Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17603, jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fil-każ tal-ministeru tal-finanzi u fil-każ ta' l-informazzjoni mogħtija b'rabta' ma' l-OPM jgħid min approva dawn in-nefqiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-approvazzjoni ssir:-
· Fil-kaz ta’ l-uffiċċju tal-Prim Ministru ssir mill-Kap tas-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru.
· Fil-kaz tal-Ministeru tal-Finanzi ssir mill-Kap tas-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari f’dan il-Ministeru.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2001? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2002? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2003? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2004? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2005? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17375, fejn il-Ministru naqas li jagħti l-informazzjoni mitluba, ma jaħsibx li mhijiex etika li ma jagħtix din l-informazzjoni meta ċ-ċifra mitluba hi waħda globali? Ma jaħsibx li minn ċifra globali qatt ma tista' tasal għal ċifri li ħadu l-kumpanniji individwali, allura li ma jagħtix l-ammont globali minħabba raġunijiet kummerċjali hija biss skuża?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnha jew mill-istaff privat tagħha, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Tista' tgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Tista' tgħid x'rigal ingħatat hi bħala Ministru b'reċiproċita'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-nefqa fuq rigali li ngħataw mill-Ministru għal Għawdex kien kif ġej:
2003 Lm499.45
2004 Lm360.95
2005 Lm467.70
2006 Lm244.00
Dawn ir-rigali, li kienu jikkonsistu f'kotba u souvenirs varji, u li nxtraw minn bookshopsu ħwienet ewlenin, ingħataw lill-Ministri ta' pajjiżi oħrajn u d-delegazzjonijiet tagħhom, u persuni oħra distinti kif jitlob il-protokoll.
Kollox isir skond ir-regoli normali tas-servizz pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida l-aktar importanti, b'rabta mar-regolamenti dwar l-infiq b'mod speċjali, fir-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005 rigward it-tindif fil-bini tas-segretarjat privati tal-ministri? Jista' jiċħad jew jikkonferma li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-regolamenti ta' l-istess kuntratti pubbliċi ta' l-2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17362 li għaliha qed jalludi. Ma jezistu ebda proċeduri jew linji gwida maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi li b’xi mod jirregolaw l-akkwist ta’ servizzi ta’ tindif għal Ministeri jew għall-bini tas-segretarjat private tagħhom.
Ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubblici, ta’ l-2005, jistabbilixxu il-parametri ġenerali li għandhom jiġu segwiti f’kull kaz li jinvolvi akkwist ta’ tagħmir, provvista, xogħilijiet jew servizzi. Jitkellmu fuq limiti ta’ nfiq li jista’ jsir mill-awtoritajiet kontraenti u jiddeterminaw il-proċedura għall-akkwist li tapplika f’kull kaz. Bl-ebda mod ma jidħlu fuq in-natura ta’ xi servizz speċifiku.
F’dan ir-rigward, għalhekk, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrizultalix li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi, ta’ l-2005.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2005 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2001? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18439 sa 18442 li l-Onor Interpellant għamel għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2002? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2003? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2004? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2005? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17593, jista' il-Prim Ministru jkun aktar speċifiku billi jgħid meta hu mistenni li l-pjan biex tinbena strateġija nazzjonali kontra l-pandemija (influwenza pandemika) ikun lest? Jista' jgħid x'sar mir-rapport li tħejja mid-diviżjoni tas-saħħa f'każ ta' influwenza pandemika u x'jikkonkludi dan l-istess rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentiari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' l-uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2001 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għal fejn ngħata t-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2002 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2003 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.