meta nkun barra minn Malta fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern, jien inkun akkumpanjat minn membru tas-Segretarjat tiegħi.

Turiżmu u Kultura — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16268 u jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu, ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Privatisation Unit

Question

Fid-dawl tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17143, jista' il-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-privatisation unit u l-impjegati tagħha meta hemm lista ta' xejn anqas minn 15-il kumpannija privata li qegħdin jagħtu l-pariri lill-istess privitisation unit? Ma jaħsibx il-Ministru li l-privatisation unit għandha tkun aktar responsabbli u kapaċi tieħu d-deċiżjonijiet waħedha sabiex titnaqqas l-ispiża li qiegħda tonfoq f'pariri u konsulenzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol tal-Privatisation Unit hu ta manager tal-proċess li jkun ser jintuża għall bejgħ ta nteressi tal-Gvern f'xi entita. Flimkien mal-Gvern tiddeċiedi dwar il-proċess li jkun ser jintuża u tagħżel il-konsulenti addattati. Il-Privatisation Unit tikkordina ix-xogħol kollu bejn l-entita u l-konsolenti kif ukoll tmexxi in-negozzjati li jwasslu sa l-għeluq tal-proċess. Ma hux possibli li l-Privatisation Unit taghmel ix-xogħol li għalieh jitqabbdu l-konsulenti, kemm għaliex hu mpossibli li jkollok fuq bażi t'impieg permanenti l-"expertise" neċċessarju kif ukoll għaliex il-Unit tikkonsisti biss fi tnejn / tlieta min nies. Le, ma naħsibx li l-Privatisation Unit tista taħdem mingħajr konsulenti.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Top-up cards

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu hux qegħdin jinxtraw top-up cards tal-mobiles? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid għal min qegħdin jinxtraw dawn il-cards?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u d-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Segretarji Permanenti u Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li min-naħa tal-Ministeru/Dipartiment għall-Iżvilupp Urban u Toroq m'hemm l-ebda Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali jew Assistent Direttur li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-sena 2004 u s-sena 2005. Min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport kien hemm persuna waħda biss li ma ġġeddiliex il-kuntratt u d-deċiżjoni ttieħdet mill-bord. Dan kien il-perit Anthony Zammit li llum qed jaħdem il-Works Division

