Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għall-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu? Kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn tinsab din il-proprjeta' mikrija separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal proprjeta' mikrija mingħand il-privat. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar tali kirjiet hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru 2005 u llum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew magħżula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Ottubru 2005 u llum ma kien hemm l-ebda call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fl-2005 siefru dawn l-uffiċjali : Skala tal-uffiċjal 15 : Destinazzjoni Moska, swiet Lm 665 għal 4 iljieli. Skala tal-uffiċjal 16 : Destinazzjoni Brussel, swiet Lm 860 għal 8 iljieli. Fl-2006 siefru dawn l-uffiċjali : Skala tal-uffiċjal 16, Destinazzjoni Kajr, swiet Lm 375 għal 4 iljieli. Skala tal-uffiċjal 16, Destinazzjoni Ruma, swiet Lm 430 għal 3 iljieli.
Xogħol barra minn Malta minn persuni f`skali 14, 15 u 16 sar b`rabta ma installazzjonijiet ta` apparat ta` IT f`Ambaxxati ta` Malta. Peress li l-uniku persuna li l-Ministeru għandu fl-IT Department (minbarra l-IMO) għandu salarju fi skala 16, is-Segretarju Permanenti awtorizzat il-vjaġġi ta` din il-persuna għal xogħol barra minn Malta. Fl-2005 kien hemm persuna f`skala 15 li siefret għall-istess raġuni. B`dan il-mod, il-Ministeru qed juża` r-riżorsi kollha tiegħu bl-aktar mod effettiv.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhijiex qed tintuża għal xi raġuni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija s-segwenti:
(i) It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għandha diversi proprjetajiet madwar Malta u Għawdex li m'humiex jintużaw. Ir-raġuni għal dan in-"non-uso" tvarja minn art xagħri għal kmamar li fihom xi ħsarat.
(ii) Id-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja bħalissa għandha proprjeta' fi Strait Street Valletta li mhijiex qed tintuża. Huwa l-ħsieb ta' din id-Diviżjoni li din il-proprjeta' tiġi żviluppata f'Judges Chambers.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli 'A' u 'B' għar-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li juri l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabelli 'C' u 'D' juru l-istess informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru 2005 u llum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew magħżula l-applikanti; jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-uniċi sejħiet għall-applikazzjonijiet bejn Ottubru 2005 sal-lum biex jiġu mpjegati nies minn redeployment mall-Ministeru tiegħi kienu sitta (6), u dawn saru kollha mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Dawn kienu magħżula kif jidher fil-lista hawn taħt :-
Call for Applications
Metodu tal-Għażla
Membri tal-
Interviewing Board
EU
Affairs Manager
(Il-proċeduri tar-reklutaġġ ġew finalizzati)
Interview
Chairman, Chief Executive
Officer, Deputy Chief Executive
Offi
cer ta’ l-ADT
Manager
(Għawdex)
(Il-proċeduri tar-reklutaġġ ġew finalizzati)
Interview
Deputy Chariman, Chief Executive
Officer
ta’ l-ADT
8 (No) Periti (A & CE)
Ir-reklutaġġ mistenni jsir sa l-aħħar ta’ Lulju ‘06)
Interview
Reklutaġġ permezz ta’ l-ETC. L-
interviews
għadhom ma sarux.
3 (No) Skrivani
(L-
interviews
saru. Ir-reklutaġġ mistenni jsir sa l-aħħar ta’ Ġunju ‘06)
Interview
Reklutaġġ permezz ta’ l-ETC.
Director Ltd, Manager Ltd
Manager
(Riżorsi Umani)
(Peress li l-post għadu vakanti l-Awtorita' ħarġet avviż fuq il-gazzetta wara li saru l-
interviews
u ma nstab ħadd addattat al posizzjoni msemmija)
Interview
Deputy Chairman, Chief Executive Officer, Deputy Chief Executive Officer
ta’ l-ADT
Manager (Legal)
(Il-proċeduri tar-reklutaġġ ġew finalizzati)
Interview
Deputy Chairman, Chief Executive
Officer
ta’ l-ADT
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm uffiċjali tal-gvern fi skala 14,15 jew 16 li siefru fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 u 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra, separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat fil-Mistoqsija ma kien hemm l-ebda uffiċjal tal-gvern fl-iskali 14, 15 u 16 mad-Dekasteru tiegħi li siefer fuq xogħol tal-gvern.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u l-2006 sal-lum fejn kien involut il-Ministru separatament safra b'safra, meta saru dawn is-safar, kemm damu ljieli, fejn kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u Jannar 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fid-dekasteru tiegħi minn Jannar 2006 sal-lum kienet ta' Lm8.09. Dan ix-xogħol sar fuq Renault Megane użata mid-Director, EU Affairs, Policy Development & Programme Implementation (scale 4). Minn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 ma saret l-ebda manutenzjoni fuq vetturi simili.
