Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26197.

Nefqa fuq is-servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa totali kiente ta' € 17,475.02. L-Internet Service Provider f'Malta huma l-MITTS filwaqt li f'kull pajjiż fejn hemm rappreżentanza diplomatika hemm ISP differenti. L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-internet jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.

Forzi Armati — Think Tank

Question

B'referenza għal dak li ntqal mis-Segretarju Parlamentari Abela f'din il-Kamra, li permezz tal-ħatra ta' sitt kurunelli issa l-Armata se tifforma think tank biex permezz tiegħu tkun studjata l-istrateġija ta' l-Armata u x'direzzjoni għandha tieħu għaż-żmien li ġej, jista' l-Prim Ministru jgħidilna xi pjanijiet konkreti għandu l-Gvern għall-Forzi Armati? Meta dan l-imsejjaħ think tank jeżawrixxi x-xogħol tiegħu, x'se jiġri mis-sitt kurunelli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħatriet tal-Kurunelli l-ġodda saru proprju biex tinħoloq struttura (li l-Onor Abela irrefera għalih bħala think tank) ta’ tfassil ta’ politika strateġika ta’ difiża għall-pajjiż. L-istruttura li kellhom il-Forzi Armati s’issa kienet stabbilita numru ta’ snin ilu. Fil-realta tad-dinja tal-llum fejn Malta hija parti minn diversi organizazzjonijiet internazzjonali, u għandha rwol fil-qasam tad-difiża internazzjonali, qed tiġi affaċċjata bl-isfida tal-immigrazzjoni irregolari, il-ħtieġa ta’ ppjanar serju u fit-tul saret aktar akuta. Fl-istruttura tal-Forzi Armati kif kienet s’issa ma kienx hemm ir-riżorsi biex dan l-ippjanar issir b’mod serju. Għaldaqstant ġie identifikat il-bżonn ta’ struttura li tanalizza r-rwol tal-Forzi Armati ta’ Malta f’dawn is-setturi u r-riżorsi li jkollha bżonn il-Forzi Armati biex taqdi l-istess rwoli. It-tfassil ta’ strateġija ta’ kif dawn il-bżonnijiet jiġu indirizzati hija wkoll responsabbilità ta’ l-istess struttura. L-iżvilupp tal-politika ta’ difiża huwa proċess kontinwu u għaldaqstant dan ir-rwol tal-Kurunelli huwa permanenti, anzi l-importanza tiegħu dejjem tiżdied.