Żvilupp Urban u Toroq — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użat mill-membri ta' l-istaff tiegħu, minn min qegħdin jintużaw, min awtorizza t-tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ammont ta’ mobile phones użati mill-membri ta’ l-istaff tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq huma ħamsa. Erba' minn dawn huma skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt kif jidher fil-guidelines għall-ingaġġar ta' staff fis-segretarjati privati. Il-mobile phone l-ieħor jagħmlu użu minnu ż-żewġ xufiera tiegħi u skond il-proċedura f'każi bħal dawn, l-awtorizzazzjoni ngħatat minni u l-permanent secretary. Ma hemm l-ebda ceiling għal dawn il-mobile phones.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15984 u jgħid jekk hux minnu jew le li hemm ammont ta' suldati li qegħdin jaħdmu, jew kienu jaħdmu, mal-klandestini li għandhom il-virus tat-TB mute? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom dan il-virus u ngħatatx tilqima kontra din il-marda qabel ma dawn is-suldati kienu fir-riskju ta' din il-marda minħabba xogħolhom? Jekk hemm suldati infettati bit-TB mute, jista' jgħid x'kura qegħdin jingħataw u x'kumpens qegħdin jieħdu? F'każ li ma ngħatatx it-tilqima jew ingħatat tard, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u jħossx li dan huwa każ serju ta' irresponsabbilta'? Jista' jgħid jekk hijiex tingħata din it-tilqima llum lil dawk is-suldati kollha li qegħdin jaħdmu mal-klandestini qabel ma jkunu fir-riskju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta ilha għaddejja fuq programm ta’ screening u vaċċinazzjoni għal numru ta’ snin. Mis-suldati kollha li ġew eżaminati għal-marda tat-TB, instab li numru zgħir minnhom kienu strongly positive, jiġifieri li b’xi mod għandhom il-mikrobu tat-TB mute. Dawn kollha ġew investigati permezz ta’ X-ray tas-sider, izda ħadd minnhom ma wera li għandu xi marda infettiva, jiġifieri, li seta’ jgħaddiha lill-ħaddieħor. F’dawk il-kazijiiet fejn kien medikament indikat, dawn ġew offruti trattament preventiv. Fost aktar minn 680 suldat li kienu screened, 32 irrizultaw pożittivi u għaldaqstant ġew ittrattati bil-mod imsemmi. Tajjeb li wieħed ifakkar, li għal dawn l-aħħar erbgħin sena, it-tfal Maltin ta’ bejn it-12 u t-13 il-sena qed jiġu screened fl-iskejjel, u dawk li jirruzultaw negattivi għat-TB, jingħataw il-vaċċin neċessarju illi normalment jipprovdi immunita għat-tul il-ħajja kollha. Għaldaqstant, jekk wieħed kellu jserraħ fuq dan l-iscreening ta’ l-iskejjel, ħafna mill-membri li hemm fil-Forzi Armati ta’ Malta diġa għandhom immunita mit-TB. Minkejja dan, xorta waħda qed isir screening fl-Armata biex jiġi assigurat li kull min jiġi f’kuntratt mal-mikrobu ta’ din il-marda, ikun protett. Is-suldati li hemm jaħdmu ma’ l-immigranti irregolari kollha ġew riferuti għall-screening neċessarju. Minbarra dan, kull min b’xi mod jew ieħor ikun ser jiġi mħaddem fuq xogħol ma’ immigranti irregolari li jirrekjedi kuntatt ma’ dawn in-nies, qed isirlu l-screening ukoll, u jekk jinstab li hu negattiv għat-TB, jingħata l-vaċċin meħtieġ.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlametnari 15988 u jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2004 u l-2005 għal karigi taħt imsemmija: Gunner, lance bumbardier. bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz? Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2004 u l-2005 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq? Jista' jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2004 u l-2005 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15989 u jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2002 u l-2003 għal karigi t'hawn taħt imsemmija: Gunner, lance bumbardier, bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2002 u l-2003? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz? Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2002 u l-2003 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq? Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2002 u l-2003 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Tindif minn kumpanniji privati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux permess, skond id-direttivi maħruġa lill-ministeri mill-ministeru tal-finanzi, li jsir tindif fil-bini tas-segretarjat privat tal-ministri, id-dipartimenti u d-dekasteri tagħhom minn kumpanniji privati tat-tindif? F'każ li mhux permess, jista' jgħid meta ħarġet id-direttiva mill-ministeru tal-finanzi u jekk tapplikax fuq kull ammont?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-operat ta’ kull Ministeru, u d-Dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu, jaqa’ taħt ir-responsabbilita’ tas-Segretarju Permanenti rispettiv u l-Kapijiet ta’ Dipartiment tiegħu. L-akkwist ta’ servizzi meħtiega, nkluz dawk ta’ tindif, jagħmlu parti minn din ir-responabbilita’ u m’humiex regolati minn xi proċeduri li joħorġu b’mod dirett mill-Ministeru tal-Finanzi, izda mir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi, ta’ l-2005.

Servizz Ċivili — Information Management Officers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' information management officers fis-servizz ċivili, min huma, f'liema ministeru qegħdin, x'salarju u allowances għandhom? Jista' jgħid kemm minnhom ġejjin mis-servizz privat u kemm minnhom ġejjin mill-general service? Jista' jgħid jekk hux minnu jew li li jekk jiġġeddilhom il-kuntratt, dawk li ġew mis-settur privat isiru impjegati permanenti tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm tnax-il Information Management Officer fis-Servizz Pubbliku. Ma jidhirlix li hi etika li nagħti dettalji personali dwar dawn l-Uffiċjali. Hemm Information Management Officer f’kull Ministeru ħlief fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni u fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali. Is-salarju dovut għall-pożizzjoni ta’ Information Management Officer huwa ekwivalenti għal skala ta’ salarju 4 tas-Servizz Pubbliku. Erbgħa mill-Information Management Officers ġew ingaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku u tmienja minn ġewwa s-Servizz. Għaddejja bħalissa policy review rigward dawn il-pożizzjonijiet, u d-dmirijiet preżenti u futuri fil-qafas wiesgħa tat-teknoloġija ta’ l-informatika fis-Servizz Pubbliku. Kif tintemm din il-policy review huwa mistenni li joħorġu sejħiet għal applikazzjoni biex jimtlew il-pożizzjonijiet ġodda fil-livell li jixirqilhom.