Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uniformijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2004 u 2005 membri tal-istaff privat tiegħi li ma humiex messaġġiera ingħataw uniformi. Il-ħlas kien ta' Lm186 fl-2004 u Lm595.44 fl-2005. L-imsemmija spiża ġiet awtoriżżata mis-Segretarju Permanenti.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta' u x'kariga għandhom? Huma impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw it-tali kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Direct Orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Xogħol ta' Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Influwenza Pandemika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17593, jista' il-Prim Ministru jkun aktar speċifiku billi jgħid meta hu mistenni li l-pjan biex tinbena strateġija nazzjonali kontra l-pandemija (influwenza pandemika) ikun lest? Jista' jgħid x'sar mir-rapport li tħejja mid-diviżjoni tas-saħħa f'każ ta' influwenza pandemika u x'jikkonkludi dan l-istess rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi d-draft tal-Pjan Nazzjonali t’azzjoni konta l-influenza pandemika hu previst li jkum kompletat sa’ l-aħħar ta’ Ġunju 2006. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-kontenut tal-pjan tad-Diviżjoni tas-Saħħa sabiex l-Onorevoli Interpellant jifhem il-kumplessita’ tas-suġġett. Il-pjan tad-diviżjoni jkompli jiġi rivedut fid-dawl ta’ l-izvilluppi internazzjonali kif rakkomandat mill-World Health Organisation, European Centre for Disease Prevention and Control u awtoritajiet kompetenti oħra. Dan l-istess pjan qed jipprovdi il-qafas li fuqu qed jinbnew il-pjanijiet tas-setturi kollha fil-pajjiż sabiex ikollna pjan nazzjonali koordinat u koerenti.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Petrol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom petrol xahar b'xahar bejn Jannar, 2004 sa Novembru, 2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użat mill-membri ta' l-istaff tiegħu? Minn min qegħdin jintużaw? Min awtorizza t-tali użu u kemm hu s-ceiling għal kull mobile phone?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta' mobile phones fis-segretariat privat tiegħi huwa skond l'Engagement of Staff in Minister's Private Secretariat li kopja tiegħu kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal Kamra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv x'miżuri qegħdin jittieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati settijiet ta' mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu u/jew tas-segretarju parlamentari? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jindika ż-żmien li għalih qed jirreferi.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu, inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari" F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' il-Ministru jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru konċernat peress li l-ħatriet imsemmija ma jsirux min dan il-Ministeru.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Gazzetti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005, xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Ministeru tiegħi jinxtraw il-gazzetti kolha li joħorġu kuljum barra xi gażżetti oħra għall-uffiċċju tiegħi, l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-uffiċċji tad-Diretturi tas-Serviizzi Korporattivi, tal-EU Affairs u s-Segretarjat tas-Socjeta ta’ Informazzjoni (ISS). Is-somma globali tidher hawn taħt. Matul l-2004 intefqu Lm2012.22 li kienu maqsuma hekk: Lm1302.66 għall-użu tas-Segretarjat Lm333.17 għall-użu tal-Information Society Secretariat Lm376.39 għall-użu tal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Matul l-2005 intefqu Lm2339.56 li kienu maqsuma hekk: Lm1443.79 għall-użu tas-Segretarjat Lm483.71 għall-użu tal-Information Society Secretariat Lm412.06 għall-użu tal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Internet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak pprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministru u tliet' uffiċjali għandhom is-servizz tal-Internet fir-residenza tagħhom provdut mill-Maltanet.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Melita Cable

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita Cable? Min huma? Fil-każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ebda impjegat fil-Ministeru tiegħi ma jagħmel użu mis-servizzi tal-Melita Cable TV.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 il-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni? Kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra u jikkonfermax jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li huma mikrija kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-sena 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament? Fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-karozza ufficjali hija 'government owned' u s-second car hija on lease Lm7.61 kull jum. L-ispiża għall-manutenzjoni / repairs tal- karozza uffiċjali fil-2004 kienet ta' Lm 854 waqt li l-ispiża għas-sena 2005 kienet ta' Lm 3570. Fis-sena 2004 inkriet Mercedes għall-3 ijiem bil-prezz ta' Lm 88.50 waqt li fis-sena 2005 inkriet Mercedes għall-5 ijiem bil-prezz ta' Lm147.50 waqt li l-karozza uffiċjali kienet għat-tiswija.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għall-użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-sena 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw bi prezz ta' 'il fuq minn Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jista' il-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi fis-snin 2003, 2004 u 2005 b'kollox inxtraw seba' mobile phones bi prezz 'average' ta' Lm 187. Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant li dawn il-mobile phones inxtraw skond il-provedimenti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-uffiċjali fis-Seġretarjat tal-Ministeri u Segretarji Parlamentari. Kopja ta' dawn il-kundizzjonijiet kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tieġħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-sena 2004 u 2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minkejja li hu għal kollox irrilevanti kemm persuna għandha linji tat-telefon, ninfurmah li tliet uffiċjali fis-segretarjat tiegħi għandhom iżjed minn mobile phone wieħed waqt li wieħed għandu wkoll żewġ linji fissi tat-telefon. L-ispiża qabżet Lm400 f'kull każ matul is-sena 2004 u 2005.

Affarijiet Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-snin 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament, fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-karozza uffiċjali tiegħi hija leased u s-second car hija propjeta` tal-Ministeru. Il-kirja tiswa Lm10,767.50 fis-sena, inkluż il-VAT u b`coverage ta` kull bżonn ta` maintenance u servicing. Fil-każ tas-second car il-maintenance għas-sena 2004 kien ta` Lm528.84 u għas-sena 2005 kien ta` Lm1,379.28. Matul l-2004/2005 mankriet l-ebda karozza għal użu temporanju tiegħi.

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kermm huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhuma s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet, bl-indirizzi u n-numru ta' l-identita' tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` private staff mal-Ministeru tiegħi huwa ta` 19. Dawn ġew impjegati skond il-proċeduri stabbiliti.

Affarijiet Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 il-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni, kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra? Jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minħabba li fin-natura tiegħu il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin jinvolvi ħafna safar, ma jagħmilx sens li tinġabar din l-informazzjoni. Ħlief għas-safar indikat fit-tabella mehmuża, li kien safar approvat fuq xogħol tal-Gvern, il-private staff siefer biss biex jakkumpanja lili f`ħidma tal-Gvern.