Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25235 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birkirkara — Triq Notabile

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tittaffa problema li qegħdin jiltaqgħu magħha residenti li joqogħdu fi Triq Notabile, Birkirkara u t-toroq tal-madwar, minħabba numru kbir ta' skejjel tat-tagħlim tal-karozzi li qegħdin jiġu jgħallmu l-karozza f'dik it-triq f'diversi ħinijiet tal-ġurnata? Minħabba li dawn ir-residenti, kawża ta' dan l-istess tagħlim ta' karozzi fit-triq tagħhom, qed ikollhom ħafna ħsarat speċjalment fil-vetturi tagħhom ipparkjati barra, jista' jara li jiġu stallati cameras tas-sigurta' immedjatament matul din it-triq u dawk tal-madwar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permessi lill-iskejjel tat-tagħlim tal-karozzi jinħarġu mill-Awtorita' tat-Trasport (ADT) u mhux mill-Pulizija. Madankollu tajt istruzzjonijiet lill-Pulizija biex jinvestigaw, u jekk jirriżulta xi ksur tal-liġi, jittieħdu l-passi neċessarji.

Fabbrika ta' Farsons — Ħruġ ta' duħħan

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Notabile u tal-madwar, jekk l-ammonti ta' duħħan iġġenerati mill-fabbrika ta' Farsons hux skond il-liġi, anke fid-dawl ta' l-obbligi li wieħed irid josserva skond liġijiet Ewropej? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kif wasal għat-tali konklużjoni u jekk ma jafx, jista' jara li jsir studju mmedjatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din hija l-ewwel darba li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rċeviet ilmenti ta` dħaħen minn din il-fabbrika. Għaldaqstant ser issir investigazzjoni f’dan ir-rigward mill-uffiċjali ta’ l-Awtorità.

Birkirkara — Triq il-Ftieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid, billi jagħti data konkreta, meta ser tingħata t-tarmac Triq il-Ftieħ, Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-triq imsemmija hija waħda mit-toroq fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li ħarġet l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta. Għaldaqstant din it-triq ser tkun lesta sa l-aħħar tas-sena 2008.

Flats tal-gvern — Forma ta' sussidju

Question

Tista' l-Ministru tagħti xi forma ta' sussidju fuq ir-running costs tal-lift lil dawk il-familji li joqogħdu fil-flats tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern ikopri l-ispejjeż kapitali kollha għall-istallar ta’ lifts fi blokki tal-Gvern fejn l-appartamenti jkunu mikrija. Dawn l-ispejjeż jammontaw għal eluf ta’ liri. Il-medja tar-running costs tal-lift għal kull appartament tammonta għal madwar Lm5 fix-xahar. S'issa m'hemmx il-ħsieb li l-Awtorita tad-Djar tissussidja dawn l-ispejjez.

Malta u l-Awstralja — Sistema tal-Medicare

Question

Jista' l-Ministru jirranġa s-sistema tal-Medicare li hi reċiprokata bejn Malta u l-Awstralja sabiex minn sitt xhur żmien issir bla limitu bħalma għandha l-Awstralja ma' pajjiżi oħra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Kummissjoni Għolja ta' Malta fl-Awstralja qed tiddiskuti din il-materja ma' l-awtoritajiet Awstraljani bil-ħsieb li jiġu evalwati l-implikazzjonijiet ta' l-estensjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

OPM — Mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew entitiegħu qabeż is-ceilingallokat għall-mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul Jannar sa Marzu 2007, uffiċjal wieħed mill-Ministeru tal-Finanzi qabeż ic-ceiling allokat. L-ammont maqbuż se jiġi rrifondut mill-istess uffiċjal.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u entitiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u Toroq — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007 inxtara mobile phone wieħed għal Kap tas-Segretarjat valur ta’ Lm 65. Min naħa ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport inxtraw tlett mobiles li ġew mnaqqsa mill-kreditu li l-ADT għandha mall-Vodafone. Dawn kienu għal :- VMS Operators NID valur ta’ Lm69 Manager HR valur ta’ Lm 89 Director LTD valur ta’ Lm 105

Żvilupp Urban u Toroq — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kienet :- L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm 6,897 Ministeru/Dipartiment Lm 2,000 Dawn l-ammonti jinkludu telefonati li saru fix-xahar ta' Diċembru għax normalment kont tat-telefon jintbgħat kull xahrejn. Għalkemm hemm xi kontijiet tax-xahar ta' Marzu li għadhom ma waslux.

Affarijiet Barranin — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li fil-perjodu indikat l-ebda uffiċċjal mill-Ministeru, dekasteru u enti ma qabeż xi ceiling allokat.

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul ix-xhur indikati jien infurmat li nxtraw 2 mobile phones għall-prezz ta' Lm 80.00 kull wieħed. Dawn iż-żewġ mobile phones jintużaw mis-Segretarju Privat u mill Assistent Segretarju Privat.

Affarijiet Barranin — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħi inklużi l-Ambaxxati u l-Konsolati kollha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm 19,841.66 li jinqasmu: Lm 6,214 mill-Ministeru, Lm 13,448.37 mill-Ambaxxati u Konsolati u Lm 179.29 mill-Forum Malta fl-Ewropa.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Telefonati minn linji fissi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u entitiegħu qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kienx hemm każi fejn is-ceiling inqabeż.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li inxtara sett ċellulari bħala replacement ta' mobile fl-OHSA b'nefqa ta' Lm27 għas-Senior Manager.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru u d-dipartimenti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment kienet ta' Lm15,168.06. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm10,854.41 f'telefonati minn linji fissi fl-istess perjodu filwaqt li l-WasteServ Malta Ltd nefqet Lm4,393.98.