Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16056 u jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih:
Is-segretarju permanenti; id-direttur ġenerali; id-diretturi; l-assistent personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu?
Kemm nefaq għal petrol kull wieħed minnhom xahar b'xahar bejn Jannar 2004 sa Novembru 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-allowance tal-petrol li huma ntitolati għalih l-uffiċjali msemmija huwa skond kif stipulat fil-guidelines maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Il-kariga ta' Direttur Ġenerali ma teżistix fil-Ministeru. L-assistent personali tiegħi juża l-karozza tiegħu u ta' dan jingħata allowance skond il-guidelines għall-ingaġġar ta' staff fis-segretarjati privati.
F'każ tan-nefqa tal-petrol minn April 2004, wara li twaqqaf il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq sa Novembru 2005; tas-segretarju permanenti, tad-diretturi u tas-segretarja tiegħi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu nħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti, kif jiġri s-soltu, u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuini u min ħa din id-deċiżjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li kien hemm żewġ calls for application għal Director Projects & Co-ordination Unit lejn l-aħħar tal-2004 u fis-sajf tal-2005. F'dawn iż-żewġ okkażjonijiet ħadd ma ġie appuntat. Dawn il-calls joħorġu mill-Uffċċċju tal-Prim Ministru. Id-deċiżjoni ttieħdet mis-Senior Appointments Advisory Committee.
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu nħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda każ fejn ġie appuntat xi uffiċjal fil-karigi imsemmija mingħajr ma kienu applikaw għal dik il-pożizzjoni paritkolari.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17149 fejn intqal li l-persuna indikata fil-mistoqsija tiegħi li hija impjegata bħala web page manager mal-Ministru mhux il-persuna responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website tal-ministeru, u f'mistoqsija parlamentari 16509 il-Ministru qal li hemm impjegat tal-ministeru li huwa responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website, jista' il-Ministru jgħid min hu dan l-impjegat u taħt ir-responsabbilta' ta' min jaqa', jekk hux taħtu bħala ministru jew taħt is-segretarju permanenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex qabel ma jagħmel dan it-tip ta' mistoqsijiet jipprova jifhem kif taħdem website professjonali. Website ta' dan it-tip tinvolvi diversi rwoli , fl-iżvilupp u l-operat tagħha. Ir-responsabbilta' tal-kontenut tal-website hija tal-Gvern u ta' l-ebda impjegat individwali. Fl-istrutturi preżenti r-responsabbilta' finali tal-kontenut hija tas-Segretarju Permanenti u tal-Kap tas-Segretarjat tiegħi.
Aktar minnhekk, il-kontenut li jidher fuq il-website tal-Ministeru jiġi minn diversi sorsi u x-xogħol tal-Web Master (mhux web page manager kif qiegħed isejjaħlu l-Onorevoli Interpellant) huwa li jikkordina l-ġbir ta' din l-informazzjoni u jpoġġiha fis-sezzjonijiet rispettivi .
Il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija ġew imwieġba f'mistoqsija parlamentari 17149.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kien membru fuq Bord ta' l-Għażla (Selection Board) għal ħatriet fiċ-ċivil mill-1 ta' Jannar 2003 sal-lum? Liema kienu dawn il-karigi? Kemm kienet tammonta r-remunerazzjoni li tħallset il-persuna msemmija għal dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u t-28 ta’ Frar 2006 il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interperllant attendiet għal 59 seduta u 5 seduti parzjali tas-Senior Appointments Advisory Committee. F’dawn is-seduti ġew intervistati kandidati għal 138 kariga.
Il-membru kkoncernat ma jitħallasx remunerazzjoni għal dan is-servizz.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Pjan ta' Kontinġenza għad-dipartimenti tal-gvern li kien qed jiġi mħejji f'każ li Malta tiżviluppa l-Influwenza Pandemika tlestiex? Jekk iva, meta dan il-pjan se jiġi ppubblikat? Jekk le, meta dan il-pjan se jkun lest?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-pjan ta’ kontinġenza mħejji mid-Diviżjoni tas-Saħħa f’każ ta’ influwenza pandemika huwa lest.
Bħalissa dan il-pjan qed jiġi estiż biex tinbena l-istrateġija nazzjonali kontra l-pandemija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17335, jista' il-Ministru jgħid kemm hi mikrija kuljum is-second car tiegħu, x'tip hi u x'kienet ir-raġuni li nkriet karozza oħra meta l-karozza uffiċjali kienet għat-tiswija meta l-ministeru għandu karozzi oħra li jista' juża f'każ ta' bżonn urġenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Is-second car tiegħi li hija Volkswagen Golf hija mikrija Lm10.50 kuljum. Sadanittant qegħdin nistennew biex tidħol fis-seħħ tender li ġiet aċċettata għall-kiri ta’ Renault Megane. Din il-kirja se tkun ta’ Lm7 kuljum. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm il-Ministeru għandu karozzi oħra, dawn qed jintużaw għax-xogħol amministrattiv tal-Ministeru u anke biex isiru spezzjonijiet. Għalhekk inkriet karozza oħra meta l-karozza uffiċjali tiegħi kienet bil-ħsara.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Private Staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa għall-uniformijiet tal-private staff tiegħi matul is-sena 2004 kienet ta' Lm131.50 u għas-sena 2005 kienet ta'
Lm 59.60.
