Legislature:
Category:
Reset
Active:

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq safar fl-2005 u l-2006 kienet kif jidher hawn taħt: 2005: Ministeru / Dipartiment: Lm 20,274 – minn dawn ġew rimburżati Lm 2,720 filwaqt li Lm908 għad iridu jiġu rimburżati. Awtorita dwar it-Trasport: Lm16,857. 2006: Ministeru / Dipartiment: Lm 15,640 – minn dawn ġew rimburżati Lm 3,898 filwaqt li Lm2,508 għad iridu jiġu rimburżati. Għad hemm xi spejjeż oħra żgħar li jridu jitħallsu. Awtorita dwar it-Trasport : Lm 28,233. In-nefqa tal-Ministeru/Dipartiment naqset mill-2005 għall-2006 filwaqt li kien hemm żieda fin-nefqa ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Madankollu iż-żieda fin-nefqa globali tal-Ministeru/Dipartiment u l-ADT kienet minima. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-safar kollu sar skond il-ħtiġijiet u l-obbligi tal-Ministeru / Dipartiment jew ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Is-safar kollu ġie approvat skond il-proċeduri stabbiliti.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l fl-2005, l-ispiża globali għas-safar kienet ta’ Lm200,820.54, li minnhom irċivejna lura l-ħlas ta’ Lm83,831.04 mill-Unjoni Ewropea. Fl-2006, l-ispiża globali għas-safar kienet ta’ Lm211,294.10, li minnhom mill-Unjoni Ewropea Lm82,925.34. L-ispejjeż qed jirriżultaw l-aktar mill-fatt li qed jiżdiedu l-obbligi tal-Ministeru minħabba proposti ġodda fi ħdan l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-ambjent, agrikoltura u sajd u fil-qasam ta’ l-affarijiet veterinarji. Il-fatt li din l-ispiża kienet koperta mill- Budget approvat ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ l-approvazzjoni tal-Prim Ministru. Is-safar ta’ matul is-sena 2006 ġie approvat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kif inhi l-proċedura.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dipartimenti qed jirreferi.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22462 u jgħid l-ammont tan-nefqa għat-toroq u tabelli tat-toroq għas-sena 2005 u sa Ottubru 2006? Jista' jgħid kemm kien l-ammont tan-nefqa tal-Gvern f'Malta u Għawdex li għalihom ħarġet tender u għal dawk li ma ħarġet ebda tender imma ngħataw b'direct order?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid l-ammont tan-nefqa għat-toroq u tabelli tat-toroq għas-sena 2005 u sa Ottubru 2006? Jista' jgħid kemm kien l-ammont tan-nefqa tal-Gvern f'Malta u Għawdex li għalihom ħarġet tender u għal dawk li ma ħarġet ebda tender imma ngħataw b'direct order?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21613 u jgħid: Wara li r-Riverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Birkirkara flimkien mal-Ven. Soċjeta' Don Filippu Borgio kienu għamlu talba biex f'Birkirkara jinbena ċimiterju, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni? Jekk hi aċċettata, x'inhu d-dewmien biex jinħareġ il-permess? Jekk hi fin-negattiv, x'inhuma l-problemi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata fost affarijiet oħrajn minħabba li d-Dipartiment tas-Sanità ma jippermettix dan għaliex li ma kienx hemm id-distanza regolamentari mir-residenzi, skond il-Kodiċi tal-Pulizija. L-istess appellanti, fl-appell baqgħu kull darba jitolbu diferimenti minħabba li kienu qed jinfurmaw lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar li kienu qegħdin f’diskussjonijiet mal-General Services Board tad-Dipartiment tas-Sanità u kienu qed jipproponu bidliet fil-pjanti biex jippruvaw jikkonformaw mal-Kodiċi tal-Pulizija. L-istess appellanti ilhom jiddiferixxu l-istess appell mill-bidunett u fl-aħħar seduta, li kienet fil-25 ta’ Ottubru 2006, ħadd mill-appellanti jew konsulenti tagħhom ma deher.

Birkirkara — Ċimiterju

Question

Wara li r-Riverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Birkirkara flimkien mal-Ven. Soċjeta' Don Filippu Borgio kienu għamlu talba biex f'Birkirkara jinbena ċimiterju, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni? Jekk hi aċċettata, x'inhu d-dewmien biex jinħareġ il-permess? Jekk hi fin-negattiv, x'inhuma l-problemi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

OPM — Direct Orders

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba

Ħaddiema fis-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern part-time, full-time on contract basis u on temporary basismill-2003 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dawk il-ħaddiema impjegati bħala casuals meta jirreferi għall-ħaddiema ‘on temporary basis’ fil-mistoqsija tiegħu. Ninsab infurmat illi minn Jannar tas-sena 2003 sal-lum, ġew imjegati 87 persuni fuq bażi part-time, 507 b’kuntratt full-time, u 810 casuals fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, filwaqt li matul l-istess perjodu, spiċċaw 1008. In-numru totali ta’ impjegati fis-Servizz Publiku niżel minn 30701 għal 29435 matul l-istess perjodu. Dettalji tagħhom u fejn ġew impjegati, sena b’sena, jidhru fil-listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lyster Barracks — Detention services

