B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2004 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17514, jista' il-Ministru jgħid għaliex ħadd minn dawk intervistati fiż-żewġ każi ma ġie appuntat separatament? Jista' jgħid x'wassal is-senior appointments advisory committee jieħu t-tali deċiżjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif ġie ndikat fir-risposta li saret qabel, id-deċiżjoni ttieħdet mis-‘Senior Appointments Advisory Committee’. Għaldaqstant, ir-risposta trid tiġi mwieġba minn dan il-kumitat. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17473, jista' il-Ministru jkun aktar speċifiku u jagħti data aktar konkreta għal meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-pelican lights?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17614, ma jħossx il-Ministru li hu fid-dmir li jagħti l-informazzjoni mitluba ladarba r-rigali jinxtraw minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, jista' jagħti l-informazzjoni mitluba?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ir-rigali tagħna jkunu jew kotba jew oġġetti żgħar tradizzjonali. Naturalment kollox isir skond ir-regoli normali tas-servizz pubbliku. L-istess tip ta' rigali jingħataw b'reċiproċita meta jkun il-każ.
Minħabba n-natura tal-ħidma tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mhuwiex possibbli jew prattiku li tinġabar din l-informazzjoni mill-2003 sa' llum. Pero', biex inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li kollox isir skond il-budgets allokati tlabt lid-dipartiment konċernat fil-Ministeru biex jibda l-proċess ta' ġbir ta' din l-informazzjoni għal dan l-aħħar sentejn.
Servizz Pubbliku — Information Management Officers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17363, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-information management officers humiex intitolati għal xi allowances jew fringe benefits oħra mas-salarju tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18428 hija fin-negattiv.
Servizz Pubbliku — Information Management Officers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17363, la titlesta l-polic review li saret riferenza għaliha mill-Prim Ministru, la jiġu biex jimtlew il-pożizzjonijiet il-ġodda, l-information management officers preżenti se jingħataw priferenza fuq applikanti oħra, u dawk li jintgħażlu biex jimtlew xi pożizzjoni humiex se jiġu uffiċjali fissi tal-gvern jekk qabel ma kenux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Information Management Officers preżenti m’humiex se jingħataw preferenza fil-proċess tal-għażla għall-mili ta’ pożizzjonijiet kontrattwali ta’ Chief Information Officer u dawk magħżula jinħatru skond il-parametri mħabbra fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fil-21 ta’ Marzu 2006.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida l-aktar importanti, b'rabta mar-regolamenti dwar l-infiq b'mod speċjali, fir-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005 rigward it-tindif fil-bini tas-segretarjat privati tal-ministri? Jista' jiċħad jew jikkonferma li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-regolamenti ta' l-istess kuntratti pubbliċi ta' l-2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Top-up cards
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu hux qegħdin jinxtraw top-up cards tal-mobiles? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid għal min qegħdin jinxtraw dawn il-cards?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fl-uffiċju tas-Segretarju Permanenti tiegħi qed jinxtraw 2 top-up cards ta' Lm10 fix-xahar waħda għad-Direttur Policy Development & Programme Implementation u oħra għall-Information Management Officer.
L-użu ta' mobile phones fis-Servizz Pubbliku huwa regolat skond il-Public Service Management Code, li barra kundizzjonijiet oħra jistipula li talbiet għal użu ta' mobile phones għandhom isiru lil u jkunu deċiżi mis-Segretarju Permanenti fid-dawl tan-natura tad-doveri ta' l-uffiċjal li jagħmel it-talba.
