Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Servizz ta' internet
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18477, jista' il-Ministru jgħid x'kariga għandhom dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni (jew iktar minn raġuni waħda) li għaliha/għalihom mhux jużaw is-servizz provdut mill-MITTS meta din hi ente direttament fir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Uffiiċjali għandhom il-kariga ta' Segretarju Privat tal-Ministru, "Communications Coordinator" u "Policy Coordinator".
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta' l-internet fid-djar mhuwiex provdut esklussivament mill-MITTS u m'hemm l-ebda regolament li jitlob li l-uffiċjali li għandhom bżonn dan is-servizzz iridu jużaw is-servizz tal-MITTS.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18484, jista' il-Ministru jgħid x'kariga għandhom l-uffiċjali li qegħdin jużaw mobile phone mill-private staff tiegħu u kemm nefaq kull wieħed minnhom matul l-2005 u l-2006 sal-lum? Jista' jgħid jekk inqabiżx is-ceiling allokat għal kull uffiċjal minn xi ħadd minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18484 inżid li l-uffiċjali intitolati huma dawk skond l- Engagement of Staff in Minister's Private Secretariat. Fl-uniku każ fejn japplika ceiling, dan ma nqabiżx.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern part-time, full-time on contract basis u on temporary basismill-2003 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn dak li qal f'mistoqsija parlamentari 17371 xi suldat ieħor apparti ċ-ċifra li ta fl-istess tweġiba minn Jannar 2006 sal-lum, irriżultax pożittiv għat-TB mute jew mard ieħor minħabba kuntatt mal-klandestini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18490 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu, inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari" F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fil-Ministeru tal-MIIIT sa mill-1 ta’ Jannar 2005 saret biss ħatra waħda fejn il-persuna ma kenitx intervistata. Dil-persuna kienet diġa Direttur u peress li ma nstab ħadd idoneo minn dawk li applikaw inkluż l-‘incumbent’, il-pożizzjoni ta’ Direttur (Servizzi Koperattivi) intliet permezz ta’ ‘Lateral move’.
B'riferenza għal ċirkolari maħruġa mill-Ministru tal-Finanzi MFC 5/98 fit-18 ta' Marzu 1998, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din għadhiex valida? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hemmx xi ministru jew segretarju parlamentari li għandu l-karozza tiegħu jew is-second car taqbeż l-1800cc? Jista' jgħid jekk il-permanent secretaries, chairpersons, diretturi ġenerali, CEOs u diretturi għandhom karozza li taqbeż iċ-ċilindrata imsemmija fl-istess ċirkolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm fiċ-ċivil segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, assistenti diretturi, senior principals, principals fi skala 8, fi skala 9 u fi skala 10, executive officers, senior clerks, clerks, casual executive officers, casual typists u casual clerks? Jista' jgħid kemm hemm vakanzi f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sat-30 ta’ Ġunju 2006, in-numru ta’ uffiċjali fiċ-Ċivil kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Segretarji Permanenti: 15
Direttur Ġenerali: 23
Diretturi: 125
Assistant Diretturi: 142
Senior Principles: 121
Principles
fi skala 8: 24
fi skala 9: 374
fi skala 10: 102
Executive Officers: 498
Senior Clerks: 618
Clerks: 1142
Casual Executive Officers: 23
Casual Clerks: 88
Casual Typists: 4
In numru ta’ vaganzi jvarjaw skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-Servizz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16049, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu f'parti minn Triq Spiru Mizzi, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jagħti d-data ta' meta se jinbeda x-xogħol ta' resurfacing b'mod konkret fi Sqaq l-Imrieħel, Birkirkara li tant ilu mistenni mir-residenti li joqogħdu hemmhekk?