Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? Min huma? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi hemm 4 sevizzi tal-Melita Cable użati minn impjegati fid-dekasteru tiegħi. Dawn huma fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fl-uffiċċju tad-Direttur Servizzi Korporattivi u fl-uffiċċju ta` l-ex direttur tal-affarijiet ewropej. Hemm servizz ieħor fl-uffiċċju tal Forum Malta fl-Ewropa .
L-ispiża kienet ta` Lm 781.35 fl-2004 u ta` Lm 1003,71 fl-2005
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għal kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' il-Ministru jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fil-Ministeru tiegħi il-karigi mtlew wara call for applications skond il-proċeduri meħtieġa.Kien hemm każ wieħed biss fejn Direttur li kien diġa fil-kariga ġie appuntat lateralment f`kariga oħra ta` Direttur. Dan kien id-Direttur għar-Relazzjonijiet Multilaterali li issa nħatar Direttur għall-Affarijiet Ġenerali u Kummerċ Internazzjonali għal bqija tal-perjodu kuntratturali li kellu. Dan sar minħabba ristrutturar tal-Ministeru u kif deċiż mis-Senior Advisory Committee tal-Uffiċju tal-Prim Mnistru.
Affarijiet Barranin — Tiġdid ta' kuntratti ta' Xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qed jaħdmu llum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li fil-Ministeru kien hemm każ fejn kuntratt ta` Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali,Diretturi jew Assistenti Diretturi, ma kienx imġedded.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qed jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qed jittieħdu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa f` kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 kienet hekk:
2004 11,155.33
2005 15,092.73
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li tajt ordni lid-Direttur tal-Corporate Services biex jieħu l-azzjoni neċessarja biex ikun hemm 'saving` mingħajr ma tiġi effettwata l-operazzjoni u l-effiċjenza tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-direttur, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar, 2004 u Novembru, 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond iċ-ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi numru 5/98 tat-18 ta' Marzu 1998, is-Segretarju Permanenti hija ntitolata għall-ammont ta' fuel ta' mhux aktar minn 175 litru fix-xahar. Membri tas-Segretarjat Privat tiegħi jistgħu jieħdu car allowance ta' Lm 2,000 jew użu ta` karozza skond ir-regoli ta' l-"Engagement of Staff for Ministerial Secretaries". Fil-każ li jieħdu użu ta` karozza mill-Gvern il-konsum massimu fix-xahar ikun ta' 150 litru.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infiq li sar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li xi membru ta l-istaff privat tiegħi għandu użu ta` aktar minn mobile phone wieħed jew linja fissa waħda.Kien hemm każijiet fejn l-ammont ta` Lm400 inqabeż.Dan hu regolat mir-regoli "engagement of staff for Ministerial Secretaries" u minn cirkulari Nru 4/2002 tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu u/jew tas-segretarju parlamentari? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li kien hemm xi mobile phone mitluf, miksur jew bil-ħsara minn membri ta l-istaff privat tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin imsemija ma nxtara ebda mobile phone. Ma jirriżultalhiex illi l-ebda membru tas-Segretarjat kellu aktar minn mobile set wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru teigħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħataw u min approva?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fil-perjodu msemmi,ingħata direct order wieħed biss. Dan kien jiswa Lm2,500 u ingħata lid-ditta Linguamine Ltd sabiex isir proġett pilota għall-diġitalizzazjoni tal-arkivji tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-Private Staff tiegħi li huma ntitolati għall-gażżetti kull jum huma l-Kap tas-Segretarjat, il-Communications Coordinator, is-Segretarja Privata tiegħi u l-Assistent Segretarju Privat. Fid-dekasteru tiegħi, is-Segretarju Permanenti u d-Diretturi Ġenerali jieħdu sett gażżetti kull jum. Id-Diretturi u l-Forum Malta fl-Ewropa jirċievu sett kull jum matul il-ġimgħa barra jiem tal-festi. Biex nagħti l-informazzjoni ddettaljata mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija, tinvolvi ħafna xogħol li ma nħossx illi jkun ġustifikat ix-xogħol li jinvolvi biex tiġbor din l-informazzjoni. Pero' nista' ngħid illi matul l-2004 il-Ministeru nefaq it-total ta' Lm 9,262.00 u fl-2005 nefaq it-total ta' Lm 7,387.20. Dan it-tnaqqis fl-infieq sar wara li ġie razzjonaliżżat ix-xiri ta' gażżetti.