Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u l-2006 sal-lum, fejn kien involut hu safra b'safra, meta sar dan is-safar, kemm damu iljieli, x'kienet id-destinazzjoni,. min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom f'kull safra separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Data Post Ljieli Ammont Lm 08-14/01/05 Renju Unit 5 667.53 20-21/02/05 Brussel 1 786.08 06-10/04/05 Lussemburgu 3 578.06 (Akkompanjat minn Dr N Vella) 18-21/05/05 Norveġja 2 1,802.44 08-10/06/05 Svizzera 2 987.87 01-03/06/05 Lussemburgu 2 1,582.42 07-08/12/05 Brussel 1 568.04 15-17/01/06 Lussemburgu 2 431.19 28-29/01/06 Katanja 1 138.17

Turiżmu u Kultura — Vetturi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tal-vetturi tal-gvern ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu tammonta għal kif ġej: Vettura Ottubru sa Dicembru 2005 Jannar 2006 sal-lum CBN 323 - Lm 24.28 ABH 672 - Lm 246.85 EBH 831 - Lm 302.66

Riżorsi u Infrastruttura — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhijiex qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhijiex tintuża u fejn tinsab?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-proprjeta’ li mhijiex qed tintuża mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu huma kif jidhru hawn taħt:- 1. proprjeta’ li tinsab fil-Qasam Industrijali, Marsa, preċiżament A11, Qasam Industrijali Marsa. Din il-proprjeta’ kienet tintuża mill-Ex Distrett 11-12 tat-Taqsima tax-Xogħlijiet; 2. proprjeta’ fi Crown Works Ditch, Floriana li sa ftit ilu kienet tintuża mill-Ex Distrett 1 tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u li kellha tiġi vakata minħabba l-Proġett tal-Park and Ride.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-Ministeru kif ukoll id-Dipartimenti u l-Enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, m'għandhom l-ebda tip ta' propjeta' li mhix qiegħda tintuża.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu, kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu, kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjeta' mikrija separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-proprjeta’ mikrija mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttuta hija kif tidher hawn taħt:- Tip ta’ Użu Kera fix-Xahar Lm Lokalita’ Spazju ta’ żewġ garages li jintużaw bħala stores/workshops 136.87 Burmarrad Spazju għall-uffiċini ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 2,398.00 Marsa Il-kirja taż-żewġ garaxxijiet f’Burmarrad hija ta’ Lm 273.75 fix-xahar. Dan l-ammont jinqasam nofs b’nofs mal-Kunsill Lokali ta’ San Paw il-Baħar. Il-kirja ta’ l-uffiċini ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi hija skond kuntratt li sar fid-29 ta’ Jannar 2003.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Redeployment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu impjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru, 2005 sal-lum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew mgħażula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx mgħamul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u jekk fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti Għall-iSport kellha 4 call for applications for redeployment. Dawn kienu għal Communications & Marketing Executive, Front Office Clerk/Reception, Accounts Clerk u Electrician. Dawn saru kollha fuq bażi ta' kwalifiki u interview. L-interviewing board kien kompost mill-Kap Eżekuttiv, żewġ diretturi mill-Bord tad-Diretturi u l-Finance Officer. Ħadd ma applika għall-post ta' Electrician. Informat ukoll li fl-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta fuq il-post tax-xogħol (OHSA) hemm żewġ ħaddiema li ntbgħatu mill-Industrial Projects Services Ltd. (IPSL). Dawn iż-żewġ ħaddiema li jokkupaw gradi klerikali ġew sottomessi għal interview li saret minn Senior Manager fl-Awtorita' biex jaraw l-kompetenza taż-żewġ impjegati. Il-Korporazzjoni Għax-Xogħol u Taħriġ għamlet 3 call for applications sabiex jiġu mpjegati nies mir-redeployment. Dawn kienu għal Executive (Information System), Tradesman (Storekeeper) u Executive (Finance).Dawn saru kollha fuq bażi ta' interviews. Il-Bord tal-interviews kien immexxi minn wieħed mill-Bord tad-diretturi tal-Korporazzjoni u magħmul minn uffiċjali tal-ETC li huma kollha f'karigi maniġerjali. Informat li fl-MCAST saru 11 call for applications. Dawn kienu għal Technician (Electrical u Electronics) u Technician (Science), 2 Study Room Supervisors, 2 Handypersons, 1 Casual Substitute Administrative Officer u 4 Casual Substitute Clerks. Dawn saru kollha fuq bażi ta' interviewing. L-interviews saru kollha minn Diretturi u minn uffiċjali li huma kollha f'karigi maniġerjali. Informat ukoll li l-Kuleġġ ingħata permess biex jagħmel it-talba lill-ETC għal calls ta' Casual Substitute Administrative Officer u Casuals Substitute Clerks.

Turiżmu u Kultura — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għall-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu, kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

Turiżmu u Kultura — Call for applications

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru 2005 sal-lum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew magħżula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn Ottubru 2005 sal-lum Heritage Malta ħarġet 14-il sejħa għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema ta’ redeployment. Dawn kienu jikkonċernaw karigi vakanti fil-gradi ta’ Senior Conservators, Manager Diagnostic Science Labs, Manager Documentation, Manager Business Development, Senior Curator (Ethnography and Natural History) Conservators, Scientists, Head Librarian, Communications Executive, Finance Executive, Procurement Executive, IT Executive, Junior Documentalist u Skilled Tradesman (Elect). Il-proċess ta’ għazla f’kull każ jinvolvi intervisti lil dawk l-applikanti li jkollhom il-kwalifiki meħtiega skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-vacancy partikolari. L-intervisti li saru kollha saru minn persuni minn Heritage Malta li qegħdin fi gradi maniġerjali tad-dipartiment li fih ikun hemm il-vacancy partikolari u minn persuni mid-Dipartiment għar-Riżorsi Umani ta’ l-Aġenzija.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u minn Jannar ta' l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum fejn kien involut il-Ministru separatament safra b'safra, meta sar dan is-safar, kemm damu ljieli, x'kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom f'kull safra separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.

Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kolha inklużi) li saret matul l-2005 u l-2006 sal-lum fejn kien involut il-Ministru separatament safra b'safra, meta sar dan is-safar, kemm damu ljieli, fejn kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ix-xogħol tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin huwa intrinsakament marbut ma’ laqgħat barra ‘l pajjiż u allura ma nistax nifhem x`utilita` jista` jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru.

Affarijiet Barranin — Vetturi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u Jannar 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija : Vettura : Citroen Xsara, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm97.68, 2006 Jannar - Mejju : Lm35.46, Vettura : Renault Megane, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm36.14, 2006 Jannar - Mejju : Lm53.79, Vettura : Citroen Xsara, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm0.00, 2006 Jannar- Mejju : Lm7.97, Vettura : Peugeot 206, 2005 Ottubru - Diċembru: Lm47.20, 2006 Jannar - Mejju : Lm0.00, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm152.58, 2006 Jannar - Mejju : Lm6.45, Vettura : Volvo S70, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm64.96, 2006 Jannar - Mejju : Lm111.97, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm0.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm140.27, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm266.85, 2006 Jannar - Mejju : Lm398.33, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm41.62, 2006 Jannar - Mejju : Lm141.46, Vettura : BMW 520i, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm74.80, 2006 Jannar - Mejju : Lm104.76, Vettura : Mercedes - Benz E240, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm36.34, 2006 Jannar - Mejju : Lm112.81, Vettura : BMW 520i, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm536.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm197.00, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm2.15, 2006 Jannar - Mejju : Lm501.46, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm254.20, 2006 Jannar - Mejju : Lm12.49, Vettura : Volvo S80, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm241.59, 2006 Jannar - Mejju : Lm440.00,Vettura : Cadillac Deville, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm0.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm50.00, Vettura : Peugoet 607, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm257.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm355.00, Vettura : Ford Victoria, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm66.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm81.00, Vettura : Mercedes - Benz E240, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm427.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm189.66, Vettura : Mercedes - Benz E240, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm509.89, 2006 Jannar - Mejju : Lm0.00, Vettura : Alfa Romeo, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm827.37, 2006 Jannar - Mejju : Lm41.30, Vettura : Mercedes - Benz, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm9.34, 2006 Jannar - Mejju : Lm58.99, Vettura : Peugeot, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm74.93, 2006 Jannar - Mejju : N/A, Vettura : Audi A4, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm121.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm410.00, Vettura : Mercedes - Benz C 220, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm253.92, 2006 Jannar - Mejju : Lm17.75, Vettura : Cadillac Deville, 2005 Ottubru - Diċembru : Lm0.00, 2006 Jannar - Mejju : Lm368.14.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhijiex qiegħda tintuża għal xi raġuni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhijiex tintuża u fejn tinsab?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tweġiba fin-negattiv.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu? Kemm qiegħda titħallas kera kull xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn tinsab din il-proprjeta' mikrija separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Vetturi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Turiżmu u Kultura — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti jew enti li jaqaw taħtu ma għandom l-ebda proprjeta' li mhix qiegħda tintuża.

Ġustizzja u Intern — Redeployment

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu impjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru, 2005 sal-lum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew mgħażula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u jekk fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda "redeployment exercise" għaddej fil-Ministeru u d-dekasteru jew enti matul il-perijodu indikat.

Affarijiet Barranin — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu, kemm qiegħda titħallas kera minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament fix-xahar? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija: Head Office : Ministeru - Valletta Lm 554.58, Diplo Foundation - Msida Lm 425.18, Garages Lm 44.16, Ateni : Ambaxxata Lm855.36, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 813.86, Beijing : Ambaxxata Lm 2,232.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 1,759.00, Residenza ta` MBO Lm 582.00, Garage Lm 22.55, Store Lm 22.55, Kajr : Ambaxxata Lm 1,164.65, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 998.27, Kanberra : Konsolat Ġenerali f`Melbourne Lm 592.13, Konsolat Ġenerali f`Sydney Lm 874.49, Kopenhagen : Ambaxxata Lm 1,887.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 1,285.00, Dublin : Ambaxxata Lm 2,350.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 3.000.00, Unjoni Ewropeja u Brussel : Ambaxxata Lm 5,393.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur (EU) Lm 2,366.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur (Belġju) Lm 1,690.00, Ginevra : Ambaxxata Lm 1,142.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 2,529.00, Garage Lm 55.00, The Hague : Ambaxxata Lm 2,942.52, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 3,074.43, Londra : Ambaxxata Lm 15,860.00, Madrid : Ambaxxata Lm 1,871.92, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 2,139.34, Pariġi : Ambaxxata Lm 6,162.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 2,205.00, Garage Lm 33.00, Rijadh : Ambaxxata Lm 692.56, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 1,180.49, Ruma : Ambaxxata Lm 2,600.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 2,260.00, Strasburg : Ambaxxata Lm 966.19, Toronto : Konsolat Ġenerali f`Toronto Lm 1,121.86, Tunis : Ambaxxata Lm 997.00, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 759.00, Vjenna : Ambaxxata Lm 2,054.20, Residenza ta` l-Ambaxxatur Lm 1,149.79, Garage Lm 87.64