Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12616 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-HCEB? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru t-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda trasferimenti ta' ħaddiema mill-'H.C.E.B.' fil-perijodu bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

San Vinċenz de Paule — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Vinċenz de Paule mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paule ħlief part time nurse waħda. Dan l-impjieg ma kellux bżonn ta' ħruġ ta' sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #12606 Sitting 254 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MSCL — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MSCL mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-twegiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #12607 Sitting 254 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.

Djar ta' l-Anzjani — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-djar ta' l-anzjani mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-anzjani mpjega 'casual enrolled nurse' waħda fid-djar ta' l-anzjani. Din ġiet impjegata mhux b'sejħa għall-applikazzjonijiet iżda wara li temmet b'suċċess il-kors tagħha.
Leg 9 PQ #12609 Sitting 254 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-ITS? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-'I.T.S.'. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12610 Sitting 254 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-polikliniċi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 2 trasferimenti lill-ħaddiema tal-Polikliniċi. Dawn intalbu mill-impjegati stess.
Leg 9 PQ #12611 Sitting 254 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 tax-xahar ta` din is-sena, gew impjegati 7 persuni mat-Tarzna ta` Malta. Zewg persuni gew ingaggati bhala `diagnosticians`, wiehed, li gie reinstated, bhala `External Grit Blaster` (reinstated) u erbgha bhala `Female Data Entry Operators`. L-ingagg sar permezz tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig minbarra f`kaz wiehed fejn il-persuna nvoluta giet `reinstated` skond il-policy ta` l-azjenda.
Leg 9 PQ #12599 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-VAT mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirrżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ma kien hemm ebda ħaddiema ġodda li ġew impjegati mad-Dipartment tal-VAT.

San Vincenz de Paule — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista'jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ingħataw tlett (3) transfers lill-ħaddiema ta' SVPR. Dawn saru fuq talba ta' l-impjegati nfushom. Trasferimenti jingħataw skond it-talba ta' l-individwi meta dan ikun possibbli jew skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12602 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ngħata 'transfer' wieħed bejn id-dati msemmija fil-Mistoqsija. Dan sar fuq talba ta' l-individwu. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12603 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 8 trasferimenti lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi. Minnhom 1 intalab mill-impjegat stess. Il-bqija saru w jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #12604 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Passporti — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant sar trasferiment mis-Sezzjoni tal-Passaporti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili għad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali. Ir-raġuni għal dan it-trasferiment hija li l-uffiċjal huwa Għawdxi u ġie msejjaħ biex jibda jaħdem f`Għawdex. Bħal kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn dan id-Dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Leg 9 PQ #12605 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta'l-Istatistika — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Istatistika mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika ma mpjegax haddiema godda, pero` fl-ahhar xhur ghamel uzu mis-servizzi ta` tlitt impjegati mislufa mill-MIMCOL fuq bazi `part-time`.
Leg 9 PQ #12593 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Industrija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, sar trasferiment ta` zewg haddiema fid-Dipartiment ta` l-Industrija. Dan sar wara talba tal-haddiema nnifishom. Jekk fil-futur il-htigijiet tad-Dipartiment jitolbu li jkun hemm trasferiment ta` haddiema, allura dawn isiru.
Leg 9 PQ #12594 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimneti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Isports? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ma saru ebda trasferimenti ta' ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Isports.
Leg 9 PQ #12595 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 sar 264 trasferimenti lill-ħaddiema tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 60 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

Dipartiment tal-Liċenzji — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Liċenzji mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjieġi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġewx impjegati ġodda fid-Dipartiment tal-Liċenzji fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #12597 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija ma ngħata l-ebda transfer fir-Reġistru ta` l-Artijet.
Leg 9 PQ #12598 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza 17-il persuna gew ingaggati mal-Malta Freeport. Hdax minnhom intaghzlu minn fost numru ta` persuni li kienu gew riferuti lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Is-sitta l-ohra gew ingaggati wara li kienu saru avvizi fil-gazzetti.