Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Website
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ġustifikat li fuq is-sit ta' l-internet tal-ministeru tiegħu qed jiġu attakkati l-Partit Laburista, il-General Workers Union, il-ġurnali "It-Torċa" u "l-orizzont" u l-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant, f'ċerti każi anke b'aġġettivi xejn diċenti u tgħajjir personali, meta dan is-sit huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi tal-gvern u mhux minn fondi tal-Partit Nazzjonalista? Skond it-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17537 il-Minstru qal li r-responsabbilta' finali ta' dak li jidher fuq is-sit ta' l-internet hija tas-segretarju permanenti u tal-kap tas-segretarjat tiegħu, jista' il-Ministru jgħid jekk itteħdux passi fil-konfront ta' dawn iż-żewġ uffiċjali pubbliċi minħabba li kienu huma responsabbli għall-propaganda partiġġjana kontra l-partit Laburista u l-General Workers Union u tat-tghajjir personali kontra l-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant, fuq website tal-gvern iffinanzjata minn fondi pubbliċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Websajt tal-Ministeru tiegħi iġġorr l-istqarrijiet ippubblikati mill-Ministeru tiegħi. Ma naqbel xejn li xi waħda minn dawn l-istqarrijiet iġġorr aġġettivi xejn diċenti iżda forsi d-definizzjoni tiegħi u ta' l-Onorevoli Interpellant ta' kif aġġettiv ikun jew ma jkunx diċenti huma differenti. Għaldaqstant ma nqisx li hemm il-ħtieġa ta' xi passi fil-konfront tal-persuni responsabbli mill-websajt tal-Ministeru tiegħi.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Top-up cards
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17379 fejn il-Ministru kkonferma li d-direttur programme development and policy implementationqed jingħata allowance ta' Lm10 f'top-up cards tal-mobile fix-xahar? Jikkonferma jekk dan l-istess uffiċjal hux juża jew kienx juża servizz ieħor tal-mobile bil-kuntratt? Jista' jgħid kemm ingħataw sal-lum globalment top-up cards lil dan l-uffiċjal u l-valur globali tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-Direttur Policy Development and Programme Implementation ma jużax servizz ieħor tal-Mobile. Il-Permanent Secretary f'Novembru 2005 approva li, minħabba x-xogħol tiegħu dan id-direttur ingħata Lm10 fix-xahar kumpens għall-użu tal-mobile. B'hekk sa April 2006 ingħata Lm50.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Top-up cards
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17379 fejn il-Ministru kkonferma li l-information management officer fil-ministeru tiegħu qiegħed jingħata allowance ta' Lm10 top-up cards tal-mobile fix-xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sal-lum globalment top-up cards lil dan l-uffiċjal u l-valur globali tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-valur tal-kumpens għall-użu tal-mobile phone li ngħata lill-uffiċċjal imsemmi mil-Onor. Interpellant kien ta' Lm60 fl-2005 u Lm10 fix-xahar fl-2006.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Top-Up cards
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17379 fejn il-Ministru kkonferma li qegħdin jinxtraw top-up cards tal-mobile fil-ministeru tiegħu, jista' il-Ministru jgħid jekk dan jistax iwassal għall-abbuż minħabba li top-up cards jistgħu jintużaw faċilment minn terzi persuni u mhux mill-uffiċjali tal-gvern biss?
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Petrol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom petrol xahar b'xahar bejn Jannar, 2004 sa Novembru, 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-allowance ta' petrol li huma ntitolati għalih is-Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi, l-Assistent Personali u s-Segretarju huwa regolat miċ-ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi 5/1998 u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għaliha.
Matul is-sena 2004, in-nefqa globali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti kienet ta' Lm775 filwaqt li n-nefqa tas-Segretarjat tiegħi kienet ta' Lm1067.
