Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li min Jannar 2007 sallum kienu ħames (5) persuni fi skala 1 sa 4 li telqu mis-servizz.
Tlieta (3) kienu d-diretturi li ma ġġeddilhomx il-kuntratt, wieħed qiegħed assenjat ma' aġenzija barra min Malta, filwaqt li wieħed irriżenja minħabba raġuni ta' saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi lħlas ta' kontijiet ta' mobile phones fil-perijodu msemmi kienet hekk:-
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mobile phones li nxtraw ġodda minn Jannar sa Novembru kienu dawn:
Prezz
Ministeru
Dekasteru
Enti
Lm80
Head of Secretariat
Mount Carmel Hospital
Lm39
Community Manager
Lm78
Dir of Phsychiatry
Lm89
Principal Social Worker
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġiet mikrija BMW għall-Ministru mill-21 ta' Mejju 2007 sad-19 ta' Ġunju 2007 bir-rata ta' Lm18.25 kuljum waqt li l-karozza uffiċjali kienet għat-tiswija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba milll-Onor. Interpellant tinsab miġbura fit-tabella ta' hawn taħt:
Nru
Tip
Ċilindrat
Prezz Lm
Użu
1
Fiat Panda Active
1108cc
13,700
Użu ġenerali fis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'
2
Fiat Panda Active
1108cc
13,700
Użu ġenerali għad-Dipartiment Saħħa Pubblika
1
Fiat Panda Active
1108cc
13,700
Użu ġenerali għad-Dipartiment Kura Primarja
1
VW Touran
1595cc
7,930
Użu ġenerali taċ-Ċentru Nazzjonali tad-Demm
1
Fiat Doblo Panorama
1300cc
8,770
Użu ġenerali ta' trasport, trasport ta' pazjenti, u
home visits
- Sptar Zammit Clapp
2
Nissan Note
1400cc
4,980
Użu ġenerali għad-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ din is-sena fil-Ministeru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu kien hemm sitt(6) impjegati li għalqu il-61 sena li d-dettalji tagħhom huma kif jidhru hawn:
Adviser – Transport Unit fi ħdan il-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm6,878 fis-sena u joqgħod fid-9 Distrett;
Adviser - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm4,242 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett;
2 Secretariat Messengers - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandhom salarju ta’ Lm2,326 fis-sena u joqgħodu fil-5 Distrett;
Chief Executive Officer – ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq bażi full-time, għandu salarju ta’ Lm14,507 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett;
Clerk – ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq bażi part-time, għandha Lm2,625 fis-sena u toqgħod fil-11 il-Distrett
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu separatament minn Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru u l-uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu huma kif qed jidher hawn taħt:-
TOTAL SA SETTEMBRU 2007
Ministru
1,050.2
Kap tas-Segretarjat Privat
269.83
Segretarju Privat tal-Ministru
603.43
Segretarju Permanenti
595.02
Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi
410.43
Direttur Ġenerali, Taqsima tax-Xogħlijiet
432.44
Direttur, Dipartiment tal-
Financial Management
545.25
Direttur, Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni
536.58
Direttur, Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
288.65
Direttur, Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi
428.88
Direttur, Dipartiment għat-Tfittxija taż-Żejt
537
Direttur, Dipartiment ta’ l-
EU Affairs
105.77
Direttur ,
PMSS
419.13
Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
546.68
Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni
292.72
TOTAL SA SETTEMBRU 2007
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Chairman
408.65
CEO
450
Director (Water)
687.65
Director (Energy)
432.10
Analyst II
356
Analyst II
381
Analyst II
325
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Chairman
550.18
Segretarju Eżekuttiv
419.02
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari Nru.26172 tal-24 ta’ Ottubru, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tan-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura minn Jannar ta’ din is-sena separatament uffiċjal b’uffiċjal u xahar b’xahar kif ukoll l-ISP f’kull każ.