Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol sub contracting
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta kuntratt ikun jipprovdi li kuntrattur jista’ jagħti xogħol ta’ subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onorevoli Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta’ kuntratti pjuttost mis-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa’ jissottometti mistoqsija parlamentari oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kontijiet tas-safar minn uffiċjali tal-Ministeru bejn Jannar u Marzu 2007, huwa kollu magħluq u m'hemmx subsistence allowance zejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu,2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat kien hemm safra waħda flimkien maċ-Chairman ta' l-ADT ghal l-Ingilterra. L-ispejjez involuti globalment kienu ta' Lm2,296.20 (Lm982.65 rifuzi mill-ADT).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-nefqa ta’ hospitality xahar b’xahar matul Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena kienet :-
Jannar
Ministeru/Dipartiment Lm 203.17
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1010.97
Frar
Ministeru/Dipartiment Lm 200.01
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 705.79
Marzu
Ministeru/Dipartiment Lm 454.49
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1746.60
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'Jannar, Frar u Marzu 2007 kien hawn sitt każi fejn kien hemm kontijiet tas-safar mhux magħluqa. Ir-raġuni hija l-pressjoni tax-xogħol f'Ministeru fejn is-safar huwa parti ntegrali mix-xogħol tagħna.
Peress li jirriżulta li hemm xi numru sostanzjali ta' suldati li mhux si jilħqu jagħlqu l-25 sena servizz, meta tidħol fis-seħħ il-klawsola ta' l-irtirar tal-55 sena, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jippermetti li dawn is-suldati jibqgħu jservu sakemm jagħlqu l-25 sena servizz jew inkella sal-61 sena biex b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-pensjoni sħiħa tas-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-deċiżjoni dwar l-irtirar tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-età ta’ 55 sena ttieħdet u ġiet ikkomunikata lill-ranks kollha f’Diċembru 1997.
Din id-deċiżjoni kif meħuda għandha tibqa’ u dawk kollha li għalqu l-55 sena għandhom jirtiraw fit-8 ta’ Jannar 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minister or Officer
Destination
Month
Flight
Subsistence
Accomodation
Hon Dr L Deguara
Germany
March
nil
430
nil
Dr R Busuttil
Germany
March
nil
430
nil
Saviour Gambin
Germany
March
nil
430
nil
Elaine Dutton
Germany
March
182
258
nil
Ma kienx hemm safar f'Jannar u Frar 2007 marbuta ma' din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li jien sifirt fuq xogħol darbtejn bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena. Fiż-żewġ każi kont akkumpanjat mill-Personal Assistant tiegħi.
L-ewwel safra kienet lejn Scotland u n-nefqa globali kienet ta’ LM3090.54.
It-tieni safra kienet lejn Dubai u n-nefqa globali kienet ta’ LM1307.33.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu ma hemm l-ebda kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat fuq safar li sar matul Jannar, Frar u Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm13,294.83, Lm12,191.20 u Lm21,429.13 rispettivament.
Ta' min jgħid illi Lm9,939 f'Jannar, Lm9,305 fi Frar u Lm19,116 f'Marzu intefqu f'hospitality ma' ġurnalisti barranin bil-għan li jinkitbu artikli u riklamar fir-rivisti tagħhom.
L-uffiċjali li approvaw dawn iċ-ċifri u l-entitajiet rispettivi huma kif ġej:
Segretarju Permanenti, Segretarju Privat/Assistent Segretarju Privat - Ministeru għat-Turiżmu u Kultura
Chairman, CEO, Director Communications & PR u Manager Hospitality - Awtorita' tat-Turiżmu
Kap Eżekuttiv - Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
Chairman - Orkestra Nazzjonali
Chairman - Teatru Manoel
Kap Eżekuttiv - Heritage Malta
Aġent Sovrintendent - Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hemm tliet kontijiet pendenti mhux magħluqa fuq safar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, u Marzu 2007, iżda li huma fil-proċess li jitħallsu. Dawn jikkonċernaw ħlas ta' żewġ biljetti ta' l-ajru (wieħed ta' l-Awtorita' Marittima u l-ieħor tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni) u ħlas wieħed biss ta' travel insurance ta' l-Awtorita' Marittima.
Ma kien hemm l-ebda flus minn subsistance allowance żejda li ma ġewx ritornati minn xi uffiċjali fil-Ministeru, Dekasteru jew xi Enti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
Tip ta’
Hospitality
Jannar
2007
(Lm)
Frar
2007
(Lm)
Marzu 2007
(Lm)
Awtorita’
Divi
żjoni tas-Servizzi
25.15
49.30
-
Direttur Ġenerali (Servizzi)
Dipartiment tat-Tiftix għ
aż-Żejt
709.15
75.00
-
Segretarju Permanenti
Ministeru
għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
-
136.91
-
Kap tas-Segretarjat Privat