Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riżorsi u Infrastruttura — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ammont ta' rigali li ngħataw matul l-2003, l-2004, l-2005 u minn Jannar 2006 sa llum separatament huwa kif ġej:- Sena Ammont 2003 Lm424.20ċ 2004 Lm605.89ċ 2005 Lm360.44ċ 2006 Lm23.84ċ L-informazzjoni l-oħra mitluba fil-mistoqsija tirrikjedi ħafna ħin u spejjes f'pagi li mhumiex ġustifikabbli.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Rigali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnha jew mill-istaff privat tagħha, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Tista' tgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Tista' tgħid x'rigal ingħatat hi bħalha Ministru b'reċiproċita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'? Tweġiba Proposta : Ninsab infurmat li n-nefqa fuq rigali li ngħataw mill-Ministru hija kif muri hawn taħt: Sena Lm 2003 357.60 2004 214.69 2005 587.22 2006 Sal-lum Nil Ir-rigali ġew approvati mill-uffiċjali tas-Segretarjat. Dawn ir-rigali, li jikkonsistu f’kotba u souvenirs varji, u li nxtraw minn bookshops u ħwienet ewlenin, ingħataw lill-Ministri ta’ pajjiżi oħrajn u d-delegazzjonijiet tagħhom, u persuni oħra distinti kif jitlob il-protokoll.

OPM — Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'interview impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 separatament? Jista' jgħid xi skala huma dawn l-uffiċjali li daħlu biha, xi grad għandhom dawn l-uffiċjali , fejn ġew posted, x'jisimihom u x'inhu n-numru ta' l-ID card tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta’ ħames snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin tal-uffiċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista’ jintuża aħjar. Jekk l-Onor Nterpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi każ jew ingaġġ partikulari inkun lest li nagħtih l-informazzjoni meħtieġa.

OPM — Rigali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Prim Ministru b'reċiproċita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Rigali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istaff privat tiegħi ma ta l-ebda rigali la f'Malta u lanqas barra minn Malta. L-uniċi rigali li ngħataw kienu minni bħala Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi. Kien hemm drabi wkoll fejn għamilt dan bħala Aġent Prim Ministru. In-nefqa kienet hekk: Sena 2003 Lm494.15 2004 Lm806.30 2005 Lm812.18 2006 Lm155.51 Ir-rigali ġew mogħtija lil diversi persuni bħal kapijiet ta' stat, prim ministri, ministri u membri għolja ta' delegazzjonijiet li kellna laqgħat magħhom fil-perjodu msemmi kemm f'Malta kif ukoll barra. Dawn ir-rigali inxtraw minn erbatax-il ħanut/aġent differenti u kienu jikkonsistu f'oġġetti ta' artiġjanat Malti, kotba u affarijiet oħra. Spiss f'dawn l-istess laqgħat saru skambji ta' rigali li kienu jikkonsistu ħafna drabi f'rigali ta' l-istess ġeneru.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa hi kif ġej:- 2003 Lm 805.18 2004 Lm 800.92 2005 Lm 936.25 2006 xejn s'issa L-oġġetti kienu jikkonsistu f'kotba, ċeramika, oġġetti tal-fidda li jirrapreżentaw id-dgħajsa Maltija jew salib tal-kavillieri, bizzilla, Mdina Glass, u Muniti Kommemorattivi tal-Bank Ċentrali. L-okkażjonijiet jinkludu l-irtirar ta' uffiċjali għolja, Prize Days ta' skejjel, u żjajjar ta' personalitajiet barranin. Mhux kull okkażjoni tkun ġiet reċiprokata. Fejn kien hemm reċiproċita' l-oġġetti kienu jikkonsistu f'kotba, oġġetti tal-kristall jew ċeramika u oġġetti tal-fidda.