Dawn kienu mogħtija lid-drivers tiegħi, skond kif inhu ntitolat għalihom.
Żvilupp Urban u Toroq — Xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u d-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għas-sena 2004 u 2005 hija kif tidher hawn taħt :-
2004 2005
- Ministeru/Dipartiment Lm 4,189.70 Lm 3,712.64
- L-Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 5,020.00 Lm 8,120.00
Il-kuntratturi kienu :-
Sena 2004
Kuntrattur
Ammont
Ministeru/Dipartiment
Bad Boy Cleaners
Lm 3,091.33
Clentec Cleaning Services
Lm 1,098.37
L-Awtorita’ dwar it-Trasport
Cleanwell Services
Lm 2,650.00
Mr Clean
Lm 75.00
Bad Boy Cleaners
Lm 2,295.00
Sena 2005
Kuntrattur
Ammont
Ministeru/Dipartiment
Bad Boy Cleaners
Lm 2,465.62
Salamander Janitor Services
Lm 1,165.46
Clentec Cleaning Services
Lm 81.56
L-Awtorita’ dwar it-Trasport
Bad Boy Cleaners
Lm 8,120.00
Għal kull kuntratt issir sejħa fil-gazzetti tal-Gvern u l-għażla issir b’forma ta’ tenders.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus bħala compensation to victims of crimes sena b'sena mill-1991 sal-lum? Jista' jgħid lil min tħallsu u għal liema konsiderazzjoni tħallsu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jassigura li s-supply tad-dawl u l-wires li hemm ta' l-Enemalta fi Triq L. Casolani f'Birkirkara man-naħa fejn hemm il-bibien residenzjali b'even numbers huma tajbin biżżejjed sabiex is-supply tad-djar li hemm imqabbdin mas-sistema ma jkollhomx interruzzjonijiet fis-servizz tad-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li hemm bżonn ta' xi xogħolijiet biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku f'din il-lokalita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-karozzi li nxtraw, inkrew jew ġew leased fil-Ministeru tiegħi bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta’ Jannar sa l-24 ta’ Frar ta’ din is-sena kienu :-
Nxtraw
Inkrew jew ġew
leased
Ċilindrata
Tip ta’
fuel
1
16cc
unleaded
1 (
temporary hired only for
3
days
)
13cc
unleaded
1 (
temporary hired only for
9
days
)
16cc
unleaded
1 (
leased
)
19cc
diesel
2 (
leased
)
16cc
unleaded
1 (
leased
)
40cc
unleaded
Jista' il-Ministru tgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiż-żewġ perijodi indikati nxtrat karozza waħda u dan mill-Ambaxxata ta' Malta f'Tuneż xtrat karozza xierqa rappreżentattiva. Il-karozza ta' qabel kienet inxtrat fl-1996.
Matul l-istess żewġ perijodi ma nkrew jew ġew leased l-ebda karozzi ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul dan iż-żmien, inxtrat karozza waħda u dawk mikrija jew li ġew leased mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, t-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-enti li jaqgħu taħtu, hija kif tidher hawn taħt:-
Ministeru / Enti
Karozzi mikrija bejn Ottubru u Diċembru 2005
Karozzi mikrija bejn Jannar u Frar 2006
Ċilindrata tal-Karozza/i
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
1
1
1000 cc
2
2
1300 cc
1
(nkriet f’Ottubru għal jumejn)
-
2000 cc
2 + 1
(nkriet f’Diċembru għal tlett ijiem)
2 + 1
(
nkriet f’Jannar għal għaxart ijiem)
1500 cc
Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni
2 + 1(
nkriet bejn Settembru / Ottubru għal ħamest ijiem)
1
1000 cc
1
1
1100 cc
1
1
1200 cc
2
2
1300 cc
1
1
1500 cc
Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa
1
1
1100 cc
3
3
1200 cc
1
1
1300 cc
1
1
1500 cc
Dipartiment (
Financial Management)
2
2
1200 cc
Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi
1
1
1200 cc
Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
1
1
1300 cc
1
1
1500 cc
Direttorat (Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea, Żvilupp ta’
Policy
u Implimentazzjoni ta’ Programmi)
1
1
1500 cc
Direttorat Ġenerali
1
1
1300 cc
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
1
1
1300 cc
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
3
3
1300 cc
1
1
1500 cc
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn Ottubru u Diċembru 2005 ma nxtrat jew inkriet ebda karozza ġdida mill-Ministeru jew l-Enti li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi.
Mill-ewwel ta' Jannar sal-lum inxtrat karozza waħda diesel ta' 2,000ccc.