Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segetarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm każijiet bħal dawn kif jidher mill-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. M’hijiex etika li jissemmew persuni iżda nista’ ngħid li r-raġunijiet jistgħu jkunu diversi, bħal meta uffiċjal ma jerġax japplika jew ma jkunx adattat biex jerġa’ jimla’ l-pożizzjoni li oriġinarjament ikun intgħażel għaliha.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promotions/appointments back dated u mhux back dated ta' surġent fl-Armata bejn Jannar u Diċembru 2003? Jista' jgħid min kienu l-uffiċjali li ħadu l-promotions/appointments, id-data ta' meta nħarġet il-promotion/appointment u f'każ li kienet back dated, id-data minn meta din kienet effettiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat li matul l-2003 ingħataw tliet promozzjonijiet ta’ Surġenti fl-Armata. Id-dati tal-ħruġ tal-promozzjonijiet kienu l-4 ta’ Frar, id-9 t’April, u l-14 t’Awissu rispettivament, pero’ d-data effettiva fil-każijiet kollha ġiet backdated għall-1 ta’ Jannar 2001, wara li ntlaqgħu rakkomandazzjonijiet ta’ l-Ombudsman. Ma nara l-ebda skop li ngħati dettalji ta’ min kienu l-individwi.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qegħdin jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri li qiegħdin jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jonqos il-konsum tad-dawl huma li fejn jistgħu jiġu wżati bozoz energy savers waqt li kontinwalment isiru sforzi sabiex jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku fl-uffiċini. Fir-rigward ta’ l-ispiża fuq dawl u ilma matul l-2004 u l-2005 fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll l-infiq fuq bozoz energy savers matul l-istess perjodu, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li turi l-informazzjoni mitluba.
Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjon i mitluba tinsab f’Tabella B li qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru u dak tas-Segretarju Parlamentari? Minn min qed jintużaw? Min awtorizza tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont globali ta’ mobile phones użati mill-membri ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hu ta’ 7, filwaqt li dak tas-Segretarju Parlamentari hu ta’ 5.
Dawn il-mobile phones qed jintużaw hekk :
A. Fil-każ tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dawn il-mobile phones jintużaw mill-Prim Ministru, il-kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Koordinatur tal-Komunikazzjoni. Mobile ieħor jintuża mill-persuna responsabbli mis-sigurta’ tal-Prim Ministru waqt safar uffiċjal biss u mobile ieħor jintuża skond il-bżonn ta’ l-Uffiċċju.
B. Fil-każ tas-Segretarju Parlamentari, il-mobile phones jintużaw mis-Segretarju Parlamentari inniffsu, il-kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat u l-Koordinatur tal-Komunikazzjoni. Mobile ieħor jintuża skond il-bżonn ta’ l-Uffiċċju.
L-awtorizazzjoni ta’ kull mobile phone u c-ceiling huma skond il-proċedura stabbilita hekk kif spjegata mir-regolamenti tal-gvern li jirregolaw l-użu tal-mobile phones.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-sena 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ħadd mill-istaff privat tiegħi li kellu għall-użu uffiċjali tiegħu aktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża biex għaxar membri ta’ l-istaff fis-Segretarjat tal-Prim Ministru jingħataw uniformi għas-Sajf kienet ta’ Lm840.25 waqt li dik tax-Xitwa kienet ta’ Lm1,201.
L-ispiża ġiet awtorizzata skond il-proċeduri finanzjarji mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Ma kien hemm ebda xiri ta’ uniformijiet matul is-sena 2004.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, jekk humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li fid-dekasteru tiegħu nħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-każ ta’ Segretarji Permanenti, il-ħatriet isiru fit-termini ta’ Artikolu 92 (3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, u sejħiet ta’ applikazzjonijiet ma’ joħorġux għal dawn il-pożizzjonijiet.
Fil-każ ta’ Diretturi Ġenerali u Assistenti Diretturi li nħatru mill-1 ta’ Jannar 2005, it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hija fin-negattiv.
Għar-rigward ta’ Diretturi li nħatru mill-1 ta’ Jannar 2005, kien hemm każ wieħed fejn kellha toħroġ sejħa għall-pożizzjoni ta’ Direttur (Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea), fit-Taqsima għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prioritajiet, minħabba li l-uffiċċjal ta avviż ta’ riżenja. Wara li saru l-interviews u ħadd mit-tlett applikanti li ġew intervistati ma nstabu idoneja għal dan il-post, l-uffiċċjal aċċetta li jibqa’ jservi sat-tmiem l-ingaġġ oriġinali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005, xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tiegħu u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17615, jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija kollha billi jgħid kemm kienet in-nefqa separatament fis-snin 2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq rigali li ngħataw sena b'sena mill-2003 sal-lum, huma :-
2003 Lm647.80
2004 Lm895.38
2005 Lm594.70
Minn Jannar 2006 sal-lum Lm489.59
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Call for Applications
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ il-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18490.
Rigward Assistenti Diretturi, ma kienx hemm 'call for applications'.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kuntratti ta' Xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS", imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċjali fid-dekasteru tiegħi li għandhom is-servizz ta’ l-internet fir-residenza tagħhom minbarra dak ipprovdut mill-MITTS huma:
APPROVAT MINN
ISP
UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Direttur, Settur Pubbliku, Management and Personnel Office
Segretarju Permanenti
On Vol
KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA
Direttur, EU Policy
Chief Executive Officer, Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Computer Service Centre, Universita ta’ Malta
MINISTERU TAL-FINANZI
Segretarju Parlamentari
Segretarju Permanenti
On Vol
Uffiċjal inkarigat mill-proċess ta’ Collective Bargaining fis-settur pubbliku
Segretarju Permanenti
Maltanet Ltd
Direttur, FIAU
Bord tad-Diretturi
Euroweb
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistent personal tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qed jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġhom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjon jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġhom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra