Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni għadha qed tiġi verifikati u tingħata f'seduta oħra.

Kompettivita' u Komunikazzjoni — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni għadha qed tiġi verifikati u tingħata f'seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi environmental friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #25362 Sitting 532 2007-05-30 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Lukandi

Question

Tista' l-Ministru tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Lukandi

Question

Tista' l-Ministru tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi environmental friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqijsa numru 25260.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informazzjoni dwar l-ispejjeż li jinkludu l-flights u substance allowance li jinkludu l-lukandi ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma tistax tinżamm l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Hemm diversi okkażjonijiet fejn l-akkomodazzjoni hi mħallsa minn min jistieden. F'okkażjonijiet oħra individwu jingħata substance allowance u għaldaqstant ma tinżammx indikazzjoni ta' kemm stilel tkun il-lukanda.

Turiżmu u Kultura — Karozzi environmental friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu ma xtraw l-ebda karozza tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onor interpellant.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Lukandi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25356 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi Environmental friendly

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li ma nxtrawx karozzi li huma environmental friendly fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħi matul iax-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi environmental friendly

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar u Marzu 2007 ma nxtrat ebda karozza tat-tip indikat mill-Onor. Interpellant mill-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 10 PQ #25360 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ammonti imħallsa f’kontijiet ta’ mobile phones (billing) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienu kif jidhru hawn taħt: Spiża (Lm) Jannar Frar Marzu Ministry, Permanent Secretariat u EU Directorate 448.93 367.37 193.01 Directorate General (Works) 11.95 9.76 - Directorate General (Services) 5.00 8.14 - Building and Engineering Department 9.48 10.61 11.45 Construction and Maintenance Department 11.88 16.49 - Cleansing Services Department 7.39 14.04 - Oil Exploration Department 14.77 34.49 25.05 Malta Resources Authority 146.00 57.00 - Building Industry Consultative Council 5.15 - - 660.55 517.90 229.51 In-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-istess perijodu kienet kif jidher hawn taħt: Spiża (Lm) Jannar Frar Marzu Ministry, Permanent Secretariat u EU Directorate 100.00 100.00 - Financial Management Department 40.00 10.00 40.00 Directorate General (Services) 50.00 10.00 30.00 Building and Engineering Department 130.00 40.00 60.00 Construction and Maintenance Department 90.00 40.00 30.00 Manufacturing and Servicing Department 10.00 10.00 - Cleansing Services Department 40.00 10.00 10.00 Building Industry Consultative Council 100.00 - - 560.00 220.00 170.00 Skond kif stipulat fiċ-Ċirkulari Nru. 4/2002 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi datata l-1 ta’ Frar 2002, l-uffiċjali fil-ministeru, dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu li huma ntitolati għal mobile phone għandhom ceiling ta’ Lm350 fis-sena. Fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena ħadd ma qabeż dan is-ceiling ħlief il-Malta Resources Authority. Matul Jannar u Frar, l-Awtorita’ qabżet is-ceiling bi ftit minħabba safar fuq xogħol.

Affarijiet Barranin — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, kienet tammonta għal Lm 5,879.65.

Affarijiet Barranin — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena informat li vettura tal-High Commissioner f'Londra hija mikrija b'rata ta' Lm 13.00 kulljum. Iċ-Ċilindrata hija ta' 3000 cc.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Karozzi environmental friendly

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul iż-żmien imsemmi fl-uffiċċju tiegħi ma nxtraw l-ebda karozzi kif indikati fil-Mistoqsija.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.