Fil-każ ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport din il-mistoqsija parlamentari ma tapplikax għax ma timpjega lil ħadd fi skali bejn 4 u 1 (tas-servizz pubbliku), imma timpjega Chief Executive Officer, Deputy Chief Executive Officer u tlett Diretturi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru għandu propjeta` waħda li tinsab vakanti. Il-Ministeru qed jistenna lid-Dipartiment tal-Propjeta` tal-Gvern biex joħroġ tender ħalli tinbiegħ.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistent personal tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allowance tal-Petrol tal-Ufficcjali msemmija f’din l-Mistoqsija huwa :
Litri fis-Sena
Segretarju Permanenti
2,100
Direttur Ġenerali
1,800
Diretturi
1,800
Assistant Personali tal-Prim Ministru
Skond il-bżonn
Segretarju Privat tal-Prim Ministru
1,800
In-nefqa totali f’petrol minn dawn l-Uffiżjali kollha kienet ta’ Lm6,473 fl-2004 u Lm6,172 fl-2005. Ma nara l-ebda relevanza li ngħati din l-informazzjoni uffiċjal b’uffiċjal.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhijiex qiegħda tintuża għal xi raġuni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhijiex tintuża u fejn tinsab din il-proprjeta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proprjeta’ li tinsab f’numri 12 u 13, Triq San Pawl, il-Belt u numri 14 u 16 fi Triq Melita, il-Belt bħalissa m’hiex qiegħed tintuża.
Il-propjeta’ f’numru 12, Tiq San Pawl se tkun okkupata fil-ġranet li ġejjin. Il-proprjta’ li tinsab f’numru 14, Triq San Pawl u dik f’numri 14 u 16, Triq Melita qed isirilhom xogħol ta’ refurbishment biex dawna jintużaw bħala uffiċini.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u Jannar 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-vetturi li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ipprovdiet tul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant lill-uffiċjali tagħha fi gradi komparabbli ma' skali governattivi 4 sa 1, huma kollha leased bil-manutenzjoni inkluża fill-prezz. Il-gradi kkonċernati huma dawk ta' Direttur Ġenerali, Direttur u Assistent Direttur.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija WasteServ Malta Limited ma tħallasx għall-manutenzjoni tal-karozzi ta’ l-uffiċjali tagħha. Ħadd mill-uffiċjali ta’ din il-kumpanija m’għandu d-dritt juża l-karozzi tal-kumpanija għal skopijiet personali.
Il-manutenzjoni tal-vetturi tal-gvern użati minn uffiċjali ta’ bejn skala 4 sa 1 fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, fil-perjodu ta’ bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u bejn Jannar 2006 sa l-aħħar ta’ April 2006 kienet kif ġej:
Numru tar-Reġistrazzjoni
Ottubru 2005 - Diċembru 2005
Jannar 2006 -
April 2006
Total
Ottubru 2005 -
April 2006
LM
LM
LM
ABD846
235.50
619.24
854.74
FBJ509
591.00
189.00
780.00
GAU467
137.64
0.00
137.64
GAU541
0.00
0.00
0.00
KBE571
0.00
40.8
40.8
LCH123
0.00
39.90
39.90
ABO735
~~~
0.00
0.00
ABO736
~~~
0.00
0.00
ABO737
~~~
0.00
0.00
ABO739
~~~
0.00
0.00
ABO741
~~~
0.00
0.00
ABO742
~~~
18.78
18.78
Total Globali
964.14
907.72
1871.86
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan il-Ministeru/Dipartiment u l-enititajiet li jaqgħu taħtu m'għandhom l-ebda propjeta' li mhux qegħda tintuża.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru, 2005 sa Diċembru, 2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum fejn kien involut hu separatament, safra b'safra, meta saru dawn is-safriet, kemm damu iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw il-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għall-akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ispiża f'safar dwar id-delegazzjonijiet li għamilt matul l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum fejn kont akkumpanjat mill-uffiċjali indikati, kienet skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu, kemm qiegħda titħallas kera minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament fix-xahar? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati 'l fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta' u x'kariga għandhom? Huma impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw it-tali kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.