Fiż-żewġ każi nstab li jkun ġustifikat li jkunu kompensati għall-ispejjez tal-mobile phone calls li jkollhom jagħmlu waqt il-qadi ta' dmirhom minnflok jidħlu f'kuntratt għall-użu tal-mobile phone.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' il-Ministru tgħid jekk l-għalqa triangolari li hemm fit-tarf ta' Triq Pawlu Grech, l-Iklin, liema għalqa għandha naħa tmiss ma' Dun Karm bypass u naha oħra ma' Triq Erin Serracino Inglott, hijiex proprjeta' tal-gvern jew tal-privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-art indikata mill-Onor. Interpellant ma jirriżultax li hi proprjeta' ta' l-Awtorita' tad-Djar nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm avukati/nutara impjegati full-time jew part-time mal-ministeru u l-enti li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid f'liema dipartiment jew enti jaħdmu u x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fil-każ tal-housing department u l-Awtorita' tad-Djar jekk dawn għandhomx nutara biex jippubblikaw il-kuntratti tal-housing u/jew ta' l-Awtorita' tad-Djar? Tista' tgħid jekk għall-pubblikazzjoni tal-kuntratti l-ministeru u/jew enti li jaqgħu taħtha jagħmlux użu minn servizzi ta' nutara speċifiċi jew huwa x-xerrej li jagħżel in-nutar tiegħu kif hi l-prassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha żewġ nutara mpjegati magħha fuq bażi ta' kuntratt u li l-klijenti ta' l-Awtorita' jingħataw l-għażla li jużaw is-servizzi ta' dawn in-nutara jew tan-nutar privat tagħhom.
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandu ebda nutar impjegat miegħu.
Żvilupp Urban u t-Toroq — Impjegati 'il fuq minn 61 sena
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17352, jista' il-Ministru jgħid minn liema distrett elettorali huma dawn l-uffiċjali u jekk għandhomx xi parentela ma' xi membru parlamentari tal-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma mill-għaxar distrett.
L-Awtorita' m’għandiex tagħrif dwar jekk għandhomx xi parentela ma' xi membru parlamentari tal-gvern. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien il-persuni indikati m'għandhom l-ebda parentela miegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17615, jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija kollha billi jgħid kemm kienet in-nefqa separatament fis-snin 2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Prim Ministru b'reċiproċita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tal-Prim Minsitru ta’ bħala rigali is-segwenti:
2003 Lm7501.22
2004 Lm2557.63
2005 Lm8435.30
2006 Lm 283.29 (minn Jannar sa nofs Marzu)
L-informazzjoni l-oħra mitluba fil-mistoqsija tirrikjedi ħafna ħin u spejjes f’pagi li mhumiex ġustifikabbli.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ir-rigali tagħna jkunu jew kotba jew oġġetti żgħar tradizzjonali. L-istess japplika għal dawk li jingħataw b'reċiproċita meta jkun il-każ.
Mhuwiex possibbli jew prattiku li tinġabar din l-informazzjoni mill-2003 sa' llum. Kollox isir skond ir-regoli normali tas-servizz pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna mill-istaff privat tiegħi tieħu ħsieb tixtri oġġetti addattati biex jingħataw bħala rigal skond ċirkustanzi li jvarjaw minn żjarat ta’ kortesija minn diversi personalitajiet u żjarat tiegħi uffiċjali barra minn Malta fuq stedina ta’ Ministri jew kapijiet ta’ diversi entitajiet. Il-valur ta’ dawn ir-rigali jvarja minn wieħed għall-ieħor. Dawn ir-rigali jinxtraw f’daqqa minn żmien għall-ieħor u mhux fuq bażi ndividwali. Dawn ir-rigali jikkonsistu f’xogħol ta’ artiġġjanat Malti jew kotba u jinxtraw minn sorsi differenti.
Bħal ma jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant dawn ir-rigali dejjem jiġu reċiprokati pero` naħseb li japprezza li m’huwiex il-każ li wiehed jibqa' jiftakar xi jkun ingħata f’ċirkostanzi partikolari. Mhijiex l-użanza li membri ta’ l-istaff privat tiegħi jagħtu rigali fuq inizjattiva tagħhom.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2004 u l-2005 għal karigi taħt imsemmija:
Gunner, lance bumbardier. bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier?
Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2004 u l-2005?
Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz?
Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2004 u l-2005 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq?
Jista' jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2004 u l-2005 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17372 seduta Numru 362.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2002 u l-2003 għal karigi t'hawn taħt imsemmija:
Gunner, lance bumbardier, bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier?
Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2002 u l-2003?
Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz?
Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2002 u l-2003 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2002 u l-2003 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17373 seduta Numru 362.