Question

B'riferenza għal dak li qal fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15985, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex fid-detention services ta' Lyster Barracks f'memo maħruġ fit-8 ta' Mejju lil kull shift minn Sgt Zammit R CSM kien hemm miktub hekk: Please be informed that a list of time-in-lieu 2005 and annual leave 2006 that is to be taken are attached with this memo. These time-in-lieu and annual leave must be availed by the end of May/June 2006 u f'memo oħra datata 12 ta' Ġunju 2006, maħruġa minn detention centre Lyster Barracks lil kull shift, iffirmata mill-Kaptan C Attard tgħid hekk: all the time-in-lieu (2005) not taken by 30 July 2006 will be deducted and lost? Jista' il-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma b'riferenza għal dawn il-memos partikolari hux fil-fatt jingħata forced leave f'ċertu sezzjonijiet ta' l-armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt infurmat li minħabba li matul is-sena li għaddiet l-influss ta’ mmigranti rregolari ġab miegħu pressjoni ta’ xogħol konsiderevoli fuq is-suldati sekondati mad-Detention Services, numru minn dawn is-suldati kien fadlilhom ‘leave’ annwali li ma setgħax jittieħed matul is-sena 2005. Għaldaqstant dawn is-suldati ngħataw il-permess li jieħdu l-‘leave’ li kien baqgħalhom fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Fejn jidħol it-‘time-off-in-lieu’, din ir-restrizzjoni m’hix tiġi applikata u wieħed jista’ jagħmel użu minn dan il-‘leave’ meta jrid u skond ma’ jippermettu l-esiġenzi tas-Servizz. L-ordni li ġġiegħel dawn is-suldati jieħdu t-‘time-off-in-lieu’ sa l-aħħar ta’ Lulju ta’ din is-sena ġiet irtirata.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn dak li qal f'mistoqsija parlamentari 17371 xi suldat ieħor apparti ċ-ċifra li ta fl-istess tweġiba minn Jannar 2006 sal-lum, irriżultax pożittiv għat-TB mute jew mard ieħor minħabba kuntatt mal-klandestini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt infurmat li minn Jannar 2006 sal-lum ġew iċċekjati 18-il suldat ieħor li tlieta minnhom irriżultaw li għandhom it-TB mute, jiġifieri mhux infettivi. Dawn ġew offruti trattament preventiv.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18489, jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija għas-snin 2004, 2005 u 2006 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' mobile phones li ġew irrapurtati nieqsa / misruqa / ma jissewwewx huma: 2004 - 1 2005 - 3 2006 - 1

Fossa tal-Belt, Valletta — Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda tagħmilha ta' parker filgħodu fil-parking area magħrufa bħala il-fossa fil-Belt, Valletta għandux permess ta' l-awtorita' konċernata u f'każ li fin-negattiv jista' jara li ma jitħalliex dan l-abbuż? Jista' jara li jiġu stallati cameras tas-sigurta' f'din l-istess parking area minħabba serq kbir li qiegħed isir mill-karozzi pparkjati hemmhekk?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-post imsejjaħ il-fossa mhux post li jaqa’ taħt il-gurisdizzjoni ta' l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Dan ifisser illi hemmhekk mhux kunsidrat bħala parking area. Il-Parker imsemmi mhux liċenzjat u nqabad mir-rappreżentanti tal-istess Awtorita’ li nfurmaw il-pulizija u ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li gejjin.

Birkirkara — Triq Ġużeppi Licari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi b'rabta mal-każ li saret referenza għalih f'mistoqsijiet parlamentari 16478 u 17150?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-aħħar tweġiba għall-Mistoqsija 17150 il-permess għall-iżvilupp in konnessjoni ma’ dan il-każ ġie deċiż fis-7 ta’ Frar 2006.

Żvilupp Urban u Toroq — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17334, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tip ta’ secondment li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant m’għadux jiġi pprattikat. Madankollu ninformah li fis-segretarjat tiegħi hemm 7 uffiċjali li huma ngaġġati fuq bażi ta’ kuntratt definit u li ġejjin minn entitajiet / organizzazzjonijiet parastatali. Il-kuntratt ta' dawn l-uffiċjali huwa magħmul skond il-linji ndikati fiċ-ċirkulari.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16807, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?

Response (GALEA, LOUIS)

Fis-Segretarjat tiegħi għandi sitt uffiċjali seconded minn enti pubbliċi oħra.

Affarijiet Barranin — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18472, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi m'għandix uffiċċjali li huma seconded.