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fis-sqaq imsemmi mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li din it-triq kienet ġiet asfaltata żmien ilu. Il-manutenzjoni ta’ din it-triq hija responsabilita’ tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu f'parti minn Triq Mons G Depiro, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jara li jitħaffef il-proċess u li ssir card phone fi Pjazza l-Eroj, l-area tal-Qattus, f'Birkirkara li hemm talba kbira għaliha minn nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-Maltacom hija kumpanija privata l'Onor Interpellant jifhem li jiena ma nistax nirrispondi għaliha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15986, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Part 1 Order maħruġa minn Colonel R Farrugia, Commanding Officer ta' l-Ewwel Rigment, nhar il-Ħamis 24 ta' Marzu, serial number 31, paragrafu 127 jgħid hekk: Part 1 Order, Ser 30, para 125 dated Wednesday 22nd March 2006 is hereby cancelled? Jista jgħid jekk dak li l-Part 1 Order in kwestjoni kkanċellat għadux ikkanċellat sal-lum, x'kienet ir-raġuni u jekk dak li ġie mwiegħed mill-istess Prim Ministru fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15986 ingħatax is-suldati llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-pożizzjoni llum hi kif spjegat fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru 19787. Biex ma jkunx hemm xi nuqqas ta’ ftehim fl-ordnijiet li l-Armata ħarġet f’dan ir-rigward, qed terġa tingħata direttiva biex tiġi ppublikata mill-ġdid l-ordni li tamenda r-regolamenti tal-‘Leave’ fl-Armata, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mas-suġġett tal-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li xi care workers jew assistant care workers jibdew jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl f'xi dar ta' l-anzjani partikolari f'Malta? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid f'liema djar hu ppjanat li jiddaħħal dan it-tip ta' shift, x'inhi r-raġuni u jekk hux se tingħata allowance lil dawn il-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tad-Dar tal-Gżira hemm il-pjan li senior care worker, u sitt care workers jibdew jaħdmu fuq bażi ta' shift, li jinkludi xogħol ta' bil-lejl, jiġifieri ANRO.
Ir-raġuni hija li nħass il-bżonn li matul il-lejl fid-dar tal-Gżira ikun hemm preżenti care worker raġel kif ukoll care worker mara li sal-lum kien hemm biss care worker wieħed.
Naturalment, dawn issa se jingħatalhom Night shift allowance minflok id-Day shift allowance.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Antonio Galea, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li beda fi Triq l-Għabex f'Birkirkara waqaf? Jista' jgħid meta se titkompla din it-triq u jara li tingħata attenzjoni immedjata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Meta l-Mepa ħarġet il-linja tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li kien hemm ħames arbli tad-dawl li kellhom bżonn jiġu mċaqalqa biex jkun jista’ jinbena retaining wall ta’ din it-triq.
Minħabba f’hekk ix-xogħol kellu jieqaf għal xi żmien sakemm dawn l-arbli ġew imressqa kif suppost.
Kif tressqu dawn l-arbli x-xogħol fit-triq imsemmija tkompla skond il-programm tax-xogħlijiet.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fiq Triq il-Ftieħ, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jagħti d-data meta se jinbeda x-xogħol ta' resurfacing b'mod konkret fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara li tant ilu mistenni mir-residenti li joqogħdu hemmhekk?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li din it-triq kienet ġiet asfaltata żmien ilu. Il-manutenzjoni ta’ din it-triq hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Giovanni Mamo, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 il-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni? Kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra u jikkonfermax jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li bejn l-2004 u 2005 kien hemm erba' (4) uffiċjali mis-Segretarjat tiegħi li siefru fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern. B'kollox kien hemm (22) tnejn u għoxrin safra li saru lejn Brussells, Budapest, Ruma, Awstrija, Pariġi, Londra, Amsterdam, Praga, Irlanda, Dubai, Napli u t-Tuneżija.
Il-flus li ngħataw lill dawn l-uffiċjali kienet skond il-proċedura stabbilita tal-Gvern ippublikati f'ċirkulari maħruġa mil MPO kull sena.
Peress li dawn l-uffiċċjali xi drabi akkumpanjaw lili, u peress illi ħafna drabi, minħabba l-qosor tas-safra, l-biljett awtomatikament joħroġ fuq business class, kien 3 darbiet biss li l-uffiċjali vvjaġġaw economy class. F’numru sostanzjali ta’ safriet kien hemm refużjoni tal-biljett ta’ l-ajru.