Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġustizzja u Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25661. Ninsab infurmat illi ż-żewġ persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena indikati f'din it-tweġiba huma: 1) Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' l-Artijiet li jaħdem full-time u qiegħed fuq skala 3; 2) Reġistratur fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni li jaħdem part-time u jitħallas bir-rata ta' Lm400 fix-xahar.

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ma ngħatawx direct orders mill-Ministeru u dekasteru li jaqgħu taħti.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew id-dipartiment ikkonċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onorevoli Interpellant jeħtieġ informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qiegħed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost milli subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara dan fil-mistoqsija tiegħu.

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Irrid inżid li dawn id-direct orders ingataw skond ir-regoli finanzjarji.

MITI — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MITI — Xogħol Sub Contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jaghti xoghol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment koncernat mhux bil-fors ikollu ghad-disposizzjoni tieghi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant ghar-raguni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi ghal l-ghoti ta' kuntratti pjuttost mill- subcontracting, allura huwa mitlub jiccara u jerga' jissotometti mistoqsija parlamentari ohra.

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li ma sar ebda xogħol tal-Ministeru permezz ta' sub-contracting.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007, kien hemm 22 impjegat/a li mhumiex uffiċċjali pubbliċi, fuq bażi ta’ part-time jew kuntratt definit. Fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru, dawn l-impjegati qegħdin fuq kuntratt definit li jiġġedded kull sena: Grad Salarju (Lm) Distrett Driver/Security Driver 5,374 5 Secretariat Pool 5,374 6 Private Secretary 9,560 12 Assistant Private Secretary 8,316 5 Head Minister’s Secretariat 10,818 5 Office Co-ordinator 8,316 5 Secretariat Messenger 2,326 5 Secretariat Officer 6,832 5 Driver/ Security Officer 5,374 5 Secretariat Messenger 5,084 6 Secretariat Messenger 5,084 5 Dawn l-impjegati qegħdin fuq kuntratt definit li jiġġedded kif jidher hawn taħt: Grad Fejn jaħdmu Salarju Lm Distrett Chairman/Chief Executive Officer (3 snin) BICC 10,370 6 EU Funds Manager (3 snin) EU Affairs & Policy Development 8,316 9 Adviser (6 xhur) Transport Unit 6,878 9 Adviser (6 xhur) Ministeru 4,242 11 Executive Co-ordinator Rehabilitation Projects (3 xhur) VRP 8,798 1 Chief Executive Officer (xahar b’xahar) MRA 14,507 11 Head of Accounts & Administration (definit sa l-31 ta’ Marzu 2009) MRA 9,091 12 Project Officer I (sena) MRA 6,065 5 Project Officer I (sena) MRA 6,065 13 Fil-BICC hemm impjegata waħda li taħdem fuq bażi part-time li tagħmel xogħol ta’ tindif fl-istess uffiċċju. Din titħallas bir-rata ta’ Lm2.50/is-siegħa u matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena tħallset is-somma ta’ Lm425.90. Din il-persuna hi mis-6 Distrett. Fl-MRA hemm segretarja li taħdem fuq bażi part-time. Din titħallas is-somma ta’ Lm2,625 fis-sena. Din il-persuna hi mit-8 Distrett.

Riżorsi u Infrastruttura — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onorevoli interpellant irrid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentrai oħra.

Saħħa, Anzjni u Kura fil-Komunita' — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u / jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ingħataw dawn id-direct orders kif ġej: Deskrizzjoni Kuntrattur Valur Lm Refurbishment ta' TDxFLx Analyzer V. J. Salamone Marketing Ltd 7,421.37 Translokazzjoni tal-Packaging Machine mic-CSSD, SLH għal Sptar Mater Dei AG Packaging System Ltd 2,655.00 Mounting Brackets għall-Monitors għall-Sptar Mater Dei Associated Equipment Ltd 17,049.19 Portable Reverse Osmosis Units Associated Equipment Ltd 22,241.59 Qty 13 - 12 month Bonded Carbon Glutarldehyde & Opa filters Associated Equipment Ltd 3,443.73 Xiri ta' Gammex Test Objects għall-Medical Imaging Department, Sptar Mater Dei Technoline Ltd 3,929.68 Xiri ta' Quality Assurance Items għall-Medical Imaging Department, Sptar Mater Dei Southern Scientific Ltd, USA 15,428.31 Implants għall-operazzjonijiet tal-Ortopedija Synthes Ltd, UK 3,805.62 Xiri ta' Qaulity Assurance Objects Substitute Materials għall-Medical Imaging Department, Sptar Mater Dei Barts and the London NHS Trust 5,022.81 Refurbishment ta' Maquet Operating table columns Pharma-Cos Ltd 15,703.80 Xogħol fl-entratura tal-foyer SVPR Omnitec Ltd 3,597.22 Landscapping f'SVPR Derek Centre 7,311.20 Xogħol ta' tindif ġewwa SVPR Mr Clean Ltd 6,943.70 Spare parts għall-equipment li hemm SVPR Tetrako Ltd 6,490.00 Tindif tal-ġonna ġewwa SVPR ELC 14,160.00 Smantellar ta' chillers and ductwork Panta Marketing 5,788.00 Total parental nutrition bags Baxter Healthcare Ltd - UK 50,248.78

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Turiżmu u Kultura — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant għar-raguni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost mill- subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.