Matul is-sena 2005 in-nefqa globali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti kien ta' Lm1543 filwaqt li n-nefqa tas-Segretarjat tiegħi kienet ta' Lm819.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv x'miżuri qegħdin jittieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa tal-kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2004 u s-sena 2005 huwa kif ġej:
DAWL
2004
2005
Lm4,510
Lm11,926
ILMA
2004
2005
Lm663
Lm1,337
Id-Dipartiment qiegħed jagħmel ekonomija mill-użu ta' enerġija (mingħajr ma jtellef xejn mill-effiċjenza tad-dipartiment). L-ispiża għall-konsum tal-elettriku tkun monitored il-ħin kollu. Fejn huwa possibli qiegħed isir bdil ta' bozoz ma dawk 'energy savers'.
Matul is-snin 2004 u 2005 ma nxtrawx bozoz 'Energy Savers' sa kemm intużaw xi ftit bozoz normali li kien għad fadal fl-istock. S'issa din is-sena ġa ġew mibdula numru sostanzjali ta' bozoz normali ma oħrajn Energy Savers. Qed jiġi studjat kif titnaqqas sostanzjalment in-nefqa tad-dawl u ilma.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Ministeru tiegħi qed jisponsorja żewġ uffiċċjali. Wieħed qed jistudja għal Doctorate in Business Administration u l-ieħor International Bachelor Information System – BCIS. Fl-ewwel każ dan huwa part – sponsorship ta’ Lm3,600 mibni fuq 4 snin, bil-bqija ta’ l-ispiża titħallas mill-uffiċċjal innifsu. Fit-tieni każ, dan huwa sponsorship ta’ Lm2,600 fuq perjodu ta’ sena u nofs. Il-Grad tal-uffiċċjali konċernati huma ta’ Senior Prinipal, li bħalissa qed jaqdi dmirijiet ta’ Head Secretariat, u ta’ Skrivan. Dawn ġew approvati skond il-proċeduri stabbiliti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005, xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nies li huma ntitolati għall-gazzetta ta’ kuljum huma dawk fil-gradi ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali, Direttur u uffiċjali oħra li, minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, jirrekjedu li jagħmlu użu mill-gazzetti.
In-nefqa għall-gazzetti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2004 kienet ta’ Lm9,659 u fl-2005 ta’ Lm8,893.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approva?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 l-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni, kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra u jikkonfermax jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ħadd mill-membri tal-Private Staff tiegħi ma siefer waħdu, iżda dawn meta siefru kien dejjem biex jakkumpanjaw lili waqt id-delegazzjonijiet tiegħi. Il-postijiet fejn marru, raġuni u flus kemm ingħataw jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma ntitolati għal gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari? F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-proċess dwar il-ħatra ta’ Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi isir mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ghaldaqstant, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija għar-rigward ta’ dawn it-tlett karigi lill-Ministru konċernat.
Dawk ta’ Assistenti Diretturi, isir mis-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru.
Ninsab infurmat li ma nħatar l-ebda uffiċjal f’din il-kariga mingħajr ma’ applika għall-kariga li ġie appuntat fiha meta ħarġet il-call for applications għall-pożizzjoni partikolari.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li qegħdin jagħmlu l-interviews għall-officers u assistant officers fil-Malta International Airport? Jista' jgħid hux minnu li quddiem dan il-bord kienet intervistata qariba ta' wieħed mill-membri tal-bord ta' l-għażla?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu? Min huma u kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz? Min ingaġġahom? Min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi huma dawk li jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża? Kemm hemm u min huma l-persuni? Xi grad għandhom u min awtorizza l-ispiża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda uffiċjal mis-Segretarjat tal-Ministeru, dak tas-Segretarju Parlamentari u dak tas-Segretarjat Permanenti li qegħdin jiġu sponsorjati mill-Ministeru għal xi tip ta’ studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta.