Turiżmu u Kultura — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' oġġetti mixtrija mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, il-prezzijiet u minn fejn inxtraw, sena b'sena mill-2003 sa l-2006, u li ngħataw bħala rigali. Ma jagħmilx sens li jingħataw id-dettalji l-oħra mitluba, anki mil-lat ta' dinjita' ta' pajjiżna sakemm dejjem l-Onor interpellant m'għandux xi mistoqsija speċifika ħafna li jixtieq jagħmel.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ADT — Servizz tal-Melita Cable

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17332, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ADT għandha s-servizz tal-Melita Cable fl-uffiċini tagħha, fejn qiegħed it-television u min approva s-servizz?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għanda servizz tal-Melita Cable fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv. Dan kien ġie approvat miċ-Chairman preċedenti u jintuża minn uffiċjali varji għal bosta raġunijiet bħal aħbarijiet, intervisti etc.

Code of Ethics tal-Ministri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17137, jista' il-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi ddeċieda meta għandu jsir rapport tas-safar tal-ministri/segretarji parlamentari jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li m’għandix x’inżid mar-risposta li tgħajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17137.

ATP — Inspectors tal-Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħdmu sigħat ta' xogħol mingħajr overtime l-inspectors tal-karozzi tal-linja impjegati ma' l-ATP normalment? Jista' jgħid kemm hi l-paga gross kull xahar/perijodu ta' erba' ġimgħat ta' dawn l-inspectors u kemm hi r-rata ta' ħlas għal kull siegħa overtime li jaħdmu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-inspectors huma impjegati direttament mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u mhux mill-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Malta. Għaldaqstant, l-Awtorita' mhux f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni.

Iklin — Għalqa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għalqa li hemm fit-tarf ta' Triq Pawlu Grech, Iklin, liema għalqa għandha naħa tmiss ma' Dun Karm Bypass u naħa oħra ma' Triq Erin Serracino Inglott, hijiex proprjeta' tal-privat jew tal-gvern? F'każ li l-għalqa hi tal-privat, jista' il-Ministru jgħid kif din l-għalqa għaddiet għand il-privat, fuq liema bażi u meta? Jista' jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet pendenti għal permessi ta' żvilupp ta' l-istess għalqa li ilha mitluqa għal aktar minn sitt snin b'detriment qawwi għar-residenti ta' dik iż-żona?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-ewwel part ital-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Fuq it-tieni part ital-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma għandha ebda applikazzjoni pendenti fuq is-sit imsemmi ta’ forma trijangolari.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 u l-iskali inferjuri l-oħra fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 separatament? Jista' jgħid xi grad għandhom dawn l-uffiċjali separatament, fejn ġew posted, x'jisimhom u x'inhu l-ID card number tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta’ ħames snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin tal-uffiċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista’ jintuża aħjar. Jekk l-Onor Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi każ jew ingaġġ partikulari inkun lest li nagħtih l-informazzjoni meħtieġa.

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili separatament fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 bejn ministeri/dipartimenti jew enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad kellhom meta ngħataw it-transfer, xi skala kienu meta ngħataw it-transfer u minn fejn għal fejn sar it-transfer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta’ ħames snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin tal-uffiċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista’ jintuża aħjar. B’dan kollu, m’għandix diffikulta li ngħati lill-Onor Interpellant informazzjoni fuq xi każ partikulari.

OPM — Segretarji Permanenti u Diretturi Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat il-call for applications fid-dekasteru tiegħi kienu kif jidher hawn taħt :- L-Awtorita’ dwar it-Trasport kien hemm żewġ call for applications. 1. Direttur għall-Licensing & Testing Directorate 2. Direttur għan-Network Infrastructure Directorate Fiż-żewġ każijiet l-appointment ingħata lill-persuna li ġiet l-ewwel. Fil-Ministeru/Dipartiment kien hemm żewġ call for applications. 1. Assistent Direttur fl-EU Directorate fejn l-appointment ingħata lill-persuna li ġiet klassifikata l-ewwel. 2. Assistent Direttur fl-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti. Dan il-post għadu ma nteliex iżda mistenni li jintela’ mill-persuna li ġiet klassifikata l-ewwel. Matul l-istess perjodu kien hemm żewġ sejħiet għall-kariga ta’ Diretturi. Waħda fl-EU Directorate u l-oħra għal Director Support Services & Financial Management. Dawn l-applikazzjonijiet u l-appointments rispettivi isiru mis-Senior Appointments Advisory Committee.