Kurunelli

Question

Wara l-ħatra ta' xejn inqas minn sitt kurunelli f'armata ta' 1600 suldat, jista' l-Prim Ministru jikkonferma: Li effettivament fil-Forzi Armati issa hemm sitt uffiċjali b'salarju fi skala 3, jiġifieri ekwivalenti għal dawk ta' dawk ta' Director General fis-Servizz Ċivili Li skala 3 hi biss skala waħda inqas mis-salarju ta' Brigadier Li meta mqabblin mal-Pulizija, fil-Forzi Armati hemm sitt uffiċjali fuq skala 3 u fil-Pulizija hemm wieħed biss, jiġifieri d-Deputy Commissioner Li, s'issa, fil-Forzi Armati hemm uffiċjal wieħed biss fuq skala 3, jiġifieri d-Deputy Commander, u li minn Jannar 2008 se jkun hemm sitt uffiċjali fuq skala 3?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tajjeb li niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Forzi Armati ta’ Malta tiġbor fiha numru ta’ suldati li jirrifletti l-popolazzjoni tal-pajjiż, isservi lil pajjiżna bħala Armata, Forza ta’ l-Ajru, Forza Marittima, Gwardja tal-Kosta, apparti ir-Revenue Security Corps u Sigurta` ma’ postijiet strateġiċi. Għaldaqstant il-Gvern ma jqisx xi Brigata li tifforma parti żgħira minn qawwa akbar. M’huwiex in-numru ta’ suldati li jistabbilixxi l-bżonnijiet tal-Forzi Armati, iżda r-rwoli differenti li din trid taqdi. Il-Forzi Armati ta’ Malta jaħdmu fil-qrib ma’ forzi barranin minħabba li pajjiżna huwa membru fl-Unjoni Ewropeja. Il-kollaborazzjoni ta’ l-Armata ma’ entitajiet internazzjonali issir ukoll fl-interess nazzjonali bħal fil-każ tal-Frontex li tiffoka fuq l-immigrazzjoni illegali. L-FAM għandha wkoll rwoli partikolari lokalment, ewlieni fosthom huwa l-immaniġjar tas-sitwazzjoni ta’ l-immirganti irregolari li jgħixu fil-pajjiż u kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-għoti ta’ servizzi ta’ assistenza f’każi estremi ta’ maltemp u sitwazzjonijiet simili. It-tmexxija ta’ organizazzjoni li tkopri firxa daqshekk wiesgħa t’aspetti hekk importanti titlob ppjanar serju minn qabel. Ppjanar li jkopri strateġija u r-riżorsi biex din l-istrateġija titwettaq. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-ħatriet ta’ sitt kurunelli l-qasam tad-difiża Malti issaħħaħ biex ikun jista’ jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ politika strateġika ta’ difiża li tkopri r-rwoli li l-Forzi Armati ta’ Malta taqdi kemm lokalment kif ukoll fid-diversi organizazzjonijiet internazzjonali li tifforma parti minnhom. L-ippjanar ta’ l-użu ta’ riżorsi jifforma parti essenzjali min din l-istrateġija wiesgħa. Sa issa ma kienx hemm ir-riżorsi addatati biex dan isir. Id-Dipartiment tad-Difiża issa għandu bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp ta’ politika li tkopri l-futur qrib u aktar fit-tul, u l-implimentazzjoni tal-politika minn ġurnata għal oħra. L-iżvilupp tal-politika huwa il-bażi tal-pjan tal-gvern għall-Armata u s-servizz li din tagħti lill-pajjiż u lill-kommunita` internazzjonali. Għalhekk huwa xieraq li persuni li jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet ikunu f’rank li jirrifletti r-responsabbilità li jġorru u jkunu kkunpensati għaliha. F’dan il-kuntest, nikkonferma li mit-8 ta’ Jannar 2008 fil-Forzi Armati ser ikun hemm sitt Kurunelli. Mill-ispjega li tajt fil-bidu ta’ din ir-risposta, wieħed jifhem li l-organizazzjoni tal-militar u r-rwoli li jaqdi ma jistgħux jiġu kkumparati mal-organizazzjoni u r-rwol li taqdi l-Pulizija.

Forzi Armati — Uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r-responsabbiltajiet tas-sitt uffiċjali li nħatru kurunelli dan l-aħħar fil-Forzi Armati, kemm għandhom suldati tagħhom u fejn huma stazzjonati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilitajiet tal-Kurunelli li nħatru fit-23 ta’ Novembru 2007 huma kif ġej: Deputat Kmandant (Deputy Commander) Loġistika u Xiri fuq Tul ta’ Żmien (Logistics and Long-Term Procurement) Operat, Ippjanar u Intelliġenza (Operations, Planning and Intelligence) Politika tad-Difiża u Żvilupp ta’ Kapaċitajiet (Defence Policy and Future Capabilities) Politika ta’ Difiża u Sigurtà Ewropea u Relazzjonijiet Internazzjonali (European Security and Defense Policy and International Relations) Amministrazzjoni u Riżorsi Umani (Administration and Personnel) L-uffiċċji tal-ħames kurunelli l-ġodda għadhom qed jitwaqqfu u għaldaqstant għadu mhux stabbilit kull wieħed minnhom kemm ser ikollu suldati jirrispondu lilu. Permezz ta’ dawn il-ħatriet, il-qasam tad-difiża Malti issa għandu bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp tal-politika li jkopri l-futur qrib u aktar fit-tul, li sa issa kien nieqes, u l-implimentazzjoni tal-politika. Sa issa l-Kurunelli l-ġodda huma stazzjonati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati, bl-eċċezzjoni ta’ wieħed li għadu qed jaqdi dmirijiet oħra ta’ l-Armata fi Brussel u ieħor li għadu qed jaqdi dmirijiet oħra f’ Hal Far. Gradwalment dawn l-uffiċċji li jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-politika tad-difiża flimkien mal-Kap Kmandant jiġu stabbiliti fid-Dipartiment tad-Difiża.