Madankollu il-Ministeru jikkontribwixxi kull sena madwar Lm26,000 lira lil Institute of Forensic Studies fl-Universita’ ta’ Malta biex ikunu jistgħu jinżammu korsijiet ta’ studju u taħriġ dwar Kriminoloġija (Pulizija u Probation).
Fir-rigward tad-Dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħi ninsab infurmat illi fil-preżent hemm:-
Dipartiment Grad Numru Tip ta’ Studju
Pulizija Surġent 3 Liġi (Avukat)
Qrati tal-Ġustizzja Clerk 1 B. Ed (Hons)
Clerk 1 Diploma (Public
Administration
)
part time
Avukat Ġenerali Junior Legal 1 Masters in Maritime Law
Officer
L-uffiċjali hawn fuq imsemmija jieħdu s-salarju normali tagħhom mid-dipartiment rispettiv.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-sena 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għall-użu tiegħu temporanjament, fil-każ li fl-affermattiv kemm inkriet kuljum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni kif ukoll ir-rata ta' kiri tal-karozza uffiċjali u second car kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Rate/day of Hiring
Cost of Repairs Replacement Cars
Government Owned/Hired
Hire Rate/day
2004
2005
2004
2005
LM
LM
LM
LM
LM
Minister
Official Car
Govt. Owned
370.50
1,728.77
Second Car
Govt. Owned
109.16
92.26
Parliamentary Secretary
Official Car
Govt. Owned
*
-
-
Second Car
Govt. Owned
**
2,288.43
416.15
Note:
* From 1.1.04 to 19.5.04 Parliamentary Secretary made use of a hired car as an official vehicle. Daily rate was Lm11.80.
** From 1.1.04 to 31.12.04 Parliamentary Secretary made use of a hired car as a second vehicle. Daily rate was Lm9.44.
From 1.1.05 to 2.6.05 Parliamentary Secretary made use of hired car as a second vehicle. Daily rate was Lm9.44.
From 1.7.05 to 31.10.05 Parliamentary Secretary made use of hired car as a second vehicle. Daily rate was Lm8.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub dwar uniformijiet tal-private staff (mhux messaġġiera) hu s-segwenti:-
fl-2004 xejn
fl-2005 nefqa ta' Lm463.50 għal 5 membri (nisa) fis-Segretarjat Privat.
In-nefqa ġiet awtorizzata mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' private staff li hemm mal-ministru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tal-ministru u jagħti lista ta' l-ismijiet, indirizzi u indentity cards tagħhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-doveri tagħhom fis-Segretarjat Privat tiegħi jammonta għal tnejn u għoxrin (22). L-uffiċjali li fil-preżent huma ingaġġati fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari jammontaw għal disgħa (9).
L-uffiċjali fis-Segretarjat tiegħi ġejjin minn dawn is-setturi: sittax (16) mis-Servizz Pubbliku, tlieta (3) minn azjendi li fihom il-Gvern għandu sehem u tlieta (3) mis-settur privat. L-uffiċjali fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari ġejjin minn dawn is-setturi: ħamsa (5) mis-Servizz Pubbliku, tnejn (2) minn azjendi li fihom il-Gvern għandu sehem u tnejn (2) mis-settur privat. Tajjeb jingħad li l-uffiċjali kollha li qed iservu kemm fis-Segretarjat tiegħi kif ukoll f’dak tas-Segretarju Parlamentari ġew ingaġġati b’kuntratt kif provvdut fid-dokument imsemmi aktar ‘l isfel.
Is-salarju, allowances u benefiċċji oħra li jirċievi kull uffiċjal tas-Segretarjat Privat huma dawk li hemm indikati fid-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” maħruġ f’ Mejju 2003.
Rigward il-parti tal-mistoqsija fejn intalbu dettalji personali, ma narax li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex tali informazzjoni qed tintalab.
Ġustizzja u Intern — Impjegati 'il fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħi hemm dawn l-uffiċjali li għandhom 'il fuq minn 61 sena kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.