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu nħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti kif jiġri s-soltu u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nikkonferma li l-uniċi applikazzjonijiet li nħargu mill-OPM għal Diretturi Ġenerali u Diretturi fil-Ministeru tiegħi issa ġew mimlija. L-intervisti għal dawn il-karigi saru mis Senior Staff Advisory Committee ta` l-OPM kif jiġri dejjem f` applikazzjonijiet ta` dan il-livell.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministeru u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi? Kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament, u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2004 u l-2005 ma` tqabbdet l-ebda kumpannija privata ta` tindif fil-Ministeru tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna kklassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna kklassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fl-2005 bħala parti mir-ristrutturar tal-Ministeru ħarġu sejħiet għal postijiet ta` Direttur Ġenerali u Diretturi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn il-postijiet issa mtlew wara interviews li saru mis-Senior Advisory Committee ta` l-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qed jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qed jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qed jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Tajjeb inżid illi kull persuna li taħdem bħala advisor mal-Ministeru tiegħi għaddiet mill-proċeduri kollha sabiex ingħatat il-kuntratt, inkluż l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-kuntratt jiġi mġedded ukoll wara l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru wara li l-Ministeru tiegħi jagħti l-kunsens għat-tiġdid.
Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati tas-Sea Malta ġew impjegati mal-ministeru tiegħu jew xi dipartiment/enti li jaqgħu taħtu? Jista' jiċħad jew jikkonferma li wħud minn dawn l-impjegati tnaqqsilhom is-salarju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' mpjegati tas-Sea Malta li ġew impjegati ma' entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru huwa 39.
Rigward it-tieni parti tal-interpellanza ninforma lill-Onor. Interpellant li la nista' niċħad u lanqas nikkonferma li wħud minn dawn l-impjegati tnaqqsilhom jew żdidilhom is-salarju. Is-salarji ta' l-impjegati li ġew redeployed mis-Sea Malta huma dawk li ħaddiema oħra fl-istess gradi u fl-istess postijiet tax-xogħol għandhom.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm ex-impjegati tas-Sea Malta li ġew ingaġġati mal-ministeru u/jew dipartimenti/enti tiegħu li żdiditilhom il-paga meta tikkomparaha ma' dik li kellhom qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija nru. 18449.
Jista' il-Ministru jgħid jekk inħarġux call for applications għal xi xogħol fil-ministeru u/jew dipartimenti/enti tiegħu u jekk intgħażlux xi ex-Sea Malta employees għal dawn il-pożizzjonijiet? Jista' jgħid għalxiex kienu dawn il-call for applications? Kemm applikaw nies u min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn April ta' 2005, sejħiet għall-applikazzjonijiet għal xogħol fil-Ministri u/jew dipartimenti/enti isiru mill-MPO u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fejn jikkonċerna s-settur pubbliku, kemm-il darba l-post jibqa' vakanti wara s-sejħa għall-applikazzjoni mill-MPO, jingħata l-permess sa biex il-proċess jitkompla tramite l-ETC.
Qabel l-2005, l-Entitajiet Pubbliċi kienu joħorġu is-sejħiet għal applikazzjonijiet tramite l-ETC. Peress li l-Onor Interpellant ma ndikax terminu speċifiku ta' żmien ma nistax nagħti iżjed informazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Iż-żewġ uffiċjali msemmija m`humiex membri tal-private staff tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu - mhux messaġġiera - ingħatawx xi uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?