Ħatriet fil-Forzi Armati

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r-responsabbiltajiet' tas-sitt uffiċjali li nħatru kurunelli dan l-aħħar fil-Forzi Armati, kemm għandhom suldati taħthom u fejn huma stazzjonati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari Numru 29157.

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

It-total tan-nefqa fuq safar għall-Ministeru inkluż l-Ambaxxati kien ta' € 1, 039,076.18. Matul l-istess perijodu l-Ministeru rċieva €114,345.26 bħala rifużjoni mill-Unjoni Ewropeja. Minħabba n-natura tal-ħidma tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mhuwiex prattiku li tingħata l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja: Xahar Head Office u FME Ambaxxati Jannar € 6,954.89 € 8,051.08 Frar € 2,983.71 € 5,808.97 Marzu € 5,522.33 € 10.535.59 April € 3,280.50 € 6,064.02 Mejju € 5,916.00 € 4,373.85 Ġunju € 1,027.32 € 10.438.98 Lulju € 1,770.02 € 3,707.89 Awissu € 1,327.03 € 7,072.42 Settembru € 291.63 € 7,904.60 Ottubru € 73.76 € 5,868.15 Total €29,147.19 € 69,535.08 Total Sħiħ € 98,682.27

Uffiċjali li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 26132. Nixtieq inżid illi b'effett mit-22 ta' Ottubru 2007, id-Direttur dwar ir-Relazzjonijiet esterni u Kummerċ Internazzjonali ġie maħtur Ambaxxatur ta' Malta fl-Eġittu.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26148.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minn Jannar sa Ottubru 2007 ma ngħatawx direct orders mill-Ministeru u d-dekasteru li jaqgħu taħti.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa totali kienet ta' € 49,230.97 li minnhom € 36,763.43 kienu għall-Ambaxxati kollha ta' Malta. L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-karozza jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.

Prepaid top up mobile cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa fuq prepaid top up mobile cards minn Jannar 2007 sa llum kienet hekk: Ministeru: € 11.65 Ambaxxati: € 1244.70

Xiri ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fil-Head Office inxtraw mobile phones / pdas li jammontaw għal € 694.48. Fis-missjonijiet ta' Malta f'Beijing, New Delhi u New York inxtraw mobile phones / pdas li jammontaw għal € 453.42.

Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Apparti l-informazzjoni diġa mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 28475 l-informazzjoni mitluba hija: Rented/Leased on Grade Rent/Lease Rent per day Capacity FME January-October General office use Rent € 13.74 1150cc Missions PREU & Brussels July-October Permanent Representative Leased € 21.88 3000cc Geneva January-October General office Use Leased € 19.05 2400cc London January-October High Commissioner Leased € 30.55 3000cc New Delhi September-October High Commissioner Rent € 8.70 1600cc

Karozzi mikrija għall-użu tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Minn Jannar 2007 sa llum ma ġewx mikrija / leased l-ebda karozzi ġodda. Fil-perjodu msemmi baqgħet tiġi mikrija karozza tat-tip Mercedes bir-rata ta' Lm29.50 (€68.72) kuljum.

Manutenzjoni tal-karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Intpellant illi: (a) ma kien hemm l-ebda spejjeż fuq il-karozza uffiċċjali; (b) matul l-2007 l-ispejjeż ta' manutenzjoni fuq it-tieni karozza kienet ta' Lm220.24.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul l-2007 ma nxtrat l-ebda karozza għall-użu minn uffiċċjal jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mnn Jannar 2007 sal-lum il-Ministeru kellu dawn l-impjegati li għandhom ‘il fuq minn 61 sena kif ġej: Nru Post Grad Full-time/ Part-time Salarju Distrett 1 Kap tas-Segretarjat Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Full-time Lm831.61,5 Żabbar 1 Advisor Taqsima ta’ l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd Part-time Lm556.00,7 G’mangia 1 Secretariat Officer Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Full-time Lm525.53,8 